Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
13 arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti jirrappreżenta xi ħaġa negattiva' "Il-biża' mill- mewt, l-imħabba, ix-xjuħija, l-għira u x-xewqa li nkunu aċċettati huma esperjenzi li jibqgħu magħna. Madankollu, il-mod kif il- bniedem jifhem lilu nnifsu u d-dinja jinbidel" Kif tibbilanċja l-leġġendi antiki mal-elementi li toħloq int? Nipprova nżomm elementi fundamentali tal-mit oriġina- li u nagħtih dimensjoni ġdida permezz ta' temi kontemporanji. Il-biża' mill-mewt, l-imħabba, ix-xjuħija, l-għira u x-xewqa li nkunu aċċettati huma esperjenzi li jibqgħu magħna. Madankollu, il-mod kif il-bniedem jiem lilu nnifsu u d-dinja jinbidel. Il-miti għandhom jiġu interpretati mill- ġdid fid-dawl ta' dan l-għarfien. Ħafna minnhom inbidlu diġà hekk kif għaddew minn ġenerazz- joni għal oħra. Il-kitba kreatti- va hija kontinwazzjoni ta' dak il-proċess. Għalhekk ma nħossx li għandi nirriproduċi l-mit kelma b'kelma. It-tradizzjoni nnifisha turi li storja tista' tinbidel u tibqa' tagħmel sens għal żminijiet differ- enti. Il-ħaġa essenzjali għalija hi li l-element il-ġdid jikkomunika xi esperjenza umana. Storja tal-biża' trid bilfors tinkludi mostri jew elementi sopranaturali? Le. Il-mard, il-gwerer, il-pan- demiji, id-diżastri naturali u l-mewt jistgħu jqajmu terrur min- għajr ebda mostru. Xi drabi dak li hu reali huwa ferm aktar tal-biża' minn dak li nimmaġinaw. Wieħed mill-aspetti l-aktar inkwetanti huwa t-telf tal-kontroll, meta nsibu ruħna quddiem sitwazzjoni li ma nistgħux nimu jew nibdlu. Anke dak li hu familjari jista' jsir tal-biża' jekk jinbidel. Il-ġisem tagħna huwa intimu għalina, imma x'jiġri jekk jibda jinbidel b'mod li ma nistgħux nikkontrol- law? F'dak il-każ, il-biża' ma tiġix minn mostru estern, iżda mill-fatt li nsiru barranin għalina nfusna. Il-biża' tista' titnissel ukoll minn sensazzjoni li xi ħaġa li konna nafu sew saret stramba. Mhux bilfors għandna bżonn forza so- pranaturali biex inħossu dak it-telf tas-sigurtà; xi sitwazzjonijiet reali jagħmluh b'mod aktar qawwi. X'jagħmel storja tassew tal- biża' jew misterjuża? Mhux il-ġrajja biss, imma l-mod kif il-qarrej jesperjenzaha. Il-kliem, ir-ritmu tas-sentenzi, is-silenzji u dak li jitħalla mhux spjegat joħolqu tensjoni. Kultant dak li ma nurux ikun aktar effet- tiv minn deskrizzjoni tal-mostru: il-qarrej jimla l-lakuni bl-im- maġinazzjoni tiegħu. Il-biża' jsir partikolarment qawwi meta ma jibqax osservatur u jibda jistaqsi kif kien iħossu kieku kien hu fil-post tal-karattru. L-għażla ta' dak li nħalli barra hija impor- tanti daqs dak li niddeskrivi. Meta l-qarrej jimmaġina hu stess it-theddida, kultant toħloq tensjoni ferm akbar milli kieku nagħtih kull dettall mill-ewwel. Għaliex miti li ilhom mijiet ta' snin għadhom jaffaxxinawna? Għaliex jittrattaw mistoqsijiet fundamentali: minn fejn ġejna, għaliex inbatu u x'jiġri wara l-mewt? Fl-imgħoddi għenu lill-bniedem jispjega fenomeni li ma kienx jiem, iżda l-valur tagħhom mhux biss f 'dak l-aspett. Għandhom dimensjoni simboli- ka u psikoloġika. Fil-mitoloġija nsibu figuri rikorrenti f 'kulturi differenti, bħall-eroj, l-omm, l-għaref u d-dell, li mill-pers- pettiva Jungjana jistgħu jinqraw bħala arketipi. Il-miti jirriflettu l-biżgħat, ix-xewqat u l-kontra- dizzjonijiet tagħna. Għalkemm id-dinja nbidlet, ħafna mill-mis- toqsijiet li jqajmu għadhom l-istess. Dawn il-figuri jieħdu forom differenti skont il-kultura, iżda l-mistoqsijiet umani li jġorru jistgħu jkunu simili. Għalija l-miti mhumiex sempliċi rakkonti ta' allat jew mostri; huma wkoll mod kif nimu lilna nfusna. Halloween jgħin biex iżomm ħaj il-folklor, jew ibiddlu wisq? Halloween jagħti spazju lil vampiri, zombies, sħaħar u ħlejjaq oħra permezz tal-kostumi, il-films u l-logħob. Dawn għandhom oriġini differenti: uħud ġejjin mill-folklor, oħrajn