Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681
13 arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Stuta: Austin Camilleri fil-Konkatidral ta' San Ġwann Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann bi pjaċir tħabbar Stuta, installazzjoni temporanja ġdida ta' Austin Camilleri, artist Malti magħruf internazzjonal- ment. Ix-xogħol jinsab għall- wiri fil-Kappella tal-Lingwa ta' Aragona, Katalunja u Navarra, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Stuta hija parti minn Allegoria, proġett ta' arti kontemporanja maħsub u mtella' minn RECOOP, il-kumpanija tal-konservazzjoni u r-restawr li ilha aktar minn għox- rin sena taħdem fil-Konkatidral. Il-proġett, ikkurat minn Andrea Depasquale, iqarreb l-arti kon- temporanja lejn il-konservazzjoni tal-wirt kulturali: l-artisti huma mistiedna jwieġbu għall-monu- ment u għax-xogħol li sar biex jiġi kkonservat. Camilleri jdaħħal lingwaġġ artistiku tal-lum f 'kappella li d-dehra tagħha ssawret tul is-sekli mid-devozzjoni reliġjuża, mill-patruni tal-arti u mill-istorja tal-Ordni ta' San Ġwann. Ix-xog- ħol tiegħu ma jippruvax jimita l-Barokk ta' madwaru. Minflok, jitkellem miegħu, u jġegħelna nerġgħu nħarsu lejn monument li għal sekli sħaħ tkellem dwar l-awtorità, il-prestiġju u r-rebħ. Il-punt tat-tluq huwa l-mon- ument funebri tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, skolpit minn Domenico Guidi, u x-xogħol ta' konservazzjoni li RECOOP għamlet fuqu bejn l-2006 u l-2008. B'ġest maħsub sew, Camilleri ma jħarisx lejn id-de- heb tal-monument, iżda lejn dak li r-restawr neħħa minn fuqu: in-nugrufun u r-residwi li nġemgħu maż-żmien. Dan il-ma- terjal inġabar, inbidel f 'xema', u ħa sura ġdida fil-mantell imden- del bit-titlu ta' Stuta. B'hekk l-art- ist jaqleb it-tifsira tal-monument ta' taħt fuq: dak li darba kien juri l-kobor ta' awtorità li tidher li ma tintemm qatt, issa jsir xbieha ta' dak li hu fraġli u dgħajjef. Ix-xogħol jistedinna naħsbu dwar ir-rabta bejn il-poter u l-memo- rja, bejn il-lussu tal-materjal u t-traċċi li tħalli l-istorja, bejn dak li jibqa' u dak li jgħaddi maż- żmien. Iż-żewġ figuri megħluba fil-monument ta' Cotoner iġegħluna nistaqsu x'hemm wara l-lingwaġġ trijonfali tal-poter, u nagħrfu d-dgħufija umana li ta' spiss tinħeba warajh. Ifakkruna li meta l-istorja jiktibha min hu b'saħħtu, il-ħajja, l-identità u l-esperjenzi ta' min kien taħtu jistgħu jintesew. U din mhix ħaġa tal-passat biss. L-iskjavitù u l-isfruttament tal-bniedem għadhom magħna sal-lum, anke hawn Malta. Jieħdu forom differenti, imma għandhom ħaġa komuni u inkwetanti: il-bniedem jispiċċa għodda f 'idejn l-inter- essi ekonomiċi, l-ambizzjonijiet politiċi jew il-pjaċir personali ta' ħaddieħor. Stuta hija maħsuba bħala antimonument. Tisfida l-ling- waġġ tat-trijonf u tistedinna nħarsu lejn l-istorja, il-memorja u d-dgħufija umana b'mod aktar kalm u riflessiv. Magħha hemm ukoll idejn tax-xama' minsuġin f 'xulxin, li jġibu flimkien is-sens ta' xogħol intimu ta' rabta bejn il-bnedmin u dak ta' tiira. Permezz ta' Allegoria, il-Konka- tidral ta' San Ġwann juri li mhux biss huwa kapulavur tal-arti u l-arkitettura Barokka, iżda wkoll wirt ħaj: post fejn l-arti tal-lum ti- sta' titkellem mal-passat u toħloq tifsiriet ġodda, b'rispett sħiħ lejn l-istorja tiegħu. "Il-Konkatidral ta' San Ġwann minn dejjem kien post fejn il-lingwaġġ tal-arti baqa' jiżvi- luppa minn seklu għal ieħor. Kull żmien żied il-forom u t-tifsiriet tiegħu ma' konverżazzjoni bejn l-istorja, l-arti u l-fidi li għadha għaddejja sal-lum. Allegoria u Stuta ta' Austin Camilleri huma parti minn din it-tradizzjoni. Wirt ħaj mhuwiex wirt iffriżat fiż-żmien: iżomm l-integrità storika tiegħu, imma jibqa' miuħ għar-riflessjoni, għall-in- terpretazzjoni u għal involviment responsabbli. Aħna u niċċele- braw il-ħamsa u għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann, inġeddu l-impenn tagħna li nħar- su u nsaħħu dan il-wirt straordi- narju, biex jibqa' jispira, jiġbed u jkellem lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin," qal il-Prof. Mons. Emma- nuel Agius, President tal-Fon- dazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann. Id-deċiżjoni li Stuta tiġi instal- lata ttieħdet mill-Kunsill tal-Fon- dazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann, wara li approva t-talba ta' RECOOP. Sussegwentement il-Kapitlu Metropolitan tal-Ka- tidral ġie wkoll mgħarraf b'din id-deċiżjoni. Għal aktar tagħrif, żur www. stjohnscocathedral.com Camilleri jdaħħal lingwaġġ artistiku tal-lum f 'kappella li d-dehra tagħha ssawret tul is- sekli mid-devozzjoni reliġjuża

