Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 17 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN S0GN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Websajt: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Il-każ ċelebri ta' Censu Farrugia F is-sentenza tal-Qorti millMaġistrat Edwina Grima fuq il-każ ta' Sandro Chetcuti joħorġu konklużjonijiet interessanti, li kieku f 'pajjiż normali jwasslu għal riżenji kif ukoll reperkussjonijiet serji. Iwasslu li ċerti ġurnalisti jitilqu minn fejn huma u ċerti gazzetti jistħu jgħidu li huma gazzetti. L-iktar gazzetta li trid tistħi hija t-Times li ħadmet biex tappoġġja t-teżi ta' Vince Farrugia li kien vittma ta' xi attakk. Li kien hemm incident, dan żgur imma mhux kif pinġewha t-Times. Ċensu Farrugia ħareġ ta' mazzetta f'dan il-każ. Aħna ċertament ma rridux naqbżu għal Sandro Chetcuti li huwa persuna li jidħol għall-inkwiet minħabba l-persistenza tiegħu. Nisperaw li hu wkoll jagħmel pass lura u jagħraf li ma jistax jaġixxi bħalikieku ma ġara xejn. Iżda lanqas kien sew li l-antipatija ta' Ċensu Farrugia tintuża u tiġi riflessa mill-media. Ma ninsewx li Ċensu Farrugia, li darba kien magħruf bħala Mintoffjan kbir, dar u sar Nazzjonalist u saħansitra kien ukoll kandidat għall-Parlament Ewropew. Is-sentenza ta' din ilmaġistrat li hija rispettata tgħid hekk: "Jidher li l-parti leża kien qiegħed jagħmel l-isforzi tiegħu biex isir dak li hu msejjaħ komunement a trail by the media billi jikkuntattja ġurnalisti u reporters u saħansitra jivvettja l-artikoli li kienu ser jiġu ppubblikati u l-kummenti li kienu ser jidhru fil-press." Is-sentenza tkompli tgħid li Ċensu Farrugia pprova juża l-influwenza tiegħu mal-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u anke d-Direttur tal-Ħabs meta Sandro Chetcuti kien inkarċerat. Jintefa' dell ikraħ ukoll fuq l-ispeċjalista Dr Samuel, speċjalista li kien ħabib ta' bint Ċensu Farrugia. Li Dr Samuel jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn hija wkoll inkreddibli. U dwar l-istruzzjonijiet li ta Ċensu Farrugia lil diversi xhieda li kellhom jixhdu fil-każ. Is-sentenza tiddeskrivi lil Philip Fenech, uffiċjal tal-GRTU, li kkowċja lixxhieda x'jgħidu. Kieku ma kienx għallsmses redikoli li kien jibgħat Ċensu Farrugia u l-onestà ta' ċerti xhieda kieku illum Sandro Chetcuti qiegħed f'sitwazzjoni agħar milli jista' qatt jimmaġina. Li nafu hu li ċerti personalitajiet, fosthom xi ġurnalisti tat-Times u tan-Nazzjon, misshom jikkunsidraw jitilqu mixxena tal-media. Oħrajn, bħal Philip Fenech u Joe Attard millGRTU, jagħmlu tajjeb li jparpru mill-GRTU u ma jirritornawx għall-ħajja pubblika. U Ċensu Farrugia għandu jkun konxju kif irredikola lilu nnifsu u lil dawk ta' madwaru.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013