MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

I l-Budget għas-sena 2027 huwa pass ieħor fid-direz- zjoni li pajjiżna jrid ikompli jieħu – ekonomija li toħloq il-ġid, familji li jgawdu minn aktar stabbiltà u servizzi pubbliċi li jkom- plu jevolvu biex jilħqu l-ħtiġijiet tas-soċjetà. Huwa Budget li jħares lejn il-ħtiġijiet tal-lum, imma fl-ist- ess waqt jagħraf li d-deċiżjonijiet li nieħdu llum iridu jħejju lil Malta għall-isfidi ta' għada. F'ċirkostanzi internazzjonali, karatterizzati minn inċertezza u pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-en- erġija, il-Gvern qed ikompli jżomm il-prijorità tiegħu fuq l-istabbiltà. Gvern li żamm il-prezzijiet tal-elet- triku, il-gass u l-fuels, permezz ta' sussidji biex ikompli jipproteġi lill-familji u lin-negozji mill-ef- fetti ta' żviluppi internazzjonali li m'għandhomx kontroll fuqhom. Fl-istess ħin, it-tnaqqis fit-taxxa għall-familji, it-titjib fil-pensjonijiet u l-appoġġ soċjali jkomplu jindiriz- zaw ir-realtajiet li jaffaċċjaw diversi persuni. L-istabbiltà hija l-pedament li fuqu nistgħu nibnu ekonomija aktar produttiva, servizzi aktar effiċjenti u opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Anki fis-setturi li jien responsabbli minnhom. L-għażla tat-tema għal dan il- Budget: Malta Miegħek: 'Il-kelma tagħna ma mmorru lura minnha qatt', hija wkoll sinifikanti. Hija serħan il-moħħ u sigurtà finanzjarja għaliex din it-tema tirri- fletti l-impenn tal-gvern li jkompli jipproteġi lill-familji u lin-negozji fi żminijiet ta' inċertezza, b'fokus fuq l-istabbiltà u d-distribuzzjoni tal-ġid. Tema ta' kredibbilità u żamma tal-wegħdiet għaliex "Il-kelma tagħna ma mmorru lura minnha qatt" tenfasizza d-determinazzjoni tal-gvern li kif għamel fil-passat, iwettaq dak li wiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi, u jżomm kelmtu b'mod konsistenti. Hija wkoll appoġġ dirett lill-familji: Din l-għażla tintrabat ma' miżuri konkreti mħabbra bħala parti mill-pakkett finanzjar- ju, fosthom it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-poplu mit-tnaqqis fit-taxxa għall-ġenituri u l-introduzzjoni ta' miżuri ta' appoġġi soċjali u finanzjarji. Bħala Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, nemmen li s-saltna tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet huma elementi essenzjali ta' pajjiż li jrid ikompli jimxi 'l quddiem. Sistema ġudizzjarja effiċjenti mhijiex biss kwistjoni ta' amministrazzjoni; hija garanzija li ċ-ċittadini jkollhom qafas legali li jipproteġi d-drittijiet tagħhom u jagħtihom ċertezza. Matul din is-sena, komplej- na nsaħħu l-kapaċità tal-Qrati permezz ta' aktar riżorsi umani. Ħatriet li huma parti mill-ħidma kontinwa biex jissaħħu l-istrutturi istituzzjonali fil-qasam tal-ġus- tizzja. Se nkomplu naħdmu biex niżguraw li l-istituzzjonijiet tagħna jkollhom l-istrutturi u l-persuni meħtieġa sabiex iwettqu l-funz- jonijiet tagħhom b'mod effettiv, responsabbli u fl-aħjar interess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Komplejna wkoll insaħħu l-kapaċità tal-Qrati permezz ta' speċjalizzazzjoni, investiment infrastrutturali u diġitalizzazzjoni. Il-ħidma fuq il-Qorti tal-Familja, il-binja ġudizzjarja f 'Għawdex, kif ukoll l-iżvilupp ta' sistemi diġitali għall-amministrazzjoni tal-Qrati, huma parti minn din it-trasfor- mazzjoni. Ir-riforma tal-Qorti tal-Familja, b'enfasi fuq il-medjazz- joni u l-aħjar interessi tat-tfal, turi wkoll li l-modernizzazzjoni trid tkun akkumpanjata minn approċċ aktar uman. L-investiment f 'dan il-qasam se jkompli jwassal għal riżultati tanġibbli: proċeduri aktar effiċjenti, aċċess aktar faċli għas-servizzi u istituzzjonijiet li jwieġbu għall-as- pettattivi tal-pubbliku. Qegħdin ninvestu fin-nies daqskemm qegħdin ninvestu fir-ri- formi. Sena wara sena qed inżidu r-riżorsi