Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314
Il-Gwerra Ċivili Amerikana hija avveniment storiku kbir tal-Istati Uniti li, naturalment kellha parti f 'diversi films ta' Hollywood. Dan il-katastrofu mdemmi deher f 'ħafna xogħlijiet klassiċi u kulti fosthom, e Birth Of A Nation (1915), bl-akbar spettaklu fil- film grandjuż u monumentali Gone With e Wind (1939) u anki fil-mini serje North And South. Abbinat sewwa ma' din it-taqtigħa, għalkemm qatt ma' xtaq din il-gwerra bejn ċittadini tal-istess pajjiż, kien il-President Abraham Lincoln li dwaru wkoll inħadmu xi films. Il-Gwerra Ċivili Amerikana ġiet miġġielda bejn is-snin 1861 u l-1865. Dan ġara minħabba kontroversja li damet ħafna snin dwar l-ilsiera suwed. Il-President Lincoln kien għadda liġi li l-il- siera jkunu lliberati. L-Istati tas- Sud li kellhom għelieqi enormi, speċjalment dawk tal-qoton, ma ridux jaċċettaw dan minħabba li kienu propju dawn l-ilsiera li jagħmlu x-xogħol kollu. Il-gwerra bdiet f 'April 1861, meta l-Confederates (l-armati tas-Sud) attakkaw Fort Sumter f 'South Carolina, it wara l-inaw- gurazzjoni tal-President Abraham Lincoln. L-Istati tat-Tramuntana, tal-Union, ipproklamaw lealtà lejn il-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Minħabba f 'hekk, l-Istati Kon- federati li anzi riedu jespandu l-iskjavitù, ħarġu mill-Unjoni u ddikjaraw gwerra. Minn 34 Stati fi Frar tal-1861, sebgħa minn tas- Sud bl-ilsiera ħarġu mill-Istati Uniti u ffurmaw l-Istati Konfed- erati tal-Amerka. Din il-Konfed- erazzjoni qatt ma ġiet diploma- tikament magħrufa mill-gvern tal-Istati Uniti u lanqas mill-pajjiżi barranin. Dawk l-Istati li baqgħu leali lejn l-Unjoni, inkluż dawk tal-fruntiera fejn l-iskjavitù kienet legali, kienu magħrufa bħala Un- ion jew e North. Kemm il-Union u kemm il-Konfederazzjoni malajr bdew jirreġistraw voluntiera bħala sul- dati u ffurmaw armati li ġġieldu l-aktar fis-Sud għall-erba' snin sħaħ. Il-Union finalment rebħet il-gwerra meta l-Ġeneral Robert E. Lee ċeda mal-Ġeneral Ulysses S. Grant fil-battalja ta' Appomat- tox Court House, segwit minn serje ta' ġenerali oħrajn tal-Kon- federazzjoni li ċedew matul l-Istati tas-Sud. Erba' snin ta' kombattimen- ti qliel ħallew bejn 620,000 sa 750,000 nies mejta, numru ikbar mill-battalji l-oħra kollha flimk- ien li l-Istati Uniti kienet imdaħħ- la fihom. Ħafna mill-infrastruttu- ra tas-Sud inqerdet, speċjalment is-sistema tat-trasport, il-linji tal-ferrovija, il-fabbriki u anki d-djar. Il-Konfederazzjoni nqer- det u l-ilsiera ġew illiberati, num- ru li jlaħħaq mal-erba' miljuni. Wara l-gwerra, bejn is-snin 1863 u l-1877 beda perjodu ta' rikostruzzjoni, bil-proċess li fil- pajjiż isseħħ l-għaqda, il-gvern nazzjonali jkun aktar sod u li jingħataw drittijiet ċivili lill-ilsiera meħlusa madwar il-pajjiż. Il-Gw- erra Ċivili Amerikana hija l-aktar avveniment studjat u li kitbu dwaru fl-istorja tal-Amerka. Il-Kmandanti u l-mexxejja ew- lenin kienu dawn: Tal-Union jew tan-Nord – Abraham Lincoln, il-President tal-pajjiż, Ulysses S. Grant u William T. Sherman li kellhom aktar minn żewġ miljuni suldati jiġġieldu. Dawk li sofrew imwiet jew ġew feruti kien ilaħħaq aktar minn 828.000. L-Istati Konfederati jew tas-Sud kellhom lil Jefferson Davis, Rob- ert E. Lee u J. E. Johnson. Il-qaw- wa tagħhom kienet bejn 750,000 sa miljun ruħ u sfaw feruti jew mejta aktar minn 864,000. Ta' min jgħid li l-Ġeneral Robert E. Lee kien popolari ħafna, anki l-Unjoni riduh magħhom, però finalment għażel lill-Istati li kienu jiffurmaw parti mis-Sud. Mela din it-taqtigħa ħarxa bdi- et fit-12 ta' April 1861 u spiċċat fid-9 ta' Mejju 1865 – damet erba' snin, tliet ġingħat u sitt ijiem, però l-aħħar sparatura kienet fit-22 ta' Ġunju 1865. Meta ra din il-ħruxija kiefra bejn per- suni tal-istess pajjiż, il-Ġeneral Lew Wallace b'qalbu sewda kiteb id-dramm Ben-Hur li ġie ffilmjat bosta drabi. 14 films IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-gwerra ċivili Amerikana fuq il-liżar il-kbir L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Il-President Abraham Lincoln (fin-nofs) u l-ġenerali Ulysses S. Grant (xellug) u Robert E. Lee (lemin)

