Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
JAELLE BORG Wilfred Cardona, Furjaniż ta' 41 sena u attivist tal-Partit Naz- zjonalista, inqatel fil-lejl tat-18 ta' Mejju tal-1984, f 'każ li baqa' wieħed mill-aktar omiċidji mhux solvuti marbuta mal-kli- ma politika tensjonata tas-snin tmenin. Għall-ħabta tal-10.30pm, mara li kienet għaddejja minn Triq id-Durumblat fil-Mosta, lemħet xi ħaġa mal-ġenb tat-triq. Għall-ewwel ħasbet li kien anni- mal li ntlaqat minn vettura. Meta resqet aktar viċin, rat raġel wiċċu 'l isfel, b'għadira demm taħt rasu. Kien Wilfred Cardona. Il-Pulizija waslet fuq il-post u, skont l-eżamijiet inizjali, Cardona kien ilu mejjet inqas minn siegħa. L-awtopsja li saret l-għada kkonkludiet li fuqu kienu ġew sparati tliet tiri: wieħed f 'sidru, ieħor f 'dahru u t-tielet wieħed fuq wara ta' rasu. L-esperti sabu traċċi ta' porvli fuq ħwejġu, li indikaw li mill-in- qas uħud mit-tiri kienu sparati mill-qrib. It-tiri kienu minn fuq għal isfel, fatt li wassal lill-inves- tigaturi biex iqisu l-possibbiltà li Cardona seta' kien għarkupptejh meta ġie milqut. L-investigaturi qiesu wkoll li Cardona seta' ma nqatilx proprju fil-post fejn instab il-katavru, iżda seta' nqatel f 'post ieħor jew ġewwa vettura u mbagħad ġie mormi hemmhekk. Fil-viċinanzi nstabu wkoll traċċi ta' żebgħa ta' vettura ma' ċint. L-aħħar sigħat tiegħu Dakinhar Cardona kien ħareġ mid-dar tiegħu fi Triq il-Kap- puċċini, il-Furjana, għall-ħabta tas-6pm. Huwa mar jiltaqa' mal-avukat tiegħu, Clarence Busuttil, u aktar tard marru flimkien fil- każin tal-Partit Nazzjonalista f 'Ħaż-Żebbuġ. Skont Busuttil, Cardona kien ħeġġu biex jikkontesta elezzjoni f 'isem il-PN. Wara d-9pm telqu lura lejn il-Furjana, fejn waqfu f 'ħanut tal-kafè. Għall-ħabta tad-9.30pm, Car- dona qal lill-avukat tiegħu li kellu bżonn jagħmel telefonata. Busuttil aktar tard qal li Car- dona deher inkwetat, iżda ma spjegax x'kien qed jiġri. F'inqas minn siegħa, kien mejjet. Jiem qabel kien qal li ppruvaw joqtluh Il-qtil seħħ wara episodju ieħor li Cardona nnifsu kien qal li seta' kien attentat fuq ħajtu. Skont ir-rakkont tiegħu, jiem qabel il-qtil kien qed isuq fi Triq il-Kosta, fil-limiti tas-Salini, meta nduna li vettura kienet qed issegwih. Huwa qal li sema' sparatura, waqqaf il-karozza u ħareġ jiġri lejn il-blat. Il-vettura waqfet ukoll u Cardona sostna li sema' aktar tiri sparati fid-direzzjoni tiegħu. Ma ntlaqatx. Huwa kien irrappurtat li rnexx- ielu jinnota n-numru tar-reġis- trazzjoni tal-vettura. Madankollu, mhux magħruf jekk għamilx rapport formali lill-Pulizija dwar l-inċident. Allegazzjonijiet ta' swat waqt interrogazzjoni Il-kuntest tal-qtil kien aktar kumpless minħabba dak li kien ġara lil Cardona it xhur qabel. F'Diċembru tal-1983, Cardo- na kien ġie arrestat u interrogat mill-Pulizija dwar armi. Rapporti aktar tard qalu li l-Pulizija kienet issuspettatu b'rabta ma' armi li kienu nstabu fil-kwartieri tal-Par- tit Nazzjonalista. Wara li nħeles, Cardona allega li waqt l-arrest kien safa msawwat minn diversi membri tal-Pulizija. Tabib li eżaminah wara, Antoine Mifsud Bonnici, kien iċċertifika diversi tbenġil u ġrieħi, fosthom fil-kustilji. Il-Pulizija ċaħdet li kienet użat vjolenza kontrih. Il-verżjoni uffiċjali kienet li Cardona kien weġġa' lilu nnif- su billi beda jsabbat rasu ma' mejda waqt l-interrogazzjoni. Din il-verżjoni ġiet anke kkomu- nikata lill-Amnesty International mill-Gvern Malti meta l-organiz- zazzjoni internazzjonali talbet in- formazzjoni dwar allegazzjonijiet ta' trattament ħażin fil-kustodja tal-Pulizija. Amnesty International kienet inkludiet il-każ ta' Cardona fost sensiela ta' allegazzjonijiet ta' trat- tament ħażin ta' persuni fil-kus- todja tal-Pulizija bejn l-1980 u l-1985. X'kien jaf Wilfred Cardona? Tul is-snin ħarġu diversi teoriji dwar għaliex Cardona seta' nqa- tel. Rapporti sostnew li waqt l-inter- rogazzjoni tiegħu seta' kien tkel- lem, jew hedded li jitkellem, dwar persuni involuti f 'attakki bil-bom- bi u attività kriminali oħra. Dawn l-allegazzjonijiet qatt ma ġew ippruvati fil-Qorti u ma ġiex stabbilit jekk kellhomx xi rabta diretta mal-qtil tiegħu. Wara mewtu, saret tfittxija fl-appartament tiegħu fil-Furjana. Taħt gwardarobba nstab revolv- er British Bulldog flimkien ma' madwar 40 balla. Instabet ukoll kaxxa tas-sulfarini li fuqha kien hemm miktubin ħames numri. Ma ġiex stabbilit jekk dawk in-numri kinux numru tat-tele- fown jew setgħux kienu relatati mal-vettura li Cardona qal li kienet segwietu jiem qabel. Il-Pulizija sabet ukoll it-trakk Bedford tiegħu fi Triq Schembri, il-Ħamrun. Il-vettura kienet miuħa, biċ-ċavetta ġewwa, iżda ma nstab xejn suspettuż fiha. Aktar minn 40 sena mingħajr kundanna Il-qtil ta' Wilfred Cardona baqa' ma ġiex solvut. Fl-2006, qarib tiegħu kiteb pubblikament biex jitlob lill-aw- toritajiet jerġgħu jagħtu spinta lill-investigazzjoni, u qal li l-familja kienet ilha għexieren ta' snin tistenna tweġibiet. Rapporti sussegwenti kom- plew jelenkaw il-każ tiegħu fost l-omiċidji mhux solvuti ta' Malta. F'rapport tal-2020 dwar omiċidji politiċi mhux solvuti, il-qtil ta' Cardona ġie elenkat flimkien ma' dawk ta' Karin Grech, Raymond Caruana u Lino Cauchi. Aktar minn erbgħin sena wara l-lejl li fih instab wiċċu 'l isfel fi Triq id-Durumblat, tibqa' l-istess mistoqsija: Min qatel lil Wilfred Cardona, u għaliex? OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW analiżi IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 16 WILFRED CARDONA L-attivist li nqatel ftit xhur wara li allega li kien imsawwat fil- Kwartieri tal-Pulizija
