Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
02 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 'Il-persuni b'diżabilità jibżgħu jitkellmu' JAELLE BORG "L-iskemi huma biss fuq il-karta." Hekk sostna Dario Azzopardi, li qed iqajjem tħassib dwar il-mod kif Aġenzija Sapport tfassal u tamministra skemi u servizzi maħsuba biex jgħinu lill-persuni b'diżabilità. Azzopardi qed jallega li l-prob- lemi li ltaqa' magħhom mhumiex każijiet iżolati, iżda jirriflettu nuqqasijiet amministrattivi li jist- għu joħolqu ostakli għall-persuni li dawn l-iskemi suppost qegħdin hemm biex jassistu. It-tħassib tiegħu jikkonċerna ħames skemi u inizjattivi, fosthom żewġ sejħiet ġodda ta' Aġenzija Sapport li fihom qajjem mistoqsi- jiet dwar il-ħlasijiet, l-obbligi ta' dawk li japplikaw u ċ-ċarezza tal-kundizzjonijiet. Waħda mis-sejħiet titlob lill-interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija jkunu disponibbli għal mill-inqas tmien sigħat fil-ġimgħa, b'impenn mistenni ta' sena, iżda mingħajr ma tispeċifika ammont minimu ta' xogħol garantit. Sejħa oħra għall-għalliema tas-sewqan tinkludi informazzjoni kontra- dittorja dwar is-sigħat ta' taħriġ imħallas. Is-sejħa għall-interpreti tal-Ling- wa tas-Sinjali Maltija, bin-numru ta' referenza AS.PROC.26.133 u datata 4 ta' Novembru, tistabbilixxi li l-kandidati magħżula għandhom ikunu disponibbli għal mill-inqas tmien sigħat fil-ġimgħa, b'impenn mistenni għal sena matul l-2027. Madankollu, l-istess dokument jispeċifika li n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa se jiġi determi- nat mill-aġenzija skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Dan ifisser li, filwaqt li l-inter- preti jintalbu jiddikjaraw disponib- biltà minima, is-sejħa ma tiggaran- tilhomx numru minimu ta' sigħat ta' xogħol imħallas. Il-ħlas huwa stabbilit għal €35 fis-siegħa, mingħajr VAT, filwaqt li l-opportunità hija għal persuni li jaħdmu għal rashom u mhux bħala impjegati diretti tal-aġenzija. Il-kundizzjonijiet jipprevedu wkoll xogħol amministrattiv, rapporti, laqgħat u superviżjoni, filwaqt li l-ħin ta' preparazzjoni jista' jintalab bi ħlas sa massimu ta' siegħa għal kull inkarigu. Għal ħin ta' preparazzjoni li jaqbeż siegħa, tkun meħtieġa approvazzjoni bil-miktub minn qabel. Azzopardi qed jistaqsi kemm dawn il-kundizzjonijiet joffru ċertezza lil dawk interessati, par- tikolarment meta jintalbu jimpen- jaw ruħhom għal perjodu twil mingħajr garanzija dwar kemm se jingħataw xogħol. Huwa qajjem ukoll dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet proposti humiex kompatibbli mar-regoli li jirregolaw ix-xogħol għal ras dak li jkun, għalkemm il-kundizzjoni- jiet imsemmija ma jistabbilixxux, fihom infushom, ksur tal-liġi tax-xogħol. Erba' sigħat jew tlieta? Diskrepanza f'sejħa oħra It-tieni sejħa li dwarha Azz- opardi qajjem tħassib hija dik għall-għalliema tas-sewqan, bin-numru AS.PROC.26.127, datata 2 ta' Novembru. Is-sejħa hija maħsuba għal għalliema kwalifikati li jipprovdu lezzjonijiet tas-sewqan lil persuni b'diżabilità permezz ta' vettura adattata tal-aġenzija. Madankollu, id-dokument jagħti żewġ informazzjonijiet differenti dwar it-tul tat-taħriġ inizjali li se jingħata lill-għalliema magħżula. Fl-ewwel paġna jingħad li se jingħataw sessjoni inizjali ta' taħriġ imħallas ta' erba' sigħat, filwaqt li fit-tieni paġna jingħad li din is-ses- sjoni se tkun ta' tliet sigħat, bi ħlas ta' €20 fis-siegħa. Id-diskrepanza tqajjem mis- toqsija dwar liema kundizzjoni se tapplika għal dawk magħżula. Barra minn hekk, is-sejħa tipprevedi li l-għalliema jitħallsu €20 fis-siegħa direttament mill-is- tudenti, filwaqt li Aġenzija Sapport tħallashom €20 oħra għal kull siegħa ta' lezzjoni. Minkejja dan, id-dokument jirriżerva lill-aġenzija d-dritt li tim- poni limitu fuq in-numru ta' sigħat eleġibbli għal dan il-ħlas addizzjon- ali, mingħajr ma jispeċifika kemm jista' jkun dan il-limitu jew kif se jiġi determinat. Azzopardi sostna li dawn mhumiex sempliċement żbalji fil-kitba, iżda kwistjonijiet li jolqtu direttament il-kundizzjonijiet finanzjarji li persuna għandha tkun taf qabel tidħol għal impenn. "Il-persuni b'diżabilità jibżgħu jitkellmu" Azzopardi sostna wkoll li l-prob- lemi li qed iqajjem huma parti minn tħassib usa' dwar l-aċċessib- biltà u l-amministrazzjoni tal- iskemi għall-persuni b'diżabilità. "Hawn Malta, il-persuni b'diżabilità jibżgħu jitkellmu," qal Azzopardi f 'kummenti li