MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 06 Black Friday: Minn jum ta' skontijiet fl-Amerika Kull sena, hekk kif joqrob l-aħħar ta' Novembru, il-kelma Black Friday tibda tidher kullimk- ien. Fit-twieqi tal-ħwienet, fuq il-faċċati tal-istabbilimenti kummerċjali, fuq il-midja soċjali u f 'eluf ta' reklami online, il-kon- sumaturi jiġu mħeġġa jieħdu vantaġġ minn offerti li suppost ikunu fost l-aqwa tas-sena. Għal xi wħud, huwa l-mument ideali biex jixtru apparat elettron- iku, ħwejjeġ, għamara jew rigali tal-Milied bi prezzijiet aktar baxxi. Għal oħrajn, huwa simbolu ta' kultura ta' konsum eċċessiv, fejn ir-reklamar u l-pressjoni kum- merċjali joħolqu sens ta' urġenza biex wieħed jonfoq flus li forsi ma kienx ippjana li jonfoq. Iżda kif twieled Black Friday? Kif ġara li jum wieħed ta' xiri fl-Istati Uniti sar avveniment kummerċjali internazzjonali? U għaliex Malta, minkejja d-daqs żgħir tagħha, ado- ttat dan il-fenomenu b'entużjażmu dejjem jikber? L-istorja tiegħu hija waħda li tgħaqqad il-kummerċ, il-kultura popolari, il-marketing u l-bidla fit-teknoloġija. L-oriġini: meta Black Friday kien ifisser kaos fit-toroq Għalkemm illum il-kelma Black Friday hija assoċjata ma' roħs, of- ferti u opportunitajiet biex wieħed jiffranka l-flus, l-oriġini tagħha hija ferm differenti minn dak li wieħed jista' jimmaġina. L-istorja tmur lura għall-ħamsi- nijiet u s-sittinijiet, fil-belt Amer- ikana ta' Philadelphia. Il-Pulizija tal-belt kienu jużaw it-terminu Black Friday biex jiddeskrivu l-ka- os li kien jinħoloq fit-toroq fil-jum ta' wara anksgiving, il-festa naz- zjonali Amerikana li tiġi ċċelebrata fir-raba' Ħamis ta' Novembru. Dik il-Ġimgħa kienet tkun partikolarment impenjattiva. Eluf ta' nies kienu jinżlu lejn iċ-ċen- tru tal-belt biex jibdew ix-xiri għall-Milied, filwaqt li Philadelphia kienet tkun qed tilqa' wkoll folol ta' viżitaturi li kienu jattendu l-logħ- ba annwali tal-futbol Amerikan bejn l-armati Navy u Army, li tradizzjonalment kienet issir f 'dak il-weekend. It-toroq kienu jimtlew bil-karoz- zi, il-bankini kienu jkunu ppakkjati bin-nies u l-ħwienet kienu jaffaċċ- jaw influss kbir ta' klijenti. Għall- Pulizija, dan kien ifisser sigħat twal ta' xogħol, problemi tat-traffiku u diffikultajiet biex tinżamm l-ordni. Kien hemm ukoll każijiet ta' serq mill-ħwienet, li komplew iżidu l-problemi. Għaldaqstant, Black Friday oriġinarjament ma kienx isem maħluq mill-kummerċjanti biex jattiraw lill-klijenti, iżda espressjoni użata mill-Pulizija biex tiddeskrivi ġurnata diffiċli ħafna fil-belt. Sal-1961, it-terminu kien tant sar magħruf f 'Philadelphia li xi negozjanti u organizzaturi lokali ppruvaw jibdluh għal Big Friday, bit-tama li jneħħu l-konnotazz- joni negattiva tiegħu. Iżda l-isem ma nqabadx u Black Friday baqa' jintuża. Interessanti wkoll li l-isem Black Friday kien intuża ħafna qabel għal avveniment finanzjarju kompleta- ment differenti. Fl-24 ta' Settembru 1869, is-suq tad-deheb Ameri- kan kien esperjenza kollass wara attentat minn żewġ investituri biex jimmanipulaw il-prezz tad-deheb. Dan l-avveniment kien magħruf ukoll bħala Black Friday, iżda ma kellu ebda rabta max-xiri ta' wara anksgiving. Kif iswed sar iswed u mhux aħmar? Kien biss ħafna aktar tard li l-isem beda jingħata tifsira pożitti- va mill-industrija tal-bejgħ. Lejn l-aħħar tas-snin sebgħin u matul it-tmeninijiet, in-negozjan- ti Amerikani bdew jippromovu spjegazzjoni differenti tal-isem. Skonthom, Black Friday kien jirreferi għall-mument meta l-ħwienet kienu jibdew jagħmlu profitt wara xhur ta' bejgħ inqas b'saħħtu. Fil-kontabbiltà tradizzjonali Amerikana, it-telf kien jiġi rreġis- trat bl-aħmar, filwaqt li l-profitt kien jidher bl-iswed. Għaldaqstant, l-idea kienet li l-bejgħ qawwi ta' dik il-Ġimgħa kien jgħin lin-negozji jgħaddu mill-aħmar għall-iswed, jiġifieri minn perjodu ta' telf għal wieħed ta' qligħ. Din l-ispjegazzjoni kienet ide- ali għall-kampanji ta' reklamar, u għenet biex il-kelma Black Friday tinbidel minn terminu negattiv għal wieħed li jissimbolizza l-op- portunità, il-profitt u l-konsum. Madankollu, din mhijiex l-oriġini