MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 75 multa fuq short-lets fis-Swieqi, iżda l-MTA ma tgħidx kemm tħallsu JAELLE BORG Xhur wara li 67 proprjetà għall-kiri turistiku minn 252 spezzjonati fis-Swieqi nstabu b'mill-inqas ksur wieħed tar-reg- olamenti, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) naqset milli tagħti rendikont speċifiku dwar kemm minn dawn il-proprjetajiet inġiebu konformi mar-regola- menti u x'azzjonijiet ta' infurzar ittieħdu fil-konfront tagħhom. Fi tweġibiet għal mistoqsijiet li saru minn din il-gazzetta, l-Aw- torità kkonfermat li matul l-2026 ħarġet 75 multa amministrattiva, 14-il avviż ta' infurzar u bdiet 14-il proċedura għal skwalifika b'rabta ma' proprjetajiet għall-kiri turistiku fis-Swieqi. Madankollu, minkejja mistoqsija diretta, ma żvelatx kemm mill-multi effettivament tħallsu. Dan filwaqt li l-għadd ta' propr- jetajiet liċenzjati għall-kiri turistiku fil-lokalità kompla jikber, minn 382 fl-2025 għal 509 fl-2026, żieda ta' 127 proprjetà, jew madwar 33%, f 'sena waħda. It-tweġibiet tal-MTA jaslu wara li residenti tas-Swieqi qajmu tħassib dwar l-operat tax-short-lets f 'żoni residenzjali, l-istorbju, l-iffullar u l-effettività tal-infurzar kontra op- eraturi li ma josservawx il-kundizz- jonijiet tal-liċenzja tagħhom. 92 spezzjoni oħra L-MTA kkonfermat li minn Lulju 2026 saru 92 spezzjoni ad- dizzjonali fi proprjetajiet għall-kiri turistiku fis-Swieqi. Minn dawn l-ispezzjonijiet ġew identifikati diversi irregolaritajiet, fosthom proprjetajiet li ma kinux qed iżommu l-istandards meħtieġa għal akkomodazzjoni liċenzja- ta, l-użu ta' sodod addizzjonali li jaqbżu l-kapaċità permessa u proprjetajiet li kienu qed joperaw mingħajr il-liċenzji jew l-awtoriz- zazzjonijiet neċessarji. Madankollu, għalkemm l-Aw- torità identifikat it-tipi ta' ksur, ma speċifikatx kemm-il proprjetà nstabet bi ksur f 'dawn it-92 spez- zjoni, u lanqas kemm-il każ kien jinvolvi kull tip ta' irregolarità. L-MTA qalet li fejn ġie kkonfer- mat ksur, inbdew il-proċeduri ta' infurzar previsti mir-regolamenti. Fit-tweġiba tagħha, l-Awtorità qalet ukoll li matul is-sajf tal-2026 saru 574 spezzjoni fi proprjetajiet għall-kiri turistiku. Minn dawn ġew identifikati 75 proprjetà li ma kinux qed joperaw skont il-kundiz- zjonijiet tal-liċenzja tagħhom u 14-il proprjetà oħra li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja valida. Saru wkoll 266 spezzjoni ta' seg- witu bil-għan li jiġi vverifikat jekk l-irregolaritajiet ġewx indirizzati. Iżda l-Awtorità ma ċċaratx jekk dawn iċ-ċifri tas-sajf jirreferux es- klussivament għas-Swieqi jew għal żona usa', u lanqas kemm mill-pro- prjetajiet spezzjonati sussegwente- ment instabu konformi mar-rego- lamenti. Dan iħalli mingħajr tweġiba waħda mill-mistoqsijiet ewlenin li saru mill-gazzetta ILLUM: kemm mill-operaturi li nstabu bi ksur fil-fatt irranġaw in-nuqqasijiet identifikati? 75 multa, iżda ebda ċifra dwar kemm tħallsu Mistoqsija oħra li baqgħet min- għajr tweġiba ċara kienet dwar il- ħlas tal-multi imposti fuq operaturi fis-Swieqi. L-MTA kkonfermat li matul l-2026 ħarġet 75 multa amminis- trattiva u 14-il avviż ta' infurzar, filwaqt li bdiet ukoll 14-il proċedu- ra għal skwalifika. Madankollu, meta ntalbet tindika kemm mill-multi kienu tħallsu, l-Awtorità wieġbet biss li l-multi amministrattivi jsiru dovuti skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi u li r-rekords dwar l-istat tal-ħlas tagħhom jinżammu bħala parti mill-proċess ta' infurzar. B'hekk, minkejja li l-Awtorità żżomm din l-informazzjoni, ma pprovdietx iċ-ċifra mitluba. Lanqas ma tat dettalji dwar l-eżitu tal-14-il proċedura għal skwalifika jew kemm-il liċenzja, jekk kien hemm, ġiet effettivament sospiża jew irtirata. Appartamenti fi Triq il- Kannataċi ngħataw permess jerġgħu joperaw Fost il-każijiet li dwarhom din il-gazzetta talbet aġġornament kien hemm blokka ta' apparta- menti fi Triq il-Kannataċi, fejn tmienja minn disa' appartamenti kienu nstabu qed joperaw bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja tagħhom. L-MTA kkonfermat li fir-rig- ward tal-appartamenti kkonċernati kienu nħarġu avviżi ta' infurzar flimkien ma' multi amministrattivi. L-appartamenti baqgħu magħluqa sakemm saru x-xogħli- jiet kollha meħtieġa biex jiġu indi- rizzati l-irregolaritajiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet. Skont l-Awtorità, wara li ġie kkonfermat li x-xogħlijiet kienu tlestew u li l-multi pendenti kollha kienu tħallsu, l-avviżi ta' infurzar ġew irtirati u l-proprjetajiet ingħataw permess jerġgħu jibdew joperaw. Dan ifisser li l-appartamenti kkonċernati f 'din il-blokka setgħu jerġgħu jilqgħu klijenti wara li, skont l-MTA, ġew indirizzati n-nuqqasijiet li wasslu għall-azzjo- ni ta' infurzar. Proprjetajiet reklamati f'lokalità differenti minn fejn jinsabu Kwistjoni oħra li dwarha tlabna kjarifika kienet dik ta' proprjetajiet li fiżikament jinsabu fis-Swieqi, iżda jiġu reklamati fuq pjattaformi online bħala li jinsabu f 'Paceville. L-MTA kkonfermat li ltaqgħet ma' numru limitat ta' każijiet fejn stabbilimenti ta' akkomodazzjoni kienu qed jiġu reklamati bħala li jinsabu f 'lokalità partikolari, filwaqt li l-verifiki wrew li kienu jinsabu f 'lokalità oħra jew fil-viċinanzi tagħha. F'dawn il-każijiet, l-Awtorità qalet li titlob lid-detenturi tal-liċen- zji jemendaw l-informazzjoni fir-reklami u jaġġornaw l-indirizz tal-proprjetà biex dan jirrifletti l-post reali fejn tinsab. Madankollu, l-MTA ma kkonfer- matx speċifikament kemm-il każ kien jinvolvi proprjetajiet fis-Swieqi reklamati bħala li jinsabu f 'Pace- ville. L-Awtorità spjegat li qed timpli- menta sistema modernizzata biex tidentifika l-post preċiż tal-propr- jetajiet turistiċi liċenzjati, bil-għan li ttejjeb il-monitoraġġ u tgħin fl-identifikazzjoni ta' stabbilimenti li joperaw illegalment. Semmiet ukoll il-qafas rego- latorju Ewropew il-ġdid dwar il-kiri għal żmien qasir, li mistenni jsaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar proprjetajiet reklamati fuq pjattaformi online. Skont l-MTA, l-obbligi l-ġod- da dwar il-kondiviżjoni tad-data mill-pjattaformi ewlenin tal-book- ings għandhom jagħtu lill-awtorita- jiet aċċess għal aktar informazzjoni dwar il-proprjetajiet reklamati, u b'hekk jissaħħaħ l-infurzar kontra akkomodazzjoni mhux liċenzjata jew li ma tikkonformax mar-rego- lamenti. 127 proprjetà liċenzjata oħra f'sena Filwaqt li l-MTA tgħid li qed iżżid il-monitoraġġ u ssaħħaħ il-proċeduri ta' infurzar, iċ-ċifri li pprovdiet juru wkoll tkabbir sostanzjali fis-settur tal-kiri turisti- ku fis-Swieqi. Fl-2025 kien hemm 382 pro- prjetà rreġistrata mal-Awtorità bħala Holiday Furnished Premises. Sal-mument tat-tweġiba tagħha fl-2026, dan l-għadd kien tela' għal 509. Iż-żieda ta' 127 proprjetà tfisser li l-għadd ta' proprjetajiet liċenzjati fil-lokalità kiber b'madwar terz f 'sena waħda. Dan it-tkabbir qed iseħħ fl-isfond ta' tħassib li residenti tas-Swieqi esprimew mal-gazzetta ILLUM dwar l-impatt tal-akko- modazzjoni turistika fuq il-ħajja ta' kuljum f 'żoni residenzjali. Fost il-proposti li qajmu r-res- identi kien hemm kontrolli aktar stretti fuq l-identità tal-persuni li joqogħdu f 'dawn il-proprjetajiet, fosthom il-ħtieġa li l-operaturi jżommu kopji tal-passaporti tal-klijenti. Minkejja ċ-ċifri dwar spez- zjonijiet, multi u azzjonijiet ta' infurzar, it-tweġibiet tal-MTA għadhom ma jagħtux stampa sħiħa tal-effettività tal-miżuri li qed jittieħdu. B'mod partikolari, għadu mhux magħruf kemm mis-67 proprjetà identifikati bi ksur waqt l-ispez- zjonijiet ta' Lulju ġew regolarizzati, kemm mill-75 multa maħruġa matul l-2026 tħallsu, u x'kien l-eżitu tal-proċeduri għal skwalifika mibdija mill-Awtorità. L-Awtorità tikkonferma 75 multa u 14-il avviż ta' infurzar, iżda ma tiżvelax kemm-il multa tħallset jew kemm-il proprjetà ġiet regolarizzata. Sadanittant, ix-short-lets liċenzjati fil-lokalità żdiedu bi 33% f 'sena. L-għadd ta' proprjetajiet liċenzjati għall-kiri turistiku fis-Swieqi kompla jikber

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026