Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681
07 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 fl-Amerika għal fenomenu globali tal-konsum Friday sar avveniment importanti ħafna għall-kummerċ elettroniku. Il-kumpaniji hemmhekk żam- mew l-isem bl-Ingliż, li sar parti mill-kultura kummerċjali lokali. Madankollu, mhux kull pajjiż sempliċement ikkopja l-mudell Amerikan. Fil-Messiku, pereżempju, fl-2011 tnieda avveniment magħruf bħala El Buen Fin, li jfisser il-weekend it-tajjeb. Din kienet inizjattiva appoġġata mill-gvern u mis-settur privat, bil-għan li jiġu stimulati l-konsum u l-attività ekonomika permezz ta' offerti speċjali f 'No- vembru. Għalkemm mhuwiex eżattament Black Friday, il-kunċett huwa simili ħafna. Fil-pajjiżi tal-Golf, minħabba s-sensittivitajiet kulturali marbuta mal-kelma Black, xi negozjanti ad- ottaw l-isem White Friday. Dan sar partikolarment popolari f 'pajjiżi bħall-Emirati Għarab Magħquda u l-Arabja Sawdija. Dawn l-eżempji juru kif kunċett kummerċjali jista' jivvjaġġa minn pajjiż għal ieħor, iżda fl-istess ħin jadatta ruħu għall-kultura u l-kundizzjonijiet lokali. Il-kompetizzjoni: Cyber Monday u Singles' Day Hekk kif Black Friday beda jikseb popolarità, l-industrija tal-bejgħ indunat li ma kellhiex għalfejn tillimita l-offerti għal jum wieħed biss. Fl-2005, fl-Istati Uniti, beda jintuża t-terminu Cyber Monday, li jirreferi għat-Tnejn ta' wara anksgiving. L-idea kienet li l-konsumaturi li ma jkunux sabu dak li jfittxu fil-ħwienet fiżiċi jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu x-xiri tagħhom online. Dak iż-żmien, ix-xiri mill-in- ternet kien għadu qed jikber u l-kumpaniji kienu qed ifittxu modi kif jinkoraġġixxu aktar nies jagħm- lu tranżazzjonijiet online. Cyber Monday għalhekk sar estensjoni naturali ta' Black Friday, iżda b'en- fasi fuq il-kummerċ elettroniku. Illum, id-distinzjoni bejn iż-żewġ avvenimenti kważi sparixxiet. Ħaf- na ħwienet joffru l-istess skontijiet kemm online kif ukoll fl-istabbili- menti fiżiċi, filwaqt li xi kumpaniji jestendu l-promozzjonijiet għal ġimgħa sħiħa, magħrufa bħala Black Week. Iżda Black Friday lanqas huwa l-akbar avveniment ta' xiri fid-din- ja. Fiċ-Ċina, pereżempju, hemm Singles' Day, li jiġi ċċelebrat fil-11 ta' Novembru. Oriġinarjament, din il-ġurnata kienet marbuta ma' ċele- brazzjoni mhux uffiċjali ta' persuni single, iżda l-kumpanija Alibaba bidlitha f 'avveniment enormi ta' xiri online fl-2009. Minn hemm, Singles' Day evolva f 'wieħed mill-akbar avvenimenti kummerċjali fid-dinja, b'volumi ta' bejgħ li f 'ċerti snin qabżu sew dawk ta' Black Friday u Cyber Monday. Il-kuntrast huwa interessanti. Filwaqt li Black Friday twieled minn tradizzjoni Amerikana marbuta ma' anksgiving, Singles' Day huwa prodott tal-kultura diġitali Ċiniża. It-tnejn, iżda, juru kemm il-konsum sar parti ċentrali mill-ekonomija moderna. Kif Black Friday wasal Malta Għal ħafna snin, Black Friday kien kunċett li l-Maltin kienu jisimgħu dwaru prinċipalment minn fuq