Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 15 xogħol aktar interessanti F'intervista ma' Eddie Fenech Adami Laburisti kienet in-negattività u li b'hekk ma jridx jirripeti l-istess żball hu. Meta nsaqsih dwar xi żbalji li saru fil-passat, fosthom li f 'xi ċirkustanzi nsolentaw l-intelliġenza tan-nies, hu jammetti li dan kien il-każ ċerti drabi. "Iva, waħda mir-raġunijiet kienet dik li ma konniex qrib in-nies u nsolentajna l-intelliġenza tagħhom. Ir-rapport tat-telfa jgħid ukoll li kellna media negattiva. Imma dak iż-żmien konna qed nimxu fuq linja fina u rqiqa. Il-gvern kien għarkupptejh bl-ostakli kollha kontrih u bi tliet deputati li vvutaw kontra. X'nagħmlu? Ninjorawhom, nirrapputaw x'qed jgħidu jew nattakkawhom? Naħseb li n-Nazzjonalisti riedu ftit minn kollox," jissokta jgħid Nathaniel Attard. "Meta deputati vvutaw kontra l-Gvern fil-Parlament, anke jien tlabt parir fuq kif se mmexxu u nirrappurtawha. Jekk partit jieħu deċiżjoni l-media tiegħu se tesegwixxi l-istrateġija li jadotta biex inwasslu l-messaġġ," spjega Attard, li meta mistoqsi jekk dejjem qabilx mal-istrateġiji tal-Partit wieġeb finnegattiv. L-ubbidjenza lejn il-partit Hu jsostni li kull min qed jaħdem f 'media ta' partit jaf li qiegħed "Hu żmien iebes ħafna. Il-ħaddiema fehmu s-sitwazzjoni u għamlu ħafna sagrifiċċji, kienu ftit dawk li telqu u qatt ma żammejna lil ħadd … hu żmien ta' tensjoni wkoll għax ħadd ma jieħu pjaċir jara kollegi jitilqu jew jitkeċċew." hemm biex jobdi l-linja tal-partit u jgħinu jirbaħ. Minkejja dan, skont hu, huma m'humiex 'yes-man' jew servi tal-partit. Wara dan iż-żmien kollu jmexxi l-aħbarijiet tal-PN, ma jaħsibx li jinfluwenza ruħu biex dejjem jaħseb b'mod 'biased'? "Kulħadd jaf li l-media tal-partiti għandhom strateġiji x'isegwu. Mhux ħa ngħid li din ma tinfluwenzakx jew li ġurnalist jibqa' oġġettiv. Imma mal-ġurnalisti tiegħi nisħaq li l-aktar ħaġa importanti hi li l-aħbarijiet tagħna jridu jkunu kredibbli biex jilħqu l-udjenza. Il-bqija kulħadd għandu ċertu bias, kull ġurnalist u kull media. Fil-maġġor parti tal-media indipendenti hemm ħafna ġurnalisti tajbin imma anke dawn il-media għandhom aġenda partikolari." L-Editur ta' Media.link jargumenta li hu ma jaqbilx li ġurnalisti ma' stazzjon politiku jsiru politiċi huma nfushom għax il-ġurnalist irid jagħmel xogħol ta' ġurnalist u l-politiku jibqa' jagħmel xogħlu ta' politiku. Attard jenfasizza li filġurnata tal-lum ġurnalist irid ikun fattwali u ma jgħaddix kummenti politiċi. Ikompli jgħid li l-ġurnalist irid jirrispetta d-differenza bejn ilkumment u l-fatt, "anke jekk fil-ġenn tal-kampanja elettorali dan kollu jtir mar-riħ." Oppożizzjoni kredibbli Iżda wara 25 sena fil-gvern, ma jaħsibx li l-PN ma jistax joffri Oppożizzjoni kredibbli? Nirrimarkalu li l-ewwel reazzjoni tan-nies se tkun "misskom għamiltuha meta kontu fil-gvern." Jgħidli li għall-bidu kien jaħsiba bħali imma issa ma jistax jgħid l-istess. "Meta tela' gvern ġdid bdew jiżdiedu t-telefonati fil-Kamra tal-Aħbarijiet. F'daqqa waħda, min jgħid li għamel ġurnata sħiħa l-isptar, min mar il-park ta' Marsascala u sabu magħluq, u elf ħaġ'oħra. Poġġejna bilqiegħda u għidna 'inkunu kredibbli jekk noħorġu bihom'? U għarafna li iva, għax il-qamar tal-għasel ta' dan il-gvern ilu li spiċċa. Għax hu tela' fuq l-għajta tal-meritokrazija, fuq l-għajta li mhux talli jnaqqas il-waiting list iżda li jwassal ilmediċini d-dar!" Nathaniel Attard jikkonkludi li hu realistiku biżżejjed biex ma jgħidx li f 'dawn is-sitt xhur ma sar xejn, iżda li minn mindu tela' Gvern Laburista il-problemi żdiedu u mhux naqsu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013