Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681
intervista IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 08 JAELLE BORG Min qatt ma fetaħ il-gwardarob- ba filgħodu, ħares lejn il-ħwejjeġ kollha li għandu u xorta waħda ħass li m'għandu xejn x'jilbes? Kien proprju dan il-ħsieb ta' kuljum li wassal lil Lenard Camill- eri, żviluppatur Malti, biex joħloq Closet DJ, applikazzjoni li tuża l-intelliġenza artifiċjali (AI) biex tgħin lin-nies jagħmlu użu aħjar mill-ħwejjeġ li diġà għandhom. Iżda dak li beda bħala soluzzjoni għal problema personali llum qed jilħaq udjenza internazzjonali. Minn meta tnediet din is-sena, l-applikazzjoni bdiet tintuża minn persuni f 'aktar minn 80 pajjiż, b'mod partikolari fil-Ġermanja, Spanja u l-Istati Uniti. Skont Camilleri, l-utenti diġà rreġistraw aktar minn 9,000 biċċa ħwejjeġ u ħolqu aktar minn 1,000 kombinazzjoni ta' lbies permezz tal-applikazzjoni. Dak li jagħmel din l-istorja aktar interessanti huwa li wara dan il- proġett ma hemmx kumpanija kbi- ra jew tim ta' żviluppaturi. Hemm persuna waħda li qed tmexxi kollox minn Malta, mingħajr investiment estern, filwaqt li għadha taħdem impjieg full-time. F'intervista mal-gazzetta, Camilleri spjega kif l-intelliġenza artifiċjali ppermettietlu jwettaq xogħol li sa it snin ilu kien jeħtieġ tim sħiħ. App li tagħżillek x'tilbes mill- ħwejjeġ li diġà għandek Il-kunċett wara Closet DJ huwa sempliċi: minflok tixtri aktar ħwejj- eġ, l-applikazzjoni tgħinek tiskopri kombinazzjonijiet ġodda minn dak li diġà jinsab fil-gwardarobba tiegħek. L-utenti jieħdu ritratti tal-ħwejjeġ tagħhom, filwaqt li s-sistema tagħraf kull biċċa, tisseparaha mill-isfond tar-ritratt u tikkategorizzaha skont it-tip u l-kulur tagħha. B'hekk tinħoloq gwardarobba diġitali li minnha l-applikazzjoni tista' tissuġġerixxi x'wieħed għandu jilbes skont it-temp, l-attivitaji- et tal-ġurnata jew okkażjonijiet partikolari. L-applikazzjoni tista' tgħin ukoll fl-ippjanar tal-ħwejjeġ għal safra, filwaqt li toffri assistent virtwali li miegħu l-utenti jistgħu jitkellmu dwar l-istil tagħhom. Camilleri ta eżempju ta' kif persu- na tista' tistaqsi lill-assistent x'għand- ha tilbes għal tieġ fi Sqallija, u dan jipproponilha kombinazzjonijiet ibbażati fuq il-ħwejjeġ li għandha. Hemm ukoll funzjoni ta' virtual try-on, li tippermetti lill-utenti jaraw kif jistgħu jidhru ċerti ħwejjeġ fuq avatar tagħhom. Closet DJ hija disponibbli fuq iPhone, Android u permezz tal-web, u bħalissa topera b'għaxar lingwi differenti. "Jien l-iżviluppatur, id-disinjatur, is-servizz tal-klijenti u t-tim tal- marketing" Minkejja t-tkabbir tal-applika- zzjoni, Camilleri qal lill-ILLUM li waħda mill-akbar sfidi tiegħu kienet li kellu jerfa' r-responsabbiltajiet kollha waħdu. Huwa spjega li f 'ġurnata waħda jista' jkollu jaħdem fuq l-iżvilupp tekniku, id-disinn, il-problemi tal-utenti u l-promozzjoni tal-pro- dott. Ma' dawn jiżdied ix-xogħol meħtieġ biex applikazzjoni tkun dis- ponibbli fuq pjattaformi differenti, fosthom il-proċessi ta' approvazzjo- ni għall-aġġornamenti u s-sistemi ta' ħlas li jvarjaw bejn Apple u Google. Dan kollu jagħmlu filgħaxijiet, wara li jispiċċa mill-impjieg tiegħu ta' kuljum. Sfida oħra hija l-ispiża marbuta mal-intelliġenza artifiċjali. Camilleri spjega li kull darba li utent juża ċerti funzjonijiet tal-AI, ikun hemm spiża għall-operat tal-applikazzjoni. Għalhekk kellu joħloq verżjoni bla ħlas li tkun utli għall-utenti, iżda li fl-istess ħin ma twassalx għal spejjeż li ma jistax ilaħħaq magħhom. Mingħajr investituri li jistgħu jkopru t-telf, kull funzjoni ġdida trid tkun ġustifikata. "Ftit snin ilu dan kien ikun impossibbli" Għal Camilleri, l-intelliġenza artifiċjali ma kinitx biss parti mill-prodott finali, iżda kienet kruċjali biex seta' jiżviluppah. Huwa żvela li l-parti l-kbira tal-kodiċi tal-applikazzjoni nkitbet bl-għajnuna ta' għodod tal-AI li huwa stess jidderieġi u jirrevedi. Anke l-monitoraġġ tekniku tal-applikazzjoni, biex jiġi żgurat li tibqa' taħdem, jitmexxa fil-biċċa l-kbira permezz ta' sistemi tal-in- telliġenza artifiċjali. Suċċess barra minn Malta Fost l-aktar affarijiet li ssorpren- dew lil Camilleri kien il-fatt li l-ap- plikazzjoni tiegħu sabet udjenza ferm akbar barra minn Malta milli f 'pajjiżu stess. Huwa spjega li l-biċċa l-kbira tal-utenti jiskopru Closet DJ meta jfittxu applikazzjonijiet fuq l-App Store jew Google Play. Fil-fatt, Camilleri qal li għadu ma nefaq xejn fuq reklamar, u li t-tkab- bir tal-applikazzjoni seħħ permezz ta' persuni li sabuha huma stess. Aktar sorprendenti għalih kien il-fatt li l-Ġermanja u Spanja qabżu pajjiżi fejn l-Ingliż huwa l-lingwa ewlenija. Dan wasslu biex jagħmel l-ap- plikazzjoni disponibbli f 'għaxar lingwi, bil-għan li jkun jista' jilħaq aktar utenti. Minkejja dan, huwa jixtieq li Closet DJ tibda tintuża aktar minn persuni f 'Malta. Camilleri osserva wkoll li l-utenti li jibqgħu jużaw l-applikazzjoni ġeneralment ikunu dawk li jirreġis- traw il-biċċa l-kbira tal-gwardarob- ba tagħhom, aktar milli it ħwejjeġ biss. Dan għaliex, skontu, aktar ma l-applikazzjoni jkollha informazz- joni dwar il-ħwejjeġ tal-utent, aktar tkun tista' toffri suġġerimenti utli. Mill-inizjattiva AI4All għal applikazzjoni internazzjonali Meta mistoqsi jekk Malta toffrix ambjent adattat għal persuni li jix- tiequ jiżviluppaw prodotti bbażati fuq l-AI, Camilleri qal li llum l-opportunitajiet huma akbar minn qatt qabel. Huwa rrikonoxxa wkoll il-kon- tribut tal-Gvern, filwaqt li spjega li l-interess tiegħu fl-AI beda permezz tal-iskema AI4All. Din l-inizjattiva tatu aċċess bla ħlas għal ChatGPT u Codex, għodda li tgħin fil-kitba tal-kodiċi, u ppermettietlu jesperimenta min- għajr ma jkollu għalfejn joqgħod jinkwieta dwar l-ispejjeż. Minn hemm beda jesplora l-pos- sibbiltajiet tat-teknoloġija, sakemm eventwalment żviluppa Closet DJ. Fil-fehma tiegħu, il-fatt li Malta għandha suq żgħir jista' saħansitra jkun ta' vantaġġ, għaliex iħeġġeġ lill-iżviluppaturi lokali jaħsbu dwar udjenza internazzjonali sa mill- bidu. Madankollu, huwa ammetta li għadhom jeżistu ostakli impor- tanti. Fost dawn semma l-burokrazija, iżda fuq kollox in-nuqqas ta' finan- zjament għal ideat ġodda. Camilleri qal li jħoss li f 'Mal- ta hemm it kapital ta' riskju disponibbli, u li mhuwiex faċli ssib investituri lesti jieħdu ċans fuq applikazzjoni li tkun għadha qed tiżviluppa. L-isfida li jmiss Għalkemm Closet DJ diġà qed tintuża internazzjonalment, Camilleri għamilha ċara li dan ma jfissirx li l-proġett sar negozju li jrendi profitt. Fil-fatt, bħalissa l-maġġoranza tal-utenti għadhom jużaw il-verżjo- ni bla ħlas. L-għan tiegħu huwa li jkompli jtejjeb il-funzjonijiet imħallsa sabiex aktar nies jagħżlu li jħallsu għas-servizz. B'hekk, jittama li l-applikazzjoni tkun tista' tkopri l-ispejjeż tagħha stess, mingħajr ma jkollu jibqa' jin- vesti flusu personali kontinwament. Iżda Closet DJ mhijiex l-unika idea li qed jaħdem fuqha. Camilleri qal li qed jiżviluppa wkoll applikazzjonijiet oħra, fosth- om Taħt il-Baħar, gwida għal dawk li jipprattikaw l-għads f 'Malta, partikolarment it-turisti li jixtiequ jiskopru s-siti tal-għads madwar il-gżejjer Maltin. Huwa jaħdem ukoll ma' lukandi żgħar biex jgħinhom jimmod- ernizzaw is-sistemi teknoloġiċi tagħhom, fosthom permezz ta' awtomazzjoni u soware żviluppat skont il-ħtiġijiet tagħhom. Għalih, l-istess teknoloġija li ppermettietlu jibni Closet DJ waħdu qed tiaħ il-bieb għal op- portunitajiet oħra. U filwaqt li l-applikazzjoni tiegħu qed tkompli ssib utenti lil hinn minn xtutna, Camilleri jgħid li hemm ħaġa waħda li tagħtih sodisfazzjon partikolari: li seta' jibniha proprju f 'Malta. "Kelli gwardarobba mimlija ħwejjeġ, imma dejjem kont inħoss li m'għandix x'nilbes" Lenard Camilleri żviluppa Closet DJ waħdu, mingħajr investituri u waqt li jaħdem full-time. F' intervista ma' din il-gazzetta, jitkellem dwar kif l-intelliġenza artifiċjali għenitu jibni prodott li qed jintuża madwar id-dinja, iżda li għadu ftit magħruf f 'Malta. Closet DJ hija applikazzjoni li tuża l-intelliġenza artifiċjali (AI) biex tgħin lin-nies jagħmlu użu aħjar mill-ħwejjeġ li diġà għandhom

