Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'Il-mostru mhux dejjem jirrappreżenta Fejn beda l-interess tiegħek fil-mostri, fil-misteru u fl- istejjer b'elementi tal-biża'? L-interess tiegħi fil-mostri beda fi tfuliti. Kont affaxxinata mill-an- nimali, speċjalment id-dinosawri, u l-mostri kont narahom bħala estensjoni tagħhom, iżda mingħa- jr il-limitazzjonijiet tal-bijoloġija. Niakar meta rajt Jurassic Park fiċ-ċinema mal-familja. Ħadt gost immens, imma dak il-lejl bqajt nimmaġina d-dinosawri jduru fid-dlam tas-salott, fejn fis-sa- jf konna norqdu fuq saqqijiet mal-art. Kienet taħlita ta' faxxinu u biża' li għadha tinteressani sal- lum. Il-misteru bħala ġeneru let- terarju skoprejtu meta kelli mad- war ħdax-il sena, permezz ta' e Famous Five, e Secret Seven, e Hardy Boys u Nancy Drew. Aktar tard qrajt Goosebumps u l-kotba ta' Anton Grasso. Ma kinux biss il-ħlejjaq infushom li kienu jolqtuni, iżda l-fatt li setgħu jqajmu emozzjonijiet opposti fl-istess waqt. Forsi proprju minn hemm ġej il-faxxinu tiegħi lejn dak li hu meraviljuż u tal-biża' flimkien. Dak iż-żmien il-kotba tal-avventura u tal-misteru kienu jiħuli dinjiet li stajt nesplora bl-immaġinazzjoni. X'inhu l-aktar li jiġbdek lejn dawn it-temi meta tikteb? Il-potenzjal simboliku tal- mostru. Fil-wiċċ tista' tkun storja dwar ħlejqa sopranaturali, imma bejn il-linji tkun qed tesplo- ra l-psikoloġija tal-bniedem. Il-mostru jista' jirrappreżenta as- petti tal-personalità li nippruvaw naħbu jew niċħdu; hawnhekk jidħol il-kunċett Jungjan tad-dell. Iżda mhux dejjem jirrappreżenta xi ħaġa negattiva: jista' jkun sim- bolu ta' emanċipazzjoni, għarfien personali jew ħelsien. Jinteressani l-metamorfosi, għax bidla fiżika tista' tfisser ukoll bidla psikoloġi- ka jew eżistenzjali. Dak li minn barra jidher mostruż jista' jkun esperjenza ta' libertà għall-karat- tru. Il-letteratura fantastika tippermettilna nużaw dak li hu bijoloġikament impossibbli biex nesploraw esperjenzi profonda- ment umani. Il-ġisem mhuwiex biss xi ħaġa li nippossjedu; huwa wkoll il-mezz li bih nesperjenzaw id-dinja. Għalhekk meta jinbidel il-ġisem tal-karattru, tinbidel ukoll ir-relazzjoni tiegħu miegħu nnifsu u ma' dak kollu ta' madwa- ru. It-trasformazzjoni ma tfissirx neċessarjament telf tal-identità, iżda kultant skoperta tagħha. Kemm jinfluwenzaw il-kitba tiegħek il-folklor, il-leġġendi u t-tradizzjonijiet lokali? Miti Maltin, Monstri u Krea- turi kien l-ewwel ktieb tiegħi li esplora direttament il-mitoloġija Maltija. Meta kont żgħira ma kienx faċli nsib kotba dwar dawn il-ħlejjaq; illum hawn interess imġedded u pubblikazzjonijiet mibnija fuq riċerka estensiva. Niakar stejjer dwar Ġaħan u s-Serp ta' Seba' Rjus. Fil-mi- toloġija jinteressani mhux biss il-mostru, iżda dak li jgħidilna dwar min ħolqu. Għaliex komu- nità toħloq ħlejqa partikolari? Liema