opinjoni
12
analiżi
arti u kultura
IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum
Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti
Salomé ta' Oscar Wilde fuq il-palk
tat-Teatru Manoel f 'Novembru li ġej
It-Teatru Manoel jippreżenta Salomé ta' Oscar Wilde fuq
il-palk prinċipali tiegħu f 'Novembru, taħt id-direzzjoni
ta' Adrian Buckle, b'Timothy Blore fir-rwol ewlieni.
Ispirata mill-ġrajja biblika ta' Salomé u Ġwanni l-Battista,
it-traġedja ta' Wilde, mimlija tensjoni psikoloġika, tesplora
x-xewqa, il-poter, l-ossessjoni u l-vendetta. Ibbażat fuq it-test
oriġinali tiegħu bil-Franċiż, id-dramm isegwi l-ossessjoni
dejjem tikber ta' Salomé lejn Jokanaan, li twassal għaż-Żifna
tas-Seba' Velijiet u għal konklużjoni xokkanti u traġika.
Il-lingwaġġ poetiku, is-simboliżmu u t-temi provokattivi
jikkontribwixxu għall-intensità drammatika tax-xogħol.
Il-produzzjoni tlaqqa' flimkien lid-disinjatur tas-sett
Romualdo Moretti, lid-disinjatriċi tal-kostumi Aleksandra
Idowiak u lid-direttur tal-moviment Chakib Zidi, b'mużika ta'
Albert Garzia.
Wara l-prestazzjoni tal-Ħadd 8 ta' Novembru, l-udjenza hija
mistiedna tipparteċipa f 'Min hi Salomé?, sessjoni ta' mis-
toqsijiet u tweġibiet mal-istudjuż tal-Bibbja Josef Briffa SJ u
l-espert fuq Oscar Wilde, Francis Spiteri Paris.
Id-diskussjoni, li se ssir bl-Ingliż, toffri opportunità biex jiġu
esplorati l-karattru u l-kuntest letterarju u bibliku tad-dramm.
Salomé tittella' fis-6, 7, 8, 13, 14 u 15 ta' Novembru 2026.
Il-prestazzjonijiet jibdew fit-8pm, ħlief dik tal-Ħadd 8 ta'
Novembru, li tibda fis-7pm. Id-dħul huwa għal persuni minn
16-il sena 'l fuq.
Għal aktar informazzjoni u biljetti, żuru www.teatruma-
noel.mt jew ikkuntattjaw il-box office fuq 2124 6389.
It-traġedja ta' Wilde tesplora x-xewqa, il-poter, l-ossessjoni u l-vendetta