MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, nerġgħu niltaqgħu ma' perit ieħor Malti did-darba bil-ktieb Joseph M Spiteri: A Maltese Architect and His Work. Christopher Cutajar joħodna fi vjaġġ tax-xogħlijiet urbani tiegħu, li aktarx tgħix ġo xi wieħed minnhom inti wkoll. Joseph M Spiteri: Il-Perit versatili b'legat imprezzabbli Meta kont żort il-mużew ta' Pablo Picasso f 'Barċellona, xtrajt ktieb dwar ix-xogħlijiet tiegħu. Filwaqt li stajt niem aħjar il-fażijiet varji tiegħu bħala artist, l-iżjed li ammirajt fih kien il-kontribut fit- tul u konsistenti li ta f 'ħajtu, tul għomor ta' 91 sena (1881-1973). L-istess effett ħallieli l-ktieb editjat minn Dr Stephen C. Spiteri bl-isem ta' Joseph M Spiteri: A Mal- tese Architect and His Work, li kien ippubblikat fl-2012 bil-kollaborazz- joni ta' BDL Publishing. Ħidmet il-Perit Joseph Spiteri (1934-2013) bdiet mad-Dipartiment tax-Xog- ħlijiet Pubbliċi fl-1956 u baqgħet għaddejja sas-sena 2002 bit- tagħlim lill-istudenti tal-arkitettura fl-Università ta' Malta. 46 sena sħaħ ta' kontribuzzjoni lejn proġetti, disinji, arti u esper- imentazzjoni minn perit li kellu perjodi varji fil-karriera tiegħu. Bħalma l-artist jingħaraf mill-pit- tura, perit l-aħjar li jiġi rrakkuntat huwa permezz tal-iskizzi, l-istudji u d-disinji li jkun ħalla warajh. Din hija l-għażla tajba li jagħmel dan il-ktieb. Santa Luċija Għal dawk li bħali trabbew u għexu f 'Santa Luċija setgħu jinnut- aw kif id-disinn tal-qasam tad-djar li jinsab bejn it-triq Tal-Barrani u l-Knisja Parrokkjali, huwa wieħed partikolari, li ħaseb kemm għal ap- partamenti, djar, pjazza u grawnd tal-futbol; filwaqt li ra li l-karozzi fil-parti l-kbira jgħaddu madwar il-bini kollu u mhux mill-qalba tiegħu. Dan kien proġett imnebbaħ min-New Towns Committee li l-Gvern Ingliż kien waqqaf fl-1945 ma' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, u li f 'Malta ġie f 'idejn il-Perit John M. Gambina li kien inkarigat imexxi sezzjoni li tiffoka fuq id- djar. Il-Perit Spiteri kellu sehem ewlieni fid-disinn ta' dik li meta nbniet kienet magħrufa bħala New Tarxien Community. Maż-żmien f 'Santa Luċija bdiet tissejjaħ Neigh- bourhood One, bħala l-ewwel qa- sam mibni f 'dan ir-raħal, biex ikun distint minn dawk li ġew wara. Il-prinċipju kien li jingħataw djar li setgħu jaffordjaw in-nies, bl-ispazju u l-materjal jintużaw bl-aħjar mod. L-għoli tas-sular niżżluh għal għaxar filati flok ħdax jew tnax. Iżda fl-istess waqt dan id-disinn ħaseb ukoll għal tħaddir aħjar madwar l-oqsma mibnija flimkien ma' spazji għall-isport u r-rikreazzjoni. Moderniżmu Element li jiddistingwi lil Spiteri huwa d-disinn Modernista tiegħu, li ma jiċħadx minn liema mater- jal huwa magħmul, jagħti aspett funzjonali lill-binja u juża linji ċari biex jasal għall-proġett li jkollu quddiemu. Xhieda ta' dan l-aspett fil-ħidma tiegħu hija l-Villa e Lodge f 'Ta' Xbiex li kienet tlestiet fl-1962. Din kienet skedata għall- valur arkitettoniku tagħha. Kemm il-villa Arkadia f 'Ħal Balzan fejn kien jgħix Spiteri nnifsu u anke l-villa tal-kollaboratur tiegħu l-In- ġinier Strutturali Godfrey Azzo- pardi fl-Imrieħel, kienu