MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb taqra l-ktieb ġdid ta' Alex Vella Gera, Ereżija, u tinnota s-satira soċjali u l-ambizzjoni tal-ktieb. Smajt ereżija u qrajt oħra Dal-jumejn ħsibt it jekk biex nikteb reċensjoni rridx kreattività. Imbagħad akart li kull ħaġa li nagħmel tinbidel f 'massakru ttorturat jekk ma ndaħħalx fiha it kreattività. U tħassart lil dawk li jaħsbu li l-kreattività hija lussu tal-artisti biss, u li ma jifilħux ibillu subgħajhom fil-fonti ta' dik il-perspettiva perikoluża xejn. Pereżempju. Malli qbadt Ereżija ta' Alex Vella Gera f 'idejja, ħallejt lili nnifsi naħseb l-iżjed ħaġa pwerili, u x'aktarx superfiċjali, li tista' taħseb: kemm xtaqt li kont jien li ktibt ktieb b'dan l-isem. Ereżija hija daħka f 'wiċċ kull min qatt qal lil xi ħadd "tiktibx ereżiji". Ereżija, ta' Alex Vella Gera, hu stampat tajjeb ħafna. Il-karti jħaxwxu sodi bejn subgħajja, kif drajt nistenna minn Kotba Calleja. It-tipa, però, irqiqa kemxejn iżżejj- ed, u kienet l-ewwel sinjal li dan il-ktieb se jitlob ħafna paċenzja minni. Il-ktieb jiaħ b'sentenzi twal li jserr- pu bl-aġġettivi u l-fantasija f 'dinja aljena u antika, u bi kliem li rajt għall-ewwel darba hawnhekk: "Xaħxi, Tarmija, Tarjusa, biżbogħod, biżgħoli, Għassiesa, għawġejna". Mill-bidu, il-qarrej jgħix eżatt dak li jgħixu l-karattri, għomja għal ta' mad- warhom: huwa kostrett jobdi liġijiet li ma jiimx. Bħala Maltija, però, stajt inxebbah kull kelma ġdida ma' xi ħaġa li diġà naf, u it it sibt ruħi parti minn klabb żgħir u sigriet ta' dawk li jafu lil Malta li jistgħu jqabblu ma' dan il-ktieb. Ir-rakkont jibda f 'Ħal Ġuf, l-aħħar raħal qabel l-"agħar baħħ", fejn in-nisa jwell- du boton trabi. Ere twelled wieħed biss, u r-raħal jikkonkludi li kiel lil ħutu f 'ġuf ommu. Isejħulu Ereżija, minn isem ommu u missieru, Ere u Żija. L-Għassiesa, il-qassi- sa u l-qabla tar-raħal, tisma' leħen f 'moħħha jgħidilha "Erħilu", u tgħid l-ewwel gidba ta' ħajjitha. Minn hemm 'il quddiem, Ereżi- ja jimxi qabel żmienu u ma jieqaf qatt, sakemm ir-raħal kollu jdur kontrih. Aħna kemxejn għomja għan-nies ta' żmien il-preistorja. Għandna l-Mara l-Ħox- na u bini bla qies, imma it li xejn nafu dwar il-psike tagħhom. Nafu li ċ-ċiviltà tat-tempji għebet madwar l-2350 QK, u l-arkeologi jissuspettaw li ġġarrfet minn ġewwa: gżira maqtugħa mid-dinja, b'art li kulma tmur kienet qed titgħerra mis-siġar u mill-ħamrija. Vella Gera, inħoss, ħatar ruħu evanġelista biex jikteb bibbja mitoloġika dwar dan kollu. Jien u naqra, ħassejt lil Vella Gera jistaqsi kif inbnew it-tempji. Kienu n-nies li bnewhom bħall-Maltin li bnew il-knejjes tagħna? Dawk ta' dak iż-żmien, wara kollox, jekk ma nafuhom xejn, nafu żgur li bħalna kienu jgħixu fuq gżira. Imma l-mistoqsija hi: "Kienu anzjużi u provinċjali daqsna, li nibnu l-knejjes, inżejnu l-faċċati, naħlu ħin- na f 'dibattiti eterni, u nħarsu lejn id-dinja ta' barra b'ċertu biża'? Il-ktieb iwieġeb li iva. Il-biżbogħod huwa s-sindromu tal-gżira ż-żgħira mlibbes ta' leġġenda. Anke jekk l-abitanti tal-gżira bnew l-ikbar tempji u "the oldest free- standing building in the world" (sakemm it-Turkija serqitilna t-titlu), il-kapaċità li tib- ni xi ħaġa straordinarja donnha ma tfissirx li tkun ħlist mil-limitazzjonijiet tiegħek. Kierkegaard sejjaħ l-ansjetà "l-isturda- ment tal-libertà". Għal gżira, il-libertà hija l-baħar miuħ, u mill-baħar ma taħrabx; allura tibni 'l fuq. Tempju, knisja, faċċa- ta. Qisna qed niffortifikaw ruħna kontra l-bogħod u kull ma jista' jasal minnu. Il-ktieb jagħti ġisem lil din l-idea f 'waħda mill-isbaħ xeni tiegħu. Żija, missier Ereżija, jitla' l-għolja tal-Ġiżirana, jara d-dinja kollha għall-ewwel darba, u ma jirnexxilux jgħid xejn ħlief "X'għeġubija!". Wara