Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
analiżi IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 04 Budget 2027: Il-ħaddiema barranin bejn Il-miżuri mħabbra fil-Budget 2027 qed iqajmu dibattitu dwar ir-rwol tal-ħaddiema barranin fl-ekonomija Maltija, il- kontribut tagħhom lill-pajjiż u l-ispiża li qed tintalab minnhom biex jibqgħu jaħdmu u jgħixu f 'Malta. Filwaqt li l-Gvern qed jippro- va jnaqqas id-dipendenza fuq ix-xogħol barrani u jżid id-dħul mill-permessi u t-tariffi, l-orga- nizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, l-imsieħba soċjali u sidien ta' negozji qed iwissu li l-miżuri jistgħu jżidu l-pressjoni fuq persuni li diġà qed jaffaċċjaw kirjiet għoljin u għoli tal-ħajja. Il-miżuri tħabbru mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana nhar it-Tnejn, 26 ta' Ottubru, bħala parti mill-Budget 2027, li taħt il-motto Malta Miegħek jipprova jgħaqqad miżuri soċjali ma' sforz biex il-fi- nanzi pubbliċi jinżammu taħt kon- troll. Madankollu, il-bidliet li jolqtu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, magħr- ufa bħala TCNs (third-country nationals), saru wieħed mill-aktar aspetti kontroversjali tal-Budget. Il-qalba tad-dibattitu hija waħda: kemm jista' pajjiż jiddependi fuq ħaddiema barranin biex ikompli jikber ekonomikament, filwaqt li fl-istess ħin iżid l-ispejjeż li dawn iridu jħallsu u jnaqqsilhom ċerti benefiċċji? U sa liema punt il-miżuri se jġiegħlu lin-negozji jibdlu l-mod kif jirreklutaw, jew sempliċement jagħmlu l-ħajja aktar għalja għal dawk li diġà jinsabu Malta? X'se jinbidel għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi? Waħda mill-aktar bidliet sinifikanti hija ż-żieda fil-ħlasijiet relatati mal-permessi tax-xogħol. Mill-2027, il-ħlas għal applika- zzjoni ġdida biex ħaddiem minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea jinġieb Malta se jitla' minn €600 għal €800. Ma' dan se tiddaħħal tariffa ġdida annwali ta' €400, applik- abbli kemm għal applikazzjoni- jiet ġodda kif ukoll għat-tiġdid tal-permessi eżistenti. Il-minuri se jkunu eżentati minn din it-tariffa. Skont il-miżuri mħabbra, iż-żieda fil-ħlasijiet amministrattivi relatati mal-permessi mistennija tiġġen- era madwar €80 miljun. Il-Gvern ħabbar ukoll li se jiżdiedu l-ħlasijiet għal diversi servizzi tal-aġenzija Identità, għalkemm mhux id-det- talji kollha ġew spjegati fid-diskors tal-Budget. Dawn l-ispejjeż għandhom implikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-ħlas amministrattiv innif- su. F'każijiet fejn min iħaddem iħallas għall-permess tal-ħaddiem, iż-żieda tista' tfisser spejjeż akbar għan-negozju. F'każijiet oħra, il-ħaddiem jista' jispiċċa jġorr parti mill-piż direttament jew indiret- tament, skont il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-ehim li jkollu ma' min iħaddmu. Dan huwa partikolarment rilevanti f 'industriji li jiddependu fuq numru sostanzjali ta' ħaddie- ma barranin, fosthom it-turiżmu, ir-ristoranti, il-kostruzzjoni, it-tra- sport, il-manifattura u s-servizzi tas-saħħa. Barra minn hekk, il-ħaddiema minn pajjiżi terzi se jkollhom iħall- su €33 fix-xahar biex jibqgħu jużaw it-trasport pubbliku b'xejn li kienu intitolati għalih taħt l-arranġamenti preċedenti, jekk ikunu ilhom Malta inqas minn ħames snin. Dan ifisser spiża annwali ta' €396 għal dawk affettwati. Bidla oħra tolqot lil min juża liċenzja tas-sewqan maħruġa barra mill-Unjoni Ewropea. Wara perjodu ta' 12-il xahar minn meta jidħol Malta, ħaddiem b'permess ta' residenza jkun meħtieġ jikseb liċenzja Maltija jew tal-UE biex ikompli jsuq. Il-perjodu ta' 12-il xahar ma jerġax jibda kull darba li l-persuna titlaq minn Malta u terġa' tidħol. Għal dawk li jkoll- hom bżonn il-liċenzja u jaqgħu taħt il-miżura, se tiddaħħal tariffa ta' €83 fix-xahar. Hemm eċċez- zjoni għal ħaddiema b'permess ta' residenza għal impjieg li jinvolvi s-sewqan. Jekk dawn l-ispejjeż jingħaddu flimkien, il-piż jista' jkun sostanz- jali. Ħaddiem li jħallas it-tariffa annwali ta' €400 u l-ħlas ta' €33 fix-xahar għat-trasport pubbliku se jkollu spiża addizzjonali ta' €796 fis-sena, qabel ma jitqiesu ż-żidiet relatati mal-permessi jew l-ispejjeż ta' liċenzja tas-sewqan. Għal ħaddiem li jaqla' paga baxxa, din mhijiex sempliċement kwistjoni ta' tariffi amministrattivi. Hija kwistjoni li tista' taffettwa l-flus li jibqagħlu għall-kera, l-ikel, il-kontijiet u l-ħtiġijiet ta' kuljum. It-telf tal-benefiċċji u l-kwistjoni tal-integrazzjoni Il-bidliet