biżgħat kollettivi tesprimi? Il-miti huma parti mill-memorja kulturali tagħna: jirriflettu kif il-ġenerazzjonijiet ta' qabilna ppruvaw jimu d-dinja. Ma na- rahomx bħala xi ħaġa magħluqa fil-passat, iżda bħala materjal ħaj għal interpretazzjonijiet ġodda. Il-mistoqsijiet dwar kif komunità fehmet in-natura, il-mewt jew dak li ma setgħetx tispjega jgħin- uni nara dawn il-ħlejjaq minn perspettiva oħra. Ma ninteressa- nix sempliċement nerġa' nirrak- konta l-istess storja: irrid niem il-biża' u t-twemmin li wasslu biex inħolqot. Hemm ħlejjaq jew stejjer li ħallew impatt partikolari fuqek? Il-mitoloġija Griega taffaxx- inani bis-simboliżmu u l-kum- plessità tagħha. L-allat tagħha, minkejja li huma divini, jesper- jenzaw emozzjonijiet umani bħall-għira, ir-rabja, l-imħabba u l-biża' mit-telfien. Il-ħlejjaq mostrużi wkoll iġorru tifsiriet lil hinn mid-dehra tagħhom. Meta nimu l-istorja ta' mostru, nist- għu nibdew niddubitaw jekk il- mostrożità tinsabx fih jew fil-mod kif narawh. Kont inħobb il-ħrejjef tal-aħwa Grimm, proprju għax ma jaħbux l-aspetti mudlama tal- ħajja. Fost il-kittieba li jogħġbuni hemm Tolkien, Rowling, H. G. Wells, John Connolly, Stephen Fry, Pat Barker, Madeline Miller u Jennifer Saint. Din l-ambigwità tagħmilhom interessanti għal- ija: ħlejqa li tbeżża' tista' wkoll tqanqal simpatija. L-istejjer li kienu jolqtuni fi tfuliti ma kinux neċessarjament dawk bi tmiem feliċi; kont napprezza kif setgħu juru naħat diffiċli tal-eżistenza umana. X'riċerka tagħmel qabel tikteb dwar leġġenda jew mostru? Nibda minn kotba ta' refer- enza, pubblikazzjonijiet storiċi u materjal folkloristiku. Irrid niem l-oriġini tal-ħlejqa u l-kuntest kulturali tal-istorja: kienet maħsuba biex tbeżża', twissi, tispjega fenomenu jew tgħallem xi ħaġa? Imbagħad nidentifika t-tema li rrid nesplora. Il-mostru m'għan- dux ikun hemm biss għax hu interessanti, iżda għandu jkollu funzjoni fin-narrattiva. Waqt il-kitba nevita, kemm jista' jkun, stejjer fittizji simili biex ma niġix influwenzata żżejjed. Ir-riċerka tagħtini pedament, u l-immaġinazzjoni tħallini niżviluppa interpretazzjoni personali. Nistaqsi wkoll x'kien jirrappreżenta l-mostru għan- nies li kienu jirrakkontaw dwaru u x'seta' wassalhom biex jagħtuh ċerti karatteristiċi. Imbagħad ir- rid insib il-bilanċ bejn ir-rispett lejn is-sors u l-libertà kreattiva li tagħmel l-istorja tiegħi. Rowena Grech tgħid li l-ħlejjaq mostrużi jistgħu jirrappreżentaw il-ħelsien u l-iskoperta tagħna nfusna (Ritratt: Mandy's Photography) X'jistgħu jgħidulna l-mostri dwar il-biżgħat, ix-xewqat u l-identità tagħna? F' intervis- ta ma' Rowena Grech, awtriċi Maltija, dwar il-folklor Malti u l-letteratura tal-biża', il-kittieba tispjega kif il-ħlejjaq mostrużi jistgħu jirrappreżentaw mhux biss dak li jbeżżagħna, iżda wkoll il-ħelsien u l-iskop- erta tagħna nfusna.