dik il-ħarsa ma jerġa' jitkellem qatt, u lejl minn- hom jibda miexi u ma jerġax lura. Is-sistema li jippreżenta l-awtur, li biha jdur kollox, hija x-Xaħxi, liġi li tqaddes il- biża' mill-bidla tant li lanqas saqaf li jqattar ma jista' jissewwa. Skont l-għorrief, dak is-saqaf "mhux qed ikun saqaf ". U hawn il-liġi mimlija kontradizzjonijiet, u narratur li jistqarr li "isbaħ mill-kontradizzjoni ma ssibx fid-dinja Xaħxija". Liġi li tistrieħ fuq it-tifrik: xaħxi, aħ, imxaħxaħ, aħxi. U l-lingwa ssir divertiment. F'pajjiż li jgħaddi ħajtu jiddibatti l-mewt ta' lsienu, Vella Gera jivvinta liġijiet, riti u allat bil-Malti, u jivvinta talb, ġakulatorji u kull xorta ta' gabrijoli bl-ilsien. In-nies ta' Ħal Ġuf igedwdu "Jiena jien. Tnixxix." biex jikkalmaw lilhom infushom. Kemm-il darba l-Malti kunfidenti fih innifsu jgħid "jiena jien"? Jien patrijott, jien minn Ħal X, jien Nisrani. L-uniku wieħed li jgħid "Jien" b'leħnu stess huwa Ereżija. Mix-Xaħxi toħroġ ukoll is-satira tal-ħakkiem li qed jiekol l-art minn taħt saqajh. Ta' ċivilizzazzjoni li l-qerda tagħha tasal minn dak li temmen fih. Familjari l-ħakkiem, hawnhekk l-E.T., l-Eminenza Tagħha, li ma temminx fir-re- liġjon ta' niesha u tikkapitalizza mill-biża' tagħhom. Ix-Xaħxi ma tħalli lil ħadd isewwi saqaf, imma l-Eminenza tħaffer l-għolja ta' taħt il-palazz tagħha b'ħaddiema barranin li ma jibżgħux mill-bogħod. Imbagħad bit-tifrik tibni art ġdida fil-baħar, u fuqha tħawwel tabella b'erba' kelmiet: "Mill-art iżjed art. E.T." Fil-ktieb hemm ħafna ideat. Hemm ukoll ħafna bibien li qatt ma jingħalqu, u karattri ġenwinament interessanti li jiġu abbanduna- ti. L-ikbar ġrajjiet jiġru wara l-kwinti. Ere tgħaddi żmien twil fil-palazz u terġa' lura mibdula, imma qatt ma nafu x'għaddiet min- nu. L-abbuż sesswali li tagħmel l-Eminenza fuq il-qaddejja jissemma darba u jintesa. Vjaġġ minnhom darbtejn, b'ħafna mill-istess passi. Il-leħen tan-narratur jibda qisu studjuż umli li jistaqsi "Għiduli it għax jien ma nafx!", imbagħad f 'salt isir jaf kollox. Il-ktieb mhuwiex mexxej, u aktarx limitazzjoni tiegħi li kelli naqbad u nħal- lih bosta drabi. Ta' spiss ir-rakkont jieqaf biex in-narratur jagħtina lekċer sħiħa fuq l-irqad, fuq l-ikel li jaqa' mal-art jew fuq l-istadji tat-Tarjusa. Ċerti espressjonijiet jerġgħu jiġu tant drabi li minflok isaħħruk, iqabbduk in-ngħas. Ktieb bħal dan kellu bżonn l-arja tiġri mal-paġni biex trewwaħ l-ideat tiegħu. Bħal f 'Lord of the Flies, tħoss l-għeluq u x-xewqa tal-ħarba, imma Golding jippreżenta karat- tri li tidħol fi ħsibijiethom. Vella Gera qatt ma jdaħħalna f 'moħħ Ereżija. Il-protagonist tat-titlu huwa simbolu li narawh biss minn barra, mingħajr biss ħsieb wieħed minn tiegħu. Frażi li għoġbitni fil-ktieb: "Dik il-am- ma, mingħajr ix-xemgħa taħtha, x'jifdal minnha?" Qrajt il-ktieb kollu nfittex x'qed jinħaraq. L-Eminenza tiekol l-għolja minn taħt, f 'mini li ħadd ma jarahom, u l-palazz fuqha jibqa' jleqq. Ereżija donnu jagħmel l-istess. Ix-xemgħa vera tiegħu hija Mal- ta tal-lum: il-bini, il-biża' mill-barrani, il-kreattivià li qegħdin nibku. Imma l-awtur jidfinha taħt mitoloġija preistorika, u nibqgħu naraw id-dawl biss. Satira li taħbi l-mira tagħha daqshekk tajjeb titlef is-sħana tagħha, għax il-qarrej ma jħossx li qed jinħaraq hu. U ktieb li kol- lu kemm hu dwar id-dawl, dwar min jara u min jagħlaq għajnejh, jinsa li d-dawl waħdu ma jsaħħanx. Ereżija huwa ktieb intelliġenti, u jaf ikun brillanti f 'xi xeni, iżda l-ambizzjoni tiegħu spiss tegħleb l-istorja. Vella Gera ried joħloq passat immaġinarju li jservi ta' mera għall- preżent. Hija idea tajba, iżda mhux dejjem tingħata l-forma narrattiva li jistħoqqilha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026