ġew iffurmati mil-letteratura u ċ-ċinema. Jinter- essani kif it-tifsir tagħhom jinbidel maż-żmien. Vampir jista' jkun mostru f 'interpretazzjoni u figura romantika jew traġika f 'oħra. Ma narax dan it-tiġdid bħala negat- tiv fih innifsu; jista' jagħti ħajja ġdida lill-karattri. Iżda importanti niddistingwu bejn il-kultura popolari u l-għeruq folkloristiċi, inkella nitilfu l-kuntest u t-tifsiriet oriġinali. Pereżempju, il-karattru li naraw fuq l-iskrin illum mhux neċessarjament l-istess wieħed li kien jintuża fi twemmin antik. Li nimu din id-differenza jgħinna napprezzaw kemm il-verżjoni moderna kif ukoll il-wirt oriġinali tagħha. Qarrej Malti jirreaġixxi b'mod differenti għal stejjer tal-biża' minn qarrej barrani? Kull qarrej iġib miegħu es- perjenzi, memorji u twemmin personali. Fit-teorija letterarja, Wolfgang Iser jesplora kif il-qarrej jipparteċipa fil-ħolqien tat-tifsira billi jimla l-lakuni fit-test. Għal- hekk, żewġ persuni jistgħu jaqraw l-istess storja u jesperjenzawha b'mod differenti. Min trabba jisma' dwar ħlejjaq tal-folklor Malti jista' jkollu rabta emozzjonali magħhom li qarrej barrani ma jkollux. Iżda l-kultura mhijiex kol- lox: anke l-istorja personali tal-in- dividwu taffettwa l-qari. Dak hu s-sabiħ tal-letteratura: it-test jibqa' l-istess, iżda l-esperjenza tinbidel. Min jaf il-leġġenda minn tfulitu jista' jisma' isem ħlejqa u jiakar sentiment jew biża' antik. Xi ħadd ieħor jista' jersaq lejha b'kurżità ġdida. L-ebda waħda minn dawn ir-reazzjonijiet ma hija waħda awtomatika għal kulħadd. X'tixtieq li jibqa' mal-qarrej wara storja mudlama? Ma nibdiex nikteb billi naħseb fil-messaġġ li rrid inħalli lill-qa- rrej. L-ewwel nikteb għalija nnifsi. Il-kitba għandha funzjoni terapewtika: tgħinni nagħti forma lil ħsibijiet u emozzjonijiet diffiċli biex nesprimihom direttament. Xi drabi niskopri x'qed nipprova niem waqt il-proċess innifsu. Naturalment nieħu gost meta qarrej isib xi ħaġa li tmissu jew jidħol f 'esperjenza differenti minn tiegħu. Il-letteratura tista' tqan- qal empatija mingħajr ma tagħti tweġibiet morali. Kultant tħallina skomdi, b'mistoqsijiet wara li nagħlqu l-ktieb. Dik l-iskumdità tista' tkun il-bidu ta' riflessjoni aktar profonda. L-esplorazzjoni personali tiġi qabel kull intenzjoni li nwassal xi lezzjoni. Jista' jkun li l-qarrej jara fit-test tifsira li lanqas jien ma kont ipprevedejt. Dan hu parti mill-ġmiel tal-kitba u tal-qa- ri: kull wieħed jista' jsib xi ħaġa differenti. Fuq xiex qed taħdem bħalissa, u xi pjanijiet għandek fil-futur? Għandi diversi ideat u truf ta' stejjer, iżda xejn iffinalizzat li nista' nħabbar. Il-proċess tiegħi mhux dejjem lineari: xi drabi nibda minn immaġni, karattru, atmos- fera jew mistoqsija u nħalliha tiżviluppa. Nixtieq inkompli nesplora l-miti u l-interpretazzjoni mill-ġdid ta' ħlejjaq mitoloġiċi. Nixtieq ukoll nidħol aktar fix-xjenza fittizja. Għalkemm tidher differenti mill-mitoloġija, it-tnejn jgħinuna nimmaġinaw dak li għadna ma nafux u nqajmu mistoqsijiet dwar l-identità, il-mortalità u l-limiti tal-għarfien. Fl-aħħar mill-aħħar jinteressani kif il-ġeneri jgħinuni nesplora l-esperjenza umana. It-tnejn jist- għu jpoġġu lill-bniedem quddiem dak li huwa differenti minnu u quddiem mistoqsijiet li m'għandux tweġiba ċerta għalihom. Hija dik il-possibbiltà li nesplora aspetti kumplessi tal-ħajja li tibqa' tiġbid- ni lejn dawn il-ġeneri. Kemm il-mitoloġija kif ukoll ix-xjenza fittizja jistgħu jintużaw biex il-bniedem jimmaġina dak li għadu ma jafx jew ma jistax jispjega. It-tnejn jistgħu jqajmu mistoqsijiet dwar l-identità, il-limiti tal-għarfien, il-mortalità u r-relazzjoni tagħna ma' dak li hu differenti minna. Fl-aħħar mill-aħħar, dak li jinteressani mhuwiex biss il-ġen- eru nnifsu, iżda l-possibbiltà li permezz tiegħu nista' nkompli nesplora l-kumplessità tal-esper- jenza umana.