storika vera tal-isem, iżda interpretazzjoni kummerċjali li nħolqot aktar tard. L-użu oriġinali mill-Pulizija ta' Philadelphia huwa ferm aktar dokumentat. Matul it-tmeninijiet, il-ħwienet bdew jużaw din l-okkażjoni b'mod aktar strateġiku. Minflok ma kienu sempliċement jistennew li l-klijenti jinżlu jixtru r-rigali tal-Milied, bdew joffru roħs sostanzjali biex jattirawhom qabel il-festi. Il-fatt li anksgiving kien jaqa' fl-aħħar ta' Novembru kien jagħmel dan il-jum ideali. Ħaf- na Amerikani kienu jkollhom il-Ġimgħa bħala jum liberu mix-xogħol, u għalhekk setgħu jiddedikawh għax-xiri. Fl-istess waqt, kien ikun għad fadal madwar xahar qabel il-Milied, u n-negoz- janti kienu jaraw opportunità biex jibdew l-istaġun tal-bejgħ bl-aktar mod b'saħħtu possibbli. Sas-snin disgħin, Black Fri- day kien diġà sar parti integrali mill-kalendarju kummerċjali Amerikan. Il-ħwienet bdew jiħu dejjem aktar kmieni, l-offerti saru aktar aggressivi u l-konsumaturi bdew jippjanaw ix-xiri tagħhom ġimgħat qabel. F'ċerti każijiet, in-nies kienu jagħmlu kjuwijiet għal sigħat twal, uħud saħansitra jqattgħu l-lejl barra mill-ħwienet biex ikunu fost l-ewwel li jidħlu u jakkwistaw prodott bi prezz imraħħas. Dak li kien beda bħala ġurnata waħda ta' roħs kien qed jinbidel f 'avveniment nazzjonali li kellu impatt fuq il-mod kif l-Amerikani kienu jagħmlu x-xiri tagħhom. Mill-Amerika għall-bqija tad- dinja L-espansjoni internazzjonali ta' Black Friday ma seħħitx mil-lum għal għada. Kienet ir-riżultat ta' taħlita ta' globalizzazzjoni, kummerċ internazzjonali, żvilupp teknoloġiku u bidla fl-imġiba tal-konsumaturi. Wieħed mill-aktar fatturi im- portanti kien l-internet. Bil-mod il-mod, il-konsumaturi bdew ikunu jistgħu jqabblu l-prezzijiet u jixtru minn ħwienet li ma kinux jinsabu fil-pajjiż tagħhom. Dan fisser li l-kummerċjanti f 'pajjiżi oħra bdew jirrealizzaw li jekk ma joffrux skon- tijiet simili, kienu qed jirriskjaw li jitilfu klijenti li setgħu faċilment jixtru minn barra. Il-Gran Brittanja kienet fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li adot- taw il-fenomenu fuq skala kbira. Il-kumpaniji Amerikani u l-pjatta- formi internazzjonali tax-xiri on- line għenu biex il-kunċett jinfirex, iżda l-2013 kienet sena importanti meta Asda, li dak iż-żmien kienet proprjetà tal-grupp Walmart, nedi- et kampanja kbira ta' Black Friday fir-Renju Unit. Minn hemm, aktar ħwienet bdew jimitaw l-inizjattiva. Il-kon- sumaturi Ingliżi, li kienu diġà mdorrijin bil-perjodi tradizzjonali ta' sales, malajr adottaw il-ġurnata bħala opportunità oħra biex jixtru prodotti bi prezzijiet imraħħsa. Fil-Kanada, Black Friday beda jikseb popolarità wkoll, minkejja li anksgiving Kanadiż jiġi ċċelebrat f 'Ottubru. Il-fatt li l-konsumaturi setgħu jaqsmu l-fruntiera biex jixtru fl-Istati Uniti, fejn l-offerti kienu jkunu ferm attraenti, wassal biex il-ħwienet Kanadiżi jibdew joffru promozzjonijiet simili sabiex iżommu l-klijenti tagħhom. Fl-Ewropa kontinentali, il- fenomenu infirex gradwalment fil-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja, fost oħrajn. F'dawn il- pajjiżi, Black Friday ma kellux rabta ma' xi tradizzjoni lokali jew festa nazzjonali. Kien sempliċement kunċett kummerċjali Amerikan li ġie importat mill-kumpaniji inter- nazzjonali u mill-ħwienet online. Fi Franza, pereżempju, l-avven- iment kiseb popolarità minkejja d-dibattitu dwar il-konsum żejjed u l-impatt ambjentali tal-bejgħ bl-iskontijiet. F'pajjiżi oħra Ew- ropej, il-kumpaniji bdew jużawh bħala mod biex jikkompetu ma' pjattaformi internazzjonali li kienu qed jattiraw konsumaturi b'offerti u kunsinni lejn pajjiżi differenti. L-istess ġara fil-Brażil, fejn Black Dak li beda bħala fenomenu marbut mal-folol u t-traffiku fit-toroq ta' Philadelphia, fl-Istati Uniti, inbidel f 'waħda mill- akbar avvenimenti kummerċjali fid-dinja. Illum, Black Friday mhuwiex biss jum ta' xiri, iżda fenomenu ekonomiku u soċjali li jħalli l-effetti tiegħu fuq in-negozji, il-konsumaturi u l-mod kif inħarsu lejn il-konsum. Malta wkoll ma baqgħetx barra minn din il-mewġa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026