it-televiżjoni Amerikana, mill-aħbarijiet internazzjonali u aktar tard mill-internet. Il-popolarità tiegħu f 'Malta bdiet tikber b'mod aktar konkret fl-2015, meta e Point Shopping Mall f 'Tas-Sliema ddeċieda li jorganizza l-ewwel inizjattiva kummerċjali ewlenija ta' Black Friday fil-pajjiż. Fis-27 ta' Novembru ta' dik is-se- na, il-mall offra skontijiet f 'ħafna mill-ħwienet tiegħu u estenda l-ħinijiet tal-uħ mid-9.30am sal- 10pm. L-għan kien li tiġi introdotta f 'Malta tradizzjoni li kienet diġà qed issir popolari fir-Renju Unit u f 'pajjiżi oħra. Dak iż-żmien, l-inizjattiva kienet għadha relattivament ġdida għall-konsumaturi Maltin. Il-kumpaniji kienu qed jippruvaw jaraw jekk il-pubbliku kienx se jadotta dan il-kunċett u jekk kienx hemm biżżejjed interess biex l-av- veniment isir parti mill-kalendarju kummerċjali lokali. Ir-rispons kien inkoraġġanti u, fis-snin ta' wara, aktar ħwienet bdew jipparteċipaw. Sal-2017, Black Friday kien diġà beda jħalli impatt notevoli fuq il-kummerċ Malti. F'dik is-sena, kien hemm rap- porti ta' konsumaturi li kienu qed jagħmlu kjuwijiet barra l-ħwienet sa mis-sigħat bikrin ta' filgħodu. Fl-Imrieħel, quddiem wieħed mill-istabbilimenti tal-elettronika, il-kjuwijiet kienu bdew jiffurmaw sa mill-4.30am, filwaqt li f 'Tas- Sliema u Birkirkara wkoll kien hemm folol jistennew il-uħ tal- ħwienet. Il-prodotti elettroniċi, partikolar- ment televiżjonijiet, kompjuters u apparat domestiku, kienu fost l-aktar prodotti mfittxija. Għal ħafna konsumaturi, il-possibbiltà li jixtru prodott bi skont sostanzjali kienet biżżejjed biex iqattgħu sigħat jistennew barra minn ħanut. L-interess ma kienx biss fost il-konsumaturi. In-negozjanti wkoll bdew jaraw Black Friday bħala opportunità biex iżidu l-bejgħ tagħhom qabel il-perjodu tal-Milied. Stħarriġ tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, dak iż-żmien magħrufa bħala GRTU, li sar wara l-avveniment tal-2017, wera li kważi tliet kwarti tan-negozji li pparteċipaw kienu rreġistraw żieda fil-bejgħ ta' bejn 10% u 30% meta mqabbel ma' jum normali. Barra minn hekk, 46% tan-ne- gozji mistħarrġa qalu li l-bejgħ tagħhom kien aħjar mis-sena ta' qabel, filwaqt li 9% iddeskrivewh bħala ferm aħjar. Sena wara, fl-2018, l-avveniment kompla jikber. Stħarriġ tal-Kamra tal-SMEs li ġabar ir-risposti ta' aktar minn 150 ħanut u stabbili- ment wera li 85% tan-negozji kienu rreġistraw bejgħ aħjar minn dak tal-Black Friday tas-sena ta' qabel u minn kull jum ieħor ta' xiri f 'dik is-sena. Dan kien sinjal ċar li l-kon- sumaturi Maltin kienu adottaw il-fenomenu u li Black Friday kien qed isir wieħed mill-aktar mumen- ti importanti għall-kummerċ lokali. Fl-24 ta' Settembru 1869, is-suq tad-deheb Amerikan kien esperjenza kollass wara attentat minn żewġ investituri biex jimmanipulaw il-prezz tad-deheb. Dan l-avveniment kien magħruf ukoll bħala Black Friday, iżda ma kellu ebda rabta max-xiri ta' wara Thanksgiving. Black Friday twieled minn tradizzjoni Amerikana marbuta ma' Thanksgiving