għadda lil din il-gazzetta. Huwa semma wkoll il-Personal Budget Scheme, l-Empowerment Scheme u inizjattiva li identifika bħala r-Ragusa Express Scheme. Fil-każ tal-Empowerment Scheme, qal li sab diffikultajiet biex jikseb referenzi u dokumen- tazzjoni mingħand professjonisti, fosthom terapista okkupazzjonali, li skontu kienu meħtieġa sabiex ikun jista' jipproċedi bl-applikazz- joni tiegħu. Azzopardi sostna li ostakli bħal dawn jistgħu jagħmluha diffiċli għal persuni b'diżabilità biex jaċċes- saw għajnuna li tkun maħsuba speċifikament għalihom. Jitlob skrutinju indipendenti F'korrispondenza indirizzata lil persuna minn Aġenzija support, Azzopardi sostna li kien diġà wissa dwar dak li jqis bħala nuqqasijiet rikorrenti fl-amministrazzjoni tal- iskemi tal-aġenzija. Huwa qal li l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-għalliema tas- sewqan, bl-informazzjoni inkon- sistenti dwar it-taħriġ imħallas, kompliet issaħħaħ it-tħassib tiegħu dwar il-verifiki li jsiru qabel ma jinħarġu dokumenti uffiċjali. Azzopardi qal li beħsiebu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummis- sjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) u lill-Uffiċċ- ju tal-Ombudsman sabiex issir investigazzjoni indipendenti dwar il-mod kif dawn l-inizjattivi huma mfassla u amministrati. Aġenzija Sapport twieġeb B'reazzjoni għall-mistoqsijiet ta'' din il-gazzetta, Aġenzija Sapport spjegat li ż-żewġ sejħiet għall-għal- liema tas-sewqan u għall-inter- preti tal-lingwa tas-sinjali huma espressjonijiet ta' interess u mhux kuntratti finali. L-aġenzija qalet li l-valur tal-kuntratti, il-kundizzjoni- jiet u l-allokazzjoni tas-sigħat tax-xogħol se jiġu determinati wara l-proċess tal-għażla, skont il-ħtiġijiet tas-servizzi u n-numru ta' applikanti. Żiedet li l-ħlas ikopri s-sigħat kollha ta' xogħol imwettqa u fatturati lilha. Minkejja li din il-gazzetta staqsiet speċifikament għaliex is-sejħa għall-għalliema tas-sewqan tirreferi għal erba' sigħat ta' taħriġ imħallas fl-ewwel paġna u tliet sigħat fit-tieni paġna, l-aġenzija ma tat l-ebda spjegazzjoni diretta dwar din id-diskrepanza. L-aġenzija sostniet li s-sejħiet u l-iskemi kollha jgħaddu minn miżuri interni ta' kontroll tal-kwal- ità mid-dipartimenti responsabbli. Dwar l-ilmenti ta' Azzopardi, Aġenzija Sapport ikkonfermat li hija konxja mit-tħassib li qajjem. Madankollu, qalet li minħabba li Azzopardi rrefera l-kwistjoni lill-Uffiċċju tal-Ombudsman u ressaq rapport lill-Pulizija, tqis li mhux xieraq li tikkummenta dwar il-mertu tal-allegazzjonijiet f 'dan l-istadju, sabiex ma tinterferixxix fl-investigazzjonijiet. L-aġenzija saħqet li se tkompli tikkoopera mal-awtoritajiet kom- petenti u li taħdem biex il-proċe- duri tagħha jkunu aċċessibbli u ma joħolqux ostakli bla bżonn għall-persuni b'diżabilità. Iqajjem dubji dwar ħames inizjattivi tal- Aġenzija Sapport, fosthom żewġ sejħiet ġodda b'kundizzjonijiet mhux ċari dwar ħlasijiet u xogħol Persuni b'diżabilità jistgħu jsibuha diffiċli jaċċessaw għajnuna li tkun maħsuba speċifikament għalihom Permezz ta' digriet mogħti fil-Prim'Awla tal-Qorti fl-4 ta' Marzu, 2026, fl-atti tal-ittra uffiċjali numru 18/2026, fl-ismijiet APS Bank plc vs Ashley John Galea et, ordnat is-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notifika lill-intimat Ashley John Galea a tenur tal-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Illum 6 ta' Jannar, 2026 Lil: Ashley John Galea (KI 393006L) ta' 41, Moonflower, Triq il-Lampuki, San Pawl il-Baħar; u Laura Jean Temple Permezz tal-preżenti APS Bank plc (C2192) ta' APS Centre, Triq it- Torri, Birkirkara BKR 4012, jinterpellakom sabiex fi żmien ħmistax- il gurnata min-notifika ta' din l-ittra uffiċjali, tħallsu lill-mittenti s-somma ta' €171,030.35 dovuta kwantu għas-somma ta' €141,658.69 bħala bilanċ ta' debituta' House Loan Residential Account numru 2000145030-7 u kwantu għas-somma ta' €29,371.55 bħala bilanċ ta' debitu ta' Interest Current Disposal Account numru 3944151002-6. Fin-nuqqas jittieħdu passi ulterjuri skont il-liġi. Bl-ispejjeż u bl-interessi ulterjuri fuq l-imsemmi House Loan Residential Account numru 2000145030-7 bir-rata ta' 8% fis-sena b'effett mill-1 ta' Jannar, 2026, sad-data tal-ħlas effettiv. Din l-ittra ufficjali qed tiġi ppreżentata ai termini tal-Kap. 12 u Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 30 ta' Ottubru, 2026 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali

