MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Christopher Cutajar iqalleb fil-ktieb L-Edukazzjoni hi Politika ta' Carmel Borg, traduzzjoni għall-Malti tal-edukatur u l-filosfu Paulo Freire, li jibqa' jfakkarna li l-għalliem huwa artist li ma jistax jibqa' newtrali quddiem l-oppressjoni. Il-wiċċ politiku tal-edukazzjoni u l-għalliema progressivi Bejn is-6 u s-17 ta' dan ix-xahar, il-Qdusija Tiegħu l-Papa għamel vjaġġ fl-Amerka Latina li matulu kompla jifforma t-timbru tal-Pontifikat tiegħu. Żar l-Arġentina, l-Urugwaj u l-Perù. Waħda miż-żjarat tiegħu fil-Perù kienet fl-Università Santo Toribio de Mogrovejo ġewwa l-belt ta' Chiclayo. Fost bosta temi li qajjem fid-diskors tiegħu, il-Papa Ljun XIV enfasizza dwar il-ħtieġa li l-progress xjentifiku jagħti kas lill-fqir u lill- maħluq li jinsab ferut mill-qligħ li jmur kontra dak li jitlob il-ġid komuni. F'parti minn dan id-diskors jgħid hekk: "Progress li huwa indifferenti għall-ġus- tizzja u d-dinjità tal-ħaddiema jsir, fil-fatt, mekkaniżmu ta' oppressjoni u esklużjoni. Għalhekk l-università Kattolika għandha d-dmir li tfakkar lill-pubbliku u lill-isferi politiċi li x-xjenza mingħajr kuxjenza tir- rovina l-ħajja ta' kulħadd. Bl-istess mod, it-teknoloġija mingħajr ruħ ma ttejjibx verament il-ħajja. Madankollu, edukazz- joni umanistika u Kristjana ssostni l-ħila tagħna li nsawru relazzjonijiet bħala aħwa dejjiema, sabiex inkunu nistgħu ninnav- igaw l-era diġitali billi nimxu lil hinn minn sempliċi konnessjoni biex naslu għal relazzjonijiet awtentiċi li jrawmu l-għaqda. Għeżież ħbieb, it-teknoloġija mhux dejjem tkun newtrali. Kultant, il-forom tagħha jkollhom l-impronta, l-interessi u l-ambizzjonijiet ta' dawk li jfassluha u jikkontrollawha. Għalhekk trid tiġi studjata b'moħħ ċar u b'qalb saa." Dan id-diskors tal-Papa, jidħol id f 'id mal-ideat li kien iwassal il-Brażiljan Paulo Freire (1921-1997), li studja l-Liġi, il-Fi- losofija u l-Lingwistika. Ħajtu u ħidmietu kienu ta' ġid kemm għal dawk li daqu l-metodi tat-tagħlim tiegħu, kif ukoll għal dawk li f 'xogħolhom bħala edukaturi sabu fil-filosofija ta' Freire mezz kif iqanq- lu iżjed interess fit-tagħlim. Il-Professur Carmel Borg kien ħareġ ġabra tal-kitbiet ta' Paulo Freire taħt it-ti- tlu L-Edukazzjoni hi Politika bl-għajnuna tat-tradutturi li qalbu xogħlu għall-Malti. Din kienet pubblikazzjoni minn Horizons maħruġa fl-2013. L-għalliema progressivi Meta Freire jikteb dwar kif wieħed jista' jiddistingwi l-għalliema progres- sivi, iħeġġeġ biex l-iskola tkun waħda li taħseb, li tipparteċipa, li toħloq, li ssem- ma' leħinha, li tħobb, li tħaddan il-ħajja b'passjoni u tgħidilha iva. Ma tkunx skola li toqgħod kwieta u ċċedi. Għal Freire l-iskola hija għodda għat-trasformazzjoni tas-soċjetà. Li wieħed jammira f 'kitbietu huwa li jfittex it-tibdil billi jkun magħġun ħaġa waħda fil-kuntest. Jirriuta viżjoni waħda li l-mexxejja jippretendu li jimxu warajha, iżda jisħaq fl-involviment tal-komunitaji- et tat-tagħlim biex ikunu parti mill-vjaġġ edukattiv. Infatti fit-teżi tad-Dottorat tiegħu 'L-Edukazzjoni u l-Preżent Brażil- jan', li kien preżenta