ddisinjati minnu fuq dan l-istil. Il-Prof. Denis de Lucca jispjega kif Spiteri kien ikun ħerqan biex ifisser lill-istudenti tal-arkitettura fl-Università ta' Malta dwar it-taqli- ba fil-ħsieb li l-moviment Modern- ista wassal mas-snin bikrija tas-se- klu għoxrin, billi jlaqqagħhom ma' periti tal-kalibru ta' Alfred Loos u Walter Gropius, fost oħrajn. Disinji fuq l-ixkaffa Dan il-ktieb l-iżjed li qan- qal l-interess tiegħi huwa għal bosta proġetti disinjati, li qatt ma spiċċaw raw id-dawl tax-xemx. Fejn hemm il-Qorti llum, ġewwa Triq ir-Repubblika, qabel kien hemm il-Berġa ta' Alvjerna, waħda mit-tmien lingwi tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Ħabat li fl-1941 din il-binja sfat milquta minn bomba li qerdet parti kbira minnha u fl-1956 ittieħdet id-deċiżjoni li s-sit kellu jitnaddaf. Hemmhekk stess kellha tinbena l-Qorti li x-xogħol fuqha kien beda fl-1965 u tlesta fl-1971. Fl-1961 il-Perit Spiteri kien mist- ieden iressaq l-ideat tiegħu u ma setax jonqos milli jipproponi dis- inn Modernista għall-Qorti. Disinn sabiħ li jagħmel użu minn serje ta' pannelli mibruma mal-faċċata u pittura fin-naħa ta' fuq fin-nofs tal-faċċata bis-simbolu tal-ġustizz- ja. Ngħid għalija kien ikun disinn li jidħol sew mal-kuntest li jinsab fih u li kien jagħti xejra differenti lill- mod kif imdorrija naraw il-binjiet istituzzjonali. Kapulavur Fil-fehma tiegħi l-iprem kap- ulavur li kien parti minnu l-Perit Spiteri kien proprju dak tal-Knisja tal-Balluta f 'Tas-Sliema, kif nafuha llum. Fl-1963 kien Godfrey Azzo- pardi li avviċinah biex jipparteċipa f 'dan il-proġett wara li l-Professur Joseph Colombo sfortunatament kien marad serjament. Il-kap- ulavuri jieħdu ż-żmien u infatti l-Knisja kif nafuha llum eventwal- ment ġiet konsagrata f 'Diċembru tal-1984. Li jimpressjonani f 'dan id-dis- inn neo-Gotiku ta' Spiteri huwa li ħaseb li jidħol fid-dettall estetiku f 'kull aspett, inkluż dawk tat-twie- qi, il-kandelabri u s-siġġijiet tal-kor. Fi proġetti bħal dawn hija s-sin- erġija li tinħoloq bejn il-klijent, id-disinjatur u l-bennejja li tagħmel id-differenza. Is-sens ta' dettall u l-artistrija jiddinstingwu dan ix-xogħol minn ieħor. Illum il-ġurnata ma nistax nim- maġina il-bajja tal-Balluta mingħa- jr l-impatt estetiku sabiħ li jħalli l-istil neo-Gotiku ta' din il-knisja, flimkien mal-istil Art Nouveau tal-Balluta Buildings (1928) offrut lilna mill-Perit Giuseppe Psaila, qabel ma tilwi lejn Triq Manwel Dimech. Li ma semmejtx Hemm ħemel ta' xogħlijiet maħsuba minn Spiteri u eventwal- ment imwettqa, li ma semmejtx. Ngħidu aħna l-Park ta' Ta' Qali jew is-Sala tal-Mediterran għall-Kon- ferenzi. Kien konxju ferm mid-dis- inn u l-kuntest tiegħu, kif jixhdu l-istudji tal-aspett vernakulari Malti kemm fil-kampanja u anke fl-inħa- wi urbani. Dawn it-togħmiet li tajtkom jon- qsu milli jfiehmu l-firxa wiesgħa tal-kontribut li ta l-Perit Joseph Spiteri biex bosta spazji li nintasbu fihom llum, inħossuhom jilqgħu- na proprju bis-saħħa tad-disinn tiegħu. Għalhekk naħseb li tkun idea tajba li ktieb bħal dan tifirxu quddiemek.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 November 2026