disponibbli għall-Qrati u għall-Ġudikatura, iżda fl-istess waqt qed nibdlu l-mod kif taħdem is-sistema, b'aktar speċjalizzazzjoni, aktar strutturi ta' appoġġ u aktar teknoloġija. Fuq il-livell istituzzjonali, matul din is-sena għaddew mill-Parla- ment ukoll żewġ riformi maġġuri. Waħda minnhom tistabbilixxi qafas ġdid għall-ħatra tal-membri tat-Tribunali Amministrattivi Speċjalizzati permezz ta' Kum- missjoni Indipendenti u proċess pubbliku, kompetittiv u bbażat fuq il-mertu. Riforma oħra ssaħħaħ l-iskru- tinju, l-aċċess għall-ġustizzja u l-kontabilità fil-ġudizzju tal-Avukat Ġenerali, meta b'deċiżjoni konxja, l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma ssirx prosekuzzjoni – deċiżjoni li tista' ssir skont il-liġi kriminali ta' pajjiżna. Riforma li tipprovdi aktar lok biex tali deċiżjonijiet ikunu jist- għu jiġu kkontestati u skrutinizzati, filwaqt li tissaħħaħ it-trasparenza, ir-responsabbiltà u s-saltna tad- dritt. Nemmen ukoll li l-futur ekono- miku ta' Malta ma jistax jiddependi biss fuq aktar attività ekonomika. Irridu nsaħħu l-produttività, noħolqu aktar valur miżjud u nagħtu spazju akbar lit-talent, lill- għarfien u lit-teknoloġija. Għalhekk, ir-riċerka u l-inno- vazzjoni qed ikunu parti integrali mill-istrateġija nazzjonali tagħna. Permezz ta' Xjenza Malta, il-Gvern qed ikompli jappoġġja inizjattivi li jgħaqqdu lir-riċerkaturi, lill-akka- demja, lill-industrija u lill-entitajiet pubbliċi biex l-għarfien xjentifiku jwassal għal soluzzjonijiet konkreti. F'dan il-kuntest, l-investiment ta' €1.7 miljun f 'opportunitajiet ġodda ta' finanzjament tematiku, imħabbar f 'Settembru, jinkludi riċerka dwar il-kanċer, innovazzjo- ni diġitali u soluzzjonijiet għall-is- fidi tal-ilma fl-agrikoltura. Dawn l-inizjattivi juru kif ir-riċerka tista' tgħin biex jiġu indirizzati sfidi reali u jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-pajjiż. L-istess prinċipju jgħodd għall-intelliġenza artifiċjali u t-tras- formazzjoni diġitali. L-investiment f 'teknoloġiji ġodda jrid imur id f 'id mal-iżvilupp tal-ħiliet u mal- kapaċità tal-ħaddiema u tan-ne- gozji li jadattaw għal ekonomija li qed tinbidel kontinwament. Il-Budget imħabbar għall-2027 għandu jitqies ukoll fid-dawl tal-ħtieġa li Malta tkompli tevolvi lejn ekonomija b'aktar produttiv- ità u valur miżjud, kif enfasizza l-Prim Ministru Robert Abela. Din it-tranżizzjoni titlob investiment, ippjanar fit-tul u kollaborazzjoni bejn il-Gvern, is-settur privat, l-ak- kademja u s-soċjetà ċivili. Nemmen li l-progress irid jitkejjel mhux biss permezz taċ-ċifri, imma wkoll mill-kwalità tas-servizzi, mill-opportunitajiet li noħolqu u mill-fiduċja li nsaħħu fl-istituzzjonijiet tagħna. Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-Budget imħabbar għall-2027 bħala wieħed uniku fl-Ewropa. Huwa uniku fil-garan- zija li jagħti lill-familji u lin-ne- gozji fl-istabbiltà li joffri. Imkien fl-Ewropa ma hemm pajjiż li kapaċi jagħti garanzija ta' prezzijiet tal-enerġija u tal-fuel stabbli. Il-mira tagħna trid tibqa' waħda ċara: Malta li tkompli tipproteġi l-familji, tinvesti fin-nies u tagħti lill-ġenerazzjonijiet futuri l-għodod biex jirnexxu. Għaliex il-progress veru jseħħ meta l-istabbiltà tal-lum issir il-bażi għal futur aktar b'saħħ- tu, aktar ġust u aktar innovattiv għal kulħadd. "Nemmen li l-progress irid jitkejjel mhux biss permezz taċ-ċifri, imma wkoll mill-kwalità tas-servizzi, mill- opportunitajiet li noħolqu u mill- fiduċja li nsaħħu fl-istituzzjonijiet tagħna." 10 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni CLIFTON GRIMA Malta miegħek: Nibnu fuq l-istabbiltà biex noħolqu aktar opportunitajiet għall-futur L-investiment fil-qasam tal-ħustizzja se jwassal għal proċeduri aktar effiċjenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 November 2026