MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Is-Snin 80 u 90 Il-maġġoranza tal-aqwa films ta' dan il-ġeneru fis-snin 80 u 90 nista' ngħid li kienu sequels ta' pro- duzzjonijiet klassiċi ta' qabel. Fost l-aħjar insibu: E.T.: e Extra-Terrestrial (1982). Id-Direttur Steven Spiel- berg (dak iż-żmien fl-aqwa tiegħu anki b'films oħrajn mhux tax-xjen- za fittizja) jerġa' jdawwar ħarstu lejn aljeni ħbieb. Tifel bla missier irabbi l-kuraġġ flimkien ma' sħabu biex jgħin aljen żgħir li familtu ħallewh warajhom fid-dinja u minkejja ostakoli qawwija minn xi adulti interessati, jippruvaw jirri- tornawh fi vjaġġ mimli intriċċi lejn il-pjaneta daru. Storja ġentili tal-in- noċenza tat-tfulija, imħabba lejn il-proxxmu, frustrazzjoni u kuraġġ. Esperjenza eżileranti għaż-żgħar u għal-kbar. Suċċess finanzjarju qawwi bħal Close Encouters Of e ird Kind. Blade Runner (1982). Di- rett minn Ridley Scott bl-atturi Harrison Ford, Rutger Hauer u Sean Young. Wieħed li qabel kien pulizija (blade runner) (Ford), ikun imqabbad ifittex erba' robots umani (replicants) li serqu vettura spazjali u ġew fid-dinja biex isibu l-kreatur tagħha. Xogħol fil-vena ta' film investigattiv b'Los Angeles kważi dejjem bix-xita u atmosfera mdallma. Dan il-film, minkejja li fil-bidu mar ħażin fid-dħul tal-flus, għandu ħafna ammiraturi li għolle- wh għal-livell ta' xogħol kult. e Terminator (1984). Dirett minn James Cameron. L-atturi huma Arnold Schwarzenegger, Linda Hamilton u Michael Biehn. Il-film li spara lil Schwarzeneg- ger fl-istratosfera ta' superstilla. Assassin robot (Schwarzenegger) mill-futur jintbgħat lura fiż-żmien biex joqtol mara żagħżugħa, Sarah Connor (Hamilton) li hi ddesti- nata li twelled ġellied li se jmexxi reżistenza kontra l-magni (robots) biex isalva lill-umanità mill-es- tinzjoni. Xogħol mimli azzjoni terrifikanti kważi l-ħin kollu. Tant ikkupjat fis-snin ta' wara. Back To e Future (1985). Jaħdmu Michael J. Fox, Chris- topher Lloyd u Lea ompson bid-direttur ikun Robert Ze- meckis. Marty McFly (Fox), student ta' 17-il sena b'aċċident jintbgħat 30 sena lura fil-passat f 'karozza DeLorean u jiltaqa' ma' ommu meta kienet għadha teenager. Suċċess kbir mal-udjenzi Amerikani b'żewġ sequels li ġew wara. Steven Spielberg hu wieħed mill-produtturi. Fis-snin 90 fost l-aktar films ambizzjużi tax-xjenza fittizja nsibu dawk li fihom ħadmu l-istess Arnold Schwarzenegger u Jean Claude Van Damme. Ta' interess partikolari kien Independence Day (1996) tad-Direttur Roland Emmerich u l-atturi Will Smith, Bill Pullman u Jeff Goldblum. Din id-darba l-aljeni ġejjin bit-tir li jin- vadu u jeqirdu lid-Dinja. Fil-ġlieda kontra teknoloġija superjuri l-aqwa arma tal-umanità hi r-rieda soda li jirbħu. Men In Black (1997). Jaħdmu Tommy Lee Jones, Will Smith u Linda Fiorentino taħt id-direzzjoni ta' Barry Sonnenfeld. Għalkemm mimli azzjoni, din il-produzzjo- ni hi primarjament kummiedja mexxejja ta' kunċett għoli. Aġent minn organizzazzjoni governattiva sigrieta li tosserva attività aljena madwarna tħarreġ pulizija ta' New York biex jirkupra oġġett li nsteraq minn kriminal intergalattiku. Il-Millenju u wara Fil-Millenju ġdid (2000 u wara), il-films tax-xjenza fittizja taw definizzjoni ġdida liċ-ċinema bl-es- plorazzjoni tal-ispazju profond u d-distopja, l-intelliġenza artifiċ- jali u s-sopravivenza eżistenzjali tal-umanità. F'dawn l-aħħar 26 sena ħarġu kwantità kbira ta' films ta' dan il-ġeneru, kollha ta' livell għoli, produzzjonijiet ta' kalibru però pass 'il bogħod mil-livell klassiku jew kult. Jista' jkun li għall-quddiem uħud minnhom jilħqu dan il-grad, dejjem jidde- pendi kif iċ-ċineasti jikkunsidraw- hom. Ta' min isemmi xogħlijiet bħal A.I. Artificial Intelligence, Pitch Black, War Of e Worlds (2005), Arrival, Interstellar, e Martian, Ex-Machina, Children Of Men, Avatar, Minority Report, Sunshine, e Road, ir-riċentis- simu Project Hail Mary u diversi oħrajn. Il-Futur Kif aċċennajt qabel, dan il-ġene- ru dejjem qed juri tibdil u progress u l-Intelliġenza Artifiċjali qed tieħu prijorità. Kif se jiżviluppa dan ix-xenarju fil-futur qarib jidher li joffri kurżità kbira u interess palpabbli. 14 films IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Films klassiċi u kulti tax-xjenza fittizja IR-RABA' PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA E.T.: The Extra-Terrestrial Interstellar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026