fl-1959, tispikka l-idea li l-edukazzjoni fl-iskejjel għandha tirrifletti r-realtajiet konkreti, il-kuntest soċjali u l-kultura popolari tal-komunità. F'artu u 'l bogħod minnha Freire kellu jqatta' sittax-il sena 'l bogħod minn artu (1964-1980). Fil-per- jodu tal-eżilju minn artu ma qagħadx b'idu fuq żaqqu. Kien ta' spalla għal bosta movimenti, ħadem b'mod dirett fil-kamp edukattiv u kompla wkoll fil-mixja ak- kademika tiegħu. Dan għamlu fiċ-Ċilì, il-Bolivja, l-Istati Uniti u l-Iżvizzera. Meta r-reġim Brażiljan beda jħossu mrekken u l-qawmien tal-ħaddiema kien sar bħal borma tagħli, hemm kien il-mument li ppermetta li l-Partit tal-Ħaddiema (PT) jitwaqqaf fl-1980. Dan kien l-istess partit politiku li għen jitwaqqaf Freire innifsu u li riċentement irċieva mandat ieħor biex jiggverna l-pajjiż, taħt it-tmexxija tal-President Lula da Silva. L-ewwel darba li l-PT ħa t-tmexxija muniċipali ta' São Paulo, fil-15 ta' Novem- bru tal-1988, Paulo Freire kien inħatar bħala Ministru tal-Edukazzjoni u baqa' f 'dan l-irwol sa Mejju tal-1991. Tul dan iż-żmien enfasizza d-djalogu miuħ mal-ġenituri, l-istudenti u l-profess- jonisti edukattivi, kif ukoll kien jisħaq dwar it-tiġdid tal-kurrikulu f 'kuntest ta' awtonomija tal-iskejjel. Il-proċess tal-bidla Fil-kitba tiegħu 'L-edukazzjoni, il-liber- azzjoni u l-Knisja', Freire jistqarr, "Renju ta' paċi trankwilla ma jista' qatt jeżisti fl-istorja. L-istorja hija l-proċess tal-bidla nnifisha: hija avveniment uman". Dan ifakkarni fil-kitba tal-filosfu Taljan, Anto- nio Gramsci, li kien ukoll ta' influwenza għal Freire, meta fil-pitazzi mill-ħabs jikteb hekk: "Meta jingħad li ċerta ħaġa teżisti anke kieku l-bniedem ma kienx jeżisti, jew issir metafora jew inkella wieħed jaqa' proprju fil-mistiċiżmu. Aħna nafu l-fenomeni fir-rigward tal-bniedem, u billi l-bniedem huwa proċess ta' żvilupp, anke l-għarfien huwa proċess ta' żvilupp, u għalhekk anke l-oġġettività hija proċess ta' żvilupp" (Quaderni del Carcere – It-tieni volum, Nru. 8 – Notament 177). Il-kuntest huwa wieħed li dejjem jinbidel, u b'hekk iġib miegħu l-ħtieġa tad-djalogu awtentiku bejn il-partiji- et kollha involuti fil-vjaġġ edukattiv. Għaldaqstant Freire iqis il-ħila li wieħed jisma' bħala importanti ħafna. Isostni li bl-umiltà wieħed jista' jevita li jkun im- kaħħal fid-dawra durella tal-verità tiegħu stess. Ilsienna Fid-daħla ta' dan il-ktieb il-Professur Borg jikteb kif Freire ma setax jiem kif edukatur jista' qatt jipprietka t-trasfor- mazzjoni u, fl-istess ħin, ma jħossux kom- du jikteb u jiddjaloga bi lsien il-poplu. Fil-proċess edukattiv tagħna bħala poplu nemmen li l-aċċess għal kitbiet ta' stoffa bil-Malti jintrabtu b'mod sħiħ ma' din l-idea. Meta nara traduzzjonijiet għall-Mal- ti ta' kitbiet minn Umberto Eco, Franz Kaa u Miguel de Cervantes fost oħrajn, napprezza l-fatt li l-qarrej Malti jkun qed jingħata ċ-ċans jilħaq il-ktieb mhux biss fuq l-ixkaffa, iżda wkoll bi lsien li jiem b'mod naturali. Kotba bħal dawn żgur li jgħinuna biex ikollna mrewħa isbaħ ta' kitbiet minn fejn nagħżlu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026