ma jiqfux mal-permessi u t-trasport. Il-Gvern ħabbar ukoll li ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu il- hom Malta inqas minn ħames snin ma jibqgħux eleġibbli għas-servizz taċ-childcare b'xejn. Madankollu, it-tfal li diġà qegħdin jużaw dan is-servizz mhux se jintlaqtu minn din il-bidla. Barra minn hekk, il-ħaddiema affettwati ma jibqgħux eleġibbli għall-benefiċċju ta' darba ta' €150 li jingħata lil dawk li jaħdmu f 'ħinijiet atipiċi, bħal filgħaxija jew fi tmiem il-ġimgħa. Il-Gvern qal li l-esklużjoni minn dawn il-benefiċċji, flimkien mal-bidliet fit-trasport u fil-ħlasijiet relatati, se ġġib iffrankar ta' madwar €46 miljun. Għal familji barranin bi wlied żgħar, it-telf tal-aċċess għal childcare b'xejn jista' jkun parti- kolarment importanti. Ġenitur li jaħdem sigħat twal u m'għandux membri tal-familja f 'Malta biex jgħinuh jista' jkollu jħallas għal servizz li qabel kien jingħata mingħajr ħlas. Dan jista' jaffettwa d-deċiżjoni dwar jekk iż-żewġ ġenituri jibqgħux jaħdmu, jew jekk ikunx finanzjarjament vijabbli għal familja tibqa' tgħix Malta. Il-kriterju tal-ħames snin iqajjem ukoll mistoqsijiet dwar kif il-Gvern jiem l-integrazzjoni. Persuna tista' tkun ilha tgħix Malta għal erba' snin, taħdem regolarment, tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjoni- jiet tas-sigurtà soċjali, u tkun bdiet tibni ħajja komunitarja, iżda xorta titlef ċerti benefiċċji minħabba li għadha ma laħqitx il-limitu ta' residenza. Min-naħa l-oħra, il-Gvern jista' jargumenta li hemm bżonn li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet differenti bejn min għadu kif wasal u min ilu żmien twil jgħix fil-pajjiż, speċ- jalment meta s-servizzi pubbliċi jkunu taħt pressjoni. Iżda l-mis- toqsija li tibqa' hija jekk limitu uni- formi ta' ħames snin huwiex l-aktar mod xieraq biex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi differenti tal-ħaddie- ma u tal-familji tagħhom. Il-Gvern jiddefendi d-deċiżjoni Il-Prim Ministru Robert Abela ddefenda l-miżuri wara d-diskors tal-Budget, u sostna li l-idea li l-ħaddiema minn pajjiżi terzi koll- ha jitħallsu pagi baxxi hija żbaljata. Huwa rrimarka li fost dawn il-ħad- diema hemm ukoll persuni b'ħiliet speċjalizzati u bi dħul għoli. Dwar it-tneħħija tat-trasport pubbliku b'xejn għal dawk li ilhom Malta inqas minn ħames snin, Abela rrimarka li n-nollijiet tal-karozzi tal-linja f 'Malta huma fost l-orħos. Huwa ddefenda wkoll il-Budget bħala wieħed b'karattru soċjali, u rabat il-miżuri mal-fatt li t-tkabbir tal-popolazzjoni sar wieħed mit-tħassib tal-pubbliku. L-argument tal-Gvern jidher li huwa marbut ma' bidla fil-mudell ekonomiku. Żieda kontinwa fil-popolazzjoni, sostnuta minn reklutaġġ ta' ħaddiema barranin, iżżid id-domanda għall-akko- modazzjoni, għat-trasport u għas-servizzi pubbliċi. Għalhekk, żieda fl-ispejjeż tar-reklutaġġ tista' titqies bħala mod kif in-negozji jiġu mħeġġa jaħsbu aktar dwar il-produttività u dwar kemm vera- ment għandhom bżonn ħaddiema ġodda. Madankollu, hemm differenza bejn li n-negozji jitħeġġu jinvestu aktar fit-teknoloġija u li l-ħaddie- ma eżistenti jintalbu jħallsu aktar. Jekk l-ispejjeż jiżdiedu mingħajr in- vestiment f 'awtomazzjoni, taħriġ u titjib fil-produttività, ir-riżultat jista' jkun sempliċement żieda fl-ispejjeż operattivi. It-TCN Alliance: "Daqqa ta' ħarta" għall-ħaddiema Waħda mill-aktar reazzjonijiet qawwija waslet mit-TCN Alliance, li tirrappreżenta ħaddiema minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. L-organizzazzjoni ddeskriviet il-miżuri bħala "daqqa ta' ħarta" għal eluf ta' ħaddiema li diġà qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. L-Alleanza argumentat li l-ekonomija Maltija tiddependi fuq dawn il-ħaddiema f 'diversi setturi, fosthom it-turiżmu, l-ospitalità, il-kostruzzjoni, is-saħħa, it-trasport u l-manifattura. Hija qalet li ħafna minnhom jinsabu f 'sitwazzjonijiet prekarji minħabba kirjiet għoljin u abbużi fil-kuntratti tax-xogħol. Skont l-Alleanza, il-Gvern qed jiġbor ħlasijiet, taxxi u kon- tribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mingħand il-ħaddiema barranin, iżda fl-istess waqt qed inaqqsil- hom aċċess għal ċerti drittijiet u benefiċċji. Għalhekk talbet lill- Gvern jerġa' jikkunsidra l-miżuri u wissiet li qed tevalwa l-għażliet disponibbli biex tikkontestahom. L-organizzazzjoni ħabbret ukoll inizjattiva ta' protesta simbolika: qed tħeġġeġ lill-ħaddiema jilbsu żigarella ħadra bejn is-16 u l-20 ta'

