MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

D ak li segwejt fil-Parla- ment Malti u Ewropew kontemporanjament din il-ġimgħa ħallieni perpless. Minn naħa, f 'Malta, il-Kap tal-Oppożizzjoni jiddikjara li huwa "Kburi li Malti". Ġurnata biss wara, Peter Agius, Membru Parlamentari Ewropew tal-PN, fil-Parlament Ewropew jikkritika lill-Kummis- sjoni Ewropea għax skontu "trid tuża' ingwanti tal-ħadid" fil-kon- front ta' Malta. Din mhux sempliċement kwistjoni li l-id ix-xellugija ma tafx x'inhi tagħmel il-leminija, lanqas hija sempliċi kwistjoni li l-fazzjoni estrema, mimlija odju, rikbet fuq Alex Borg, iżda agħar minn kollox, li probabli it metri 'l bogħod minn fejn Peter Agius u David Casa kienu qed jitkellmu, kien hemm għaddejja xi protesta fi pjazza f 'nofs Brussell kontra l-prezzijiet tal-enerġija u l-għoli tal-ħajja min-nies Belġjani, meta s-sitwazzjoni hawn hija għalkollox differenti. Ejja npoġġu kollox f 'kuntest. Is-sitwazzjoni f 'Malta hija perfet- ta? Le. Qatt mhu se nkunu. Fadal xi jsir? Iva. Kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar minn kif saru? Iva. Jiena mhux se nitkellem fuq perfezzjoni għax perfezzjoni m'hemmx, iżda f 'ġieħ is-sewwa, ejja ngħidu dak li hu iswed-iswed u dak li hu abjad-abjad. Għandek il-gvern li qed jinvesti mijiet ta' miljuni biex qed iżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel. Xi ħaġa li fl-Ewropa qas qed joħolmuha. Hawnhekk, id-diskus- sjoni qiegħda dwar x'se jitħabbar għada fil-baġit li se jressaq il-kolle- ga Clyde Caruana. Fl-Ewropa, id-diskussjoni hija dwar kif il-popli u n-negozji qed iħossuhom waħidhom, mitluqa f 'abbiss ta' sfidi ekonomiċi li mhux iħalluhom jirċievu assistenza fuq affarijiet li f 'Malta nqishom bażiċi, fosthom, iżda mhux limitat biss, għall-pensjonijiet, stipendji, lista twila ta' servizzi, saħħa u edukazzjoni b'xejn u nista' nibqa' sejjer. Hawnhekk, wara għada, jaf ikun hemm kritika għax fl-ew- wel baġit minn ħamsa ma jkunx infilzat il-manifest elettorali kollu ta' Mejju li għadda. Fl-Ewropa, id-diskussjoni mhux jekk hux se ssir xi ħaġa, iżda meta se jsir il-bażiku biex il-familji jgħixu ġurnata minn oħra. Ħafna jużaw il-frażi li f 'Malta "nieħdu kollox for granted". Jiena mhux se nuża dik, għax nemmen tabilħaqq li din l-frażi "ma niħdux kollox for granted" m'għandhiex isservi ta' paraventu imma ejja nimu li bl-isfidi kollha li jista' jkollna u għandna bħala pajjiż, is-sitwazzjoni hawn hija għalkollox differenti minn ħutna l-Ewropej. Għalhekk jiddispjaċini li nara suppost Maltin bħali li jmorru fil-Parlament Ewropew, jagħmlu l-ħsara f 'dan il-kuntest kollu. Bil- ħsara, il-familji Maltin u Għawdx- in ma jiklux. Il-familji Maltin u Għawdxin jieklu bid-deċiżjonijiet li dan il-Gvern ħa u qed jieħu. Il-Maltin u l-Għawdxin qed isibu t-tank tal-petrol u d-diesel mimli bi prezz li ilu l-istess minn tal-in- qas seba' snin, sforz id-deċiżjoni- jiet ta' dan il-Gvern u żgur mhux grazzi għall-politika tal-ħdura. Fl-istess ħin li Peter Agius u Da- vid Casa riedu jkomplu l-kampanja li bdew snin ilu, sempliċement għax il-Partit tagħhom mhuwiex fit-tmexxija tal-pajjiż (lil dawn qatt ma rajthom jitkellmu kontra Malta meta Gvern Nazzjonalista injora rapport wara rapport tal-GRECO għax ma kienx hawn liġijiet meq- jusa bażiċi llum, bħal-liġi tal-finan- zjament tal-Partiti li dak iż-żmien kien jitkellem fuqhom Deputat tal- PN stess, Franco Debono), il-Prim Ministru Robert Abela qiegħed mal-Mexxejja Ewropej jaħdem biex iġib pakkett ieħor ta' fondi Ewropej għal Malta. Araw il-kuntrasti. Jiena ma nippretendix li ż-żewġ partiti se jaqblu fuq kollox. Imma f 'mument delikat bħal dan, ejja nneħħu l-għamad politiku. Ejja tal-inqas inkunu unjoni waħda, dik tal-bajda u l-ħamra u mhux nippruvaw inkunu patrijotti għad-dehra jew bil-kliem biss. Ejjew naraw lil pajjiżna għal dak li hu. Pajjiż żgħir mingħajr riżorsi naturali li għandu fost l-ogħla rata ta' tkabbir ekonomiku, fost l-inqas rati ta' qgħad u inflazzjoni u bl- orħos prezzijiet tal-enerġija. Pajjiż li 81% tal-invesituri barranin iħar- su lejh bħala pajjiż li jridu jibnu n-negozju tagħhom u jkabbruh. Ħalli ma naqblux bit-tattika li se nużaw fil-grawnd, imma l-logħba lkoll iridu nirbħuha għax il-logħba jisimha l-ġid komuni ta' Malta u l-Maltin. Dik l-MEP Żvediża kienet ħanina meta qalet li diskussjonijiet bħal dawk li qajmu David Casa u Peter Agius ġabu lill-Parlament Ewropew qisu tal-"Mickey Mouse". B'dan tal-aħħar forsi jnissilek tbissima, b'atteġġjament bħal dan minn suppost Maltin bħali jqabb- dek il-biki. David u Peter: bil-ħsara, il-familji ma jiklux. "Jiddispjaċini li nara suppost Maltin bħali li jmorru fil- Parlament Ewropew, jagħmlu l-ħsara f 'dan il- kuntest kollu" Membru Parlamentari tal-Partit Laburista NIGEL VELLA 10 aħbarijiet IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum opinjoni Bil-ħsara, il-familji ma jiklux Peter Agius, Membru Parlamentari Ewropew tal-PN, fil-Parlament Ewropew ikkritika lill-Kummissjoni Ewropea għax skontu "trid tuża' ingwanti tal-ħadid" fil-konfront ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026