Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
Mill-banda l-oħra nsibu diversi films maħdumin b'baġit żgħir jew modest, bi it reklamar fejn anki l-kumpanija jew il-pro- dutturi tagħhom ma stennewx affarijiet kbar, li bil-mod tibda tiġri l-kelma u jispiċċaw bi profitti sostanzjali. Dawn il-kwalitajiet ta' produzzjoni- jiet jissejħu sleepers – films li bil-mod il-mod jibnu impatt u jakkwistaw livell ta' suċċess li ħadd qabel ma basar jew ħaseb li jista' jkun possibbli. Dan hu fenomenu fl-istorja taċ-ċinema li juri li film m'hemmx bżonn li jkollu appoġġ warajh jekk il-kwalità tkun għolja biżżejjed għax iċ-ċineasti jsibuha. Uħud mill-aqwa sleepers huma dawn: Rocky (1976). Dirett minn John G. Avildsen bl-atturi Sylvester Stallone, Talia Shire, Carl Weath- ers u Burt Young. Il-kumpanija United Artists ħadet riskju kbir meta aċċettat id-determinazzjoni ta' Stallone li jkun il-protagonist ta' dan ix-xogħol miktub minnu stess. Film rispettabbli ta' boxer dilettant li jiġġieled għat-titlu mondjali tal-heavyweight. Produzzjoni li ntgħoġbot sewwa, il-kelma ġriet u għamel $224 miljuni qligħ. Sinċerament ta' min jgħid li films dwar il-boxing dejjem marru tajjeb fl-Istati Uniti. Jaws (1975). Jaħdmu Roy Sc- heider, Richard Dreyfuss u Robert Shaw taħt id-direzzjoni ta' Steven Spielberg. Ibbażat minn fuq il-best seller ta' Peter Benchley, l-istorja hi dwar kelb il-baħar li jattakka u joqtol għawwiema f 'xatt il-baħar. Ix-xeriff tal-post ma jkunx irid jagħlaq il-post minħabba n-negoz- ju tat-turisti. Suċċess totali mhux mistenni ma' kullimkien u għandu l-unur li jissejjaħ l-ewwel block- buster bi profitti fenominali ta' kważi $500 miljun. Pulp Fiction (1994). Direttur Quentin Tarantino bl-atturi John Travolta, Bruce Willis, Uma ur- man u Samuel L. Jackson. Xogħol vjolenti għall-kbar dwar serje ta' inċidenti li jintegraw flimkien il- ħajja ta' żewġ gangsters minn Los Angeles, mara ta' kriminal, boxer u żewġ kriminali oħra ta' nofs kedda. Ma jonqsux ukoll mumenti b'fil ta' umoriżmu. Dan il-film irridefi- nixxa ċ-ċinema indipendenti. Il-profitti kienu ta' aktar minn $200 miljun. e Sixth Sense (1999). Id-di- rettur hu M. Night Shyamalan ta' nisel Indjan u l-atturi Bruce Willis, Haley Joel Osment u Toni Collette. Film tal-biża' mill-aktar intelliġenti bi struttura soda. Bi "twist" famuża, dan it-thriller oskur u bil-kelma ta' tifħir tiġri fost kulħadd, dam fil-quċċata tal-box office għal ħafna ġimgħat. Qligħ ta' $630 miljun. e Blair Witch Project (1999). Dan il-fenominu tal-ġen- eru tal-biża', dokumentarju taparsi ta' ġrajjiet sopranaturali li nstabu fuq video, ħeġġeġ il- kurżità ta' ħafna li aktarx ħarġu mis-swali diżillużi però daħħal $250 miljun. My Big Fat Greek Wedding (2002). Maħdum u dirett minn Nia Vardalos, attriċi ta' nisel Grieg. Żgur li ħadd ma ta ċans lil din il-kummiedja ħelwa li tirnexxi li swiet biss $400,000. Però tant l-udjenzi ħadu grazzja miegħu li għamel profitt ta' $360 miljun għax baqa' jintwera għal ħafna ġimgħat dejjem jakkumula flus. e Shawshank Redemp- tion (1994). Dirett minn Frank Darabont u jidhru Tim Robbins, Morgan Freeman u Clancy Brown. Meta ħarġet din il-produzzjoni, bbażata minn fuq il-ktieb ta' Ste- phen King, falliet iżda wara sabet suċċess fenominali fuq il-video u l-cable TV. Dramm tassew im- faħħar minn kulħadd. Fiċ-ċinema qala' mal-$50 miljun. Films oħra kklassifikati bħa- la sleepers li marru tajjeb huma Saw (2004) u s-sensiela ta' wara, Tightrope (1984) tad-Direttur Clint Eastwood, Juno (2007), Paranormal Activity (2011), Na- poleon Dynamite (2004) u diversi oħrajn speċjalment dawk tal-biża' u d-dmija maħduma b'baġits żgħir u ġieli miżeru, però jirrendu profitti tajbin. Fl-aħħar nixtieq nispiċċa billi nsemmi żewġ films li ħarġu din is-sena, Backrooms u Obsession. Aktar minn xogħlijiet tal-biża', dawn joqorbu lejn il-ġeneru ta' thrillers psikoloġiċi, bl-ewwel wieħed imsemmi b'andament ta' fantasija oskura. Fi Backrooms, Clark perit imdejjaq ifittex is-sors minn fejn id-dawl ta' stabbiliment qed jintefa misterjożament u fil-kantina jintebaħ b'dawl minn wara ħajt li jagħti għal-labirint ta' kulur isfar li se jaffettwa s-sanità tiegħu. Fuq baġit ta' €10 miljun daħħal qrib $400 miljun. Obsession jittrat- ta dwar tfajjel romantiku li jiġih iċ- ċans li dak li jixtieq jitwettaq. Din ix-xewqa tbiddillu ħajtu u ġġibu fi stadju ta' dannazzjoni. Wieħed mill-produtturi hu Jason Blum bil-kumpanija tiegħu Blumhouse li jidher li kulma jipproduċi jirnexxi. Il-film qam it aktar minn nofs miljun dollaru u l-introjtu kien ta' 'l fuq minn $500 miljun. 14 films IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Films li fallew bil-kbir fid-dħul tal-flus u oħrajn li ssorprendew IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Rocky (1976) Saw (2004)

