Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Bejn żmien ta' tensjoni u I lu 15-il sena jaħdem full-time mal-media Nazzjonalista, u erba' snin imexxiha. Nathaniel Attard sar isem sinonimu ma' Net TV iżda għalkemm isostni li jinsab kuntent, ma jiddejjaqx jidħol għal xi sfida ġdida. Tgħid jidħol filpolitika? Għandu biżżejjed exposure biex imur tajjeb … "Il-politika tinteressani però naħseb nippreferi l-media għax ixxogħol jagħtini ħafna sodisfazzjon … insomma, ma neskludix li jekk niġi avviċinat ma naħsibx fuqha, għax la tkun tħobb il-politika waħda hi marbuta mal-oħra. Diġà kelli esperjenza politika meta servejt għal sentejn fil-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, għalkemm ma kontx tlajt mal-ewwel," isostni Attard minn wieħed mill-uffiċċji fid-Dar Ċentrali. Mill-politika l-aktar li ddejqu hi fejn ma jkunx hemm onestà. Iżid jgħid ukoll li m'hemmx post għall-politiċi li jkunu daħlu f 'din l-arena sempliċiment għal gwadann personali. Isemmi l-eżempji ta' Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi bħala politiċi li daħlu biex iservu… "Simon Busuttil miexi fuq l-istess linja wkoll," jgħid Attard. Attard beda mid-dinja tar-radju permezz tar-Radio 101, iżda l-Partit kellu pjani oħra. Fl-istrutturi Nazzjonalisti nħass il-bżonn li jkun hawn stazzjon televiżiv u fil-kuntest li kienet ġejja elezzjoni bikrija, fl1998 l-eks-Segretarju Ġenerali Joe Saliba avviċina lil Nathaniel Attard biex jagħti sehmu għall-aħbarijiet tat-televiżjoni. Taħt it-tmexxija tiegħu Media. link tinkorpora gazzetta ta' kuljum u gazzetta tal-Ħadd, stazzjon tar-radju, ieħor tat-televiżjoni u newsportal. Mistoqsi x'jagħżel jekk Nathaniel Attard ma' Romano Prodi Il-kap tat-Taqsima talAħbarijiet tal-PN dwar ilproblema finanzjarja, l-iżbalji li saru fil-kampanja elettorali u t-tibdil intern fil-partit James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt "It-tibdil intern jinħass u kif! Għax sar malajr, wisq u żejjed għax qlajna l-bażwa biex nippruvaw inlaħħqu ma' dak li jrid Simon Busuttil" il-PN kellu jżomm mezz wieħed biss biex iwassal il-messaġġ tiegħu, hu jaħsibha darbtejn bejn it-televiżjoni u n-news portal. "Bla ebda dubju l-aktar wieħed li kien kruċjali u bżonjuż huwa t-televiżjoni ... iżda fid-dinja tal-lum l-internet sar l-aktar mezz effettiv!" Taħt Simon Busuttil Wara t-telfa elettorali u l-ħatra ta' Simon Busuttil bħala kap ġdid Nathaniel Attard jgħidli li anke hu offra li jwarrab jekk il-kap il-ġdid kellu xi ħadd ieħor f 'moħħu, iżda t-tmexxija kkonfermatu bħala kap tal-aħbarijiet. "Il-Partit wera fiduċja fija u jien on-board mija fil-mija," isostni Nathaniel Attard, li jkompli jgħid kif kellu laqgħat regolari ma' Simon Busuttil dwar id-direzzjoni li l-media tal-PN għandha tieħu f 'termini ta' ristrutturar u kontenut. Skont hu, fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, jinħass it-tibdil intern li ġab miegħu Busuttil. "It-tibdil intern jinħass u kif! Għax sar malajr, wisq u żejjed għax qlajna il-bażwa biex nippruvaw inlaħħqu miegħu," jgħidli b'daħqa qabel ma jissokta jgħid li l-kap il-ġdid jipprometti daqs, jekk mhux aħjar, mill-predeċessuri tiegħu. It-tibdil laqat ukoll lill-Kamra tal-Aħbarijiet. "Tibdil fit-tmexxija tal-Partit dejjem influwenza tibdil fil-mod kif topera l-Kamra tal-Aħbarijiet. Demm ġdid iġib ideat ġodda b'ħafna entużjażmu. L-istess ġara lil-Labour fis-snin li għaddew. Sfortunatament, il-problema finanzjarja tal-Partit rabtet idejn it-tmexxija flimplimentazzjoni ta' ideat ġodda li riedet iddaħħal imma għall-futur qarib għad naraw revamp totali talMaltaRightNow u ideat oħra għallmezzi l-oħra," jgħidli Nathaniel Attard. Żmien ta' tensjoni wara l-problemi finanzjarji L-ideat ġodda huma meħtieġa f 'dan il-mument biex jagħmel tajjeb għall-mument iebes li għaddejjin minnhom il-ġurnalisti. Wara diversi xhur mingħajr paga wħud għażlu li jitilqu filwaqt li dawk kollha li kienu part-timers intemmilhom l-impjieg. "Hu żmien iebes ħafna. Ilħaddiema fehmu s-sitwazzjoni u għamlu ħafna sagrifiċċji, kienu ftit dawk li telqu u qatt ma żammejna lil ħadd. Min xtaq li jibqa' u jittama bħali li l-affarijiet jiġu aħjar salaħħar ta' dan ix-xahar, komplejna nimxu biex nilħqu l-miri tagħna u naraw il-frott tar-riformi." Imma hemm tensjoni fil-Kamra tal-Aħbarijiet minħabba din issitwazzjoni finanzjarja? "Iva, hu żmien ta' tensjoni. Ħadd ma jieħu pjaċir jara kollegi jitilqu jew jitkeċċew. Filwaqt li l-full timers kellhom posthom garantit, taqbel jew ma taqbilx, il-part-timers kellhom jitwaqqfu. Iddispjaċini għalihom għax kienu jagħmlu xogħol ta' kwalità daqs il-full-timers. Hu ż-żmien ta' sagrifiċċji, xi parttimers intalbu jagħmlu xi xogħol volontarju u anke l-full-timers. Eżempju qabel konna nitħallsu għall-qari tal-aħbarijiet, imma issa m'għadniex. Nassigurak li min baqa' għamel dan għall-imħabba li għandu lejn xogħlu u lejn il-Partit. Tensjoni kien hemm u jibqa'." Il-Kap tal-Aħbarijiet jgħid li qabel l-elezzjoni kellu ħjiel ta' problemi finanzjarji minħabba diffikultajiet biex joħorġu l-pagi xahar wara xahar, iżda ħadd ma kien jaf kemm il-problema kienet kbira. Mill-gvern għall-Oppożizzjoni Iżda l-fatt li mill-Gvern il-PN mar fl-Oppożizzjoni fisser ħafna għallKamra tal-Aħbarijiet li topera midDar Ċentrali. "Il-Partit mhux se jieħu gost jismagħni ngħidha imma x-xogħol huwa ħafna aktar interessanti meta tkun fl-Oppożizzjoni! Trid tiġri wara l-istejjer u m'għandekx l-aġenda tal-gvern x'issegwi. Bħala media tal-Oppożizzjoni xorta bqajna nirrappurtaw ħidma talgvern li ma tistax tinjoraha." Attard jispjega li l-aktar ħaġa li kienet iddejqu mill-aħbarijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013