Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Ħames Minuti ma' Matt u Tribali FTIT inqas minn 10 snin ilu nibtet l-idea ta' Tribali. Illum, kulħadd jista' jgħid li sema' bihom jew anke kien preżenti f 'wieħed millispettakli li jtellgħu matul is-sena, b'mod speċjali flistagun tas-sajf. Tribali jiġbdu l-mases b'mużika magħmula minn instrumenti etniċi minn pajjiżi madwar id-dinja kollha. Popolari għal diversi diski li jolqtu lil kulħadd b'mod differenti, bl-iktar waħda popolari Never Give Up. Tribali ħarġu tliet albums, Tribali, The Elephants of Lanka u The Traveller. Ħarġu album ieħor bl-aħjar diski tagħhom bi ħsieb li jintroduċi l-band barra minn xtutna. Minn fejn bdew Tribali? L-idea tal-grupp Tribali kien ħareġ biha Antoine. Huwa kien għaqqad grupp ta' ħbieb, inkluż Adriano, fejn kienu jagħmlu diversi jamming sessions flimkien fuq il-bajjiet u waqt 'boat parties', bl-ebda ħsieb ta' xi ħaġa aktar serja minn hekk. Sakemm fis-sena 2004 iltaqa' ma' Peter Paul u flimkien telqu bil-proġett ta' Music & Arts Festival biex jinġabru flus għall-karità, u kien hawn li mużiċisti oħrajn daħlu jagħmlu parti minn dan il-grupp. Tant kienet inħasset għaqda mużikali li dan il-proġett baqa' sejjer u flimkien irrekordjaw l-ewwel album bħala Tribali. Forsi x-xena mużikali Maltija hija ddominata ħafna mill-Eurovision, x'inhi l-opinjoni tagħkom dwaru? Il-Eurovision huwa wieħed mill-modi ta' kif artisti Maltin jistgħu jsemmgħu l-mużika tagħhom għal udjenza vasta ħafna. Żgur li din tkun opportunità unika għal kull artist, però din mhix l-unika opportunità jew mezz biex jintlaħaq dan. Nemmnu ħafna illi jrid ikun hawn aktar konoxxenza ta' kif l-artist jista' jesebixxi ruħu. Minn fejn tiġi l-ispirazzjoni għad-diski tat-Tribali? L-ispirazzjoni għalina tiġi minn ħafna mezzi. Kull membru għandu influwenzi partikolari u din tgħin ħafna sabiex l-ispirazzjoni tkun aktar diversa. Hemm xi membri li siefru f 'postijiet partikolari bħall-Indja u l-Afrika, li żgur ħallew effett tajjeb filkreattività tal-persuna. Barra minn hekk, kwalunkwe ħaġa li tkun għaddejja madwarna hija minnha nfisha sens ta' ispirazzjoni wkoll. X'inhi l-isbaħ ħaġa f 'band? L-isbaħ ħaġa għalina hija dak il-mument meta tinkiteb diska tajba. Hija emozzjoni partikolari ħafna li tinħass mal-band kollha. Mument sabiħ daqs dan li jinħass malband kollha wkoll huwa meta ndoqqu live f 'kunċerti b'follla numeruża għax il-kuntatt li jinħoloq bejnietna u mannies huwa fenomenali. X'inhi l-agħar ħaġa u li l-iktar jinqalgħu argumenti minħabba fiha f 'band? Iktar milli argumenti, ġieli jkun hemm ħsibijiet differenti. Però llum maturi biżżejjed biex dawn inħalluhom fuq livell professjonali biss. Min huma Tribali fil-ħajja ta' kuljum? Matul il-ġurnata kulħadd jaqdi l-ħtigijiet personali tiegħu li jvarjaw bejn kull mużiċist. Għalhekk niltaqgħu dejjem filgħaxija b'mod frekwenti. Kelma waħda li tispjega Tribali? Passjoni Tribali jimpurtahom millpolitika? Iva, insegwu l-politika sa ċertu punt u hija xi ħaġa li tispirana wkoll, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin. Hija ħasra li l-politika mhix dejjem ġusta, u minħabba f 'hekk ibati ħafna dak li qiegħed fil-klassi l-baxxa. Tweġġagħna ħafna meta jbati l-fqir u min għandu vuċi dgħajfa. X'inhu suċċess għal Tribali? Is-suċċess għalina huwa meta jinkitbu diski ġodda u jiġu milqugħin b'entużjażmu kbir mill-udjenza u l-pubbliku. L-isbaħ esperjenza għal Tribali? Hemm ħafna esperjenzi sbieħ għalina u konvinti li għad fadal ħafna aktar. Mumenti li nibqgħu ngħożżu għal dejjem huma meta lestejna t-tlett albums tagħna u meta daqqejna f 'kunċerti kbar bħal Blues & Roots Festival ġewwa l-Awstralja, kif ukoll kunċerti numerużi li saru ġewwa xtutna. Jekk ikollkom tagħżlu pajjiż li jirrappreżenta Tribali, liema jkun? L-istil ta' Tribali jaqa' taħt il-kappa tal-'World Music', 'World Beat' biex inkunu aktar preċiżi, u nazzardaw ngħidu d-dinja minflok pajjiż partikolari, għax nużaw ħafna strumenti tradizzjonali li ġejjin minn diversi kontinenti madwar id-dinja. Ħolma li għandhom Tribali? Ħolma tagħna hija illi nkomplu nevolvu f 'din ilġrajja mużikali tagħna. X'jiffrustrakom? Meta jkun hemm xi idea mużikali li nkunu qed inħossuha, però nkunu qed insibuha diffiċli biex nesprimuha. Ikun mument partikolari, li però b'ħafna perseveranza, fl-aħħar naslu. X'ibikkikom? Il-ġlied, il-mard u l-faqar fid-dinja. X'valur għandhom il-flus għal Tribali? Il-flus qatt m'għamlu bina, però nafu li huma bżonnjużi għall-ispejjeż li jkollna. Ma tixtrix instrumenti jew issiefer mingħajrhom. L-iktar esperjenza talmistħija għal Tribali? Meta darba Peter Paul ried jirringrazja persuna partikolari waqt kunċert milli kellna quddiem folla numeruza, però ħa żball flisem darbtejn. Proġetti għal futur għal Tribali? Tribali għadhom kif esperjanzaw sajf partikolari ġewwa Malta, għaliex kellhom diversi kunċerti kbar, fejn l-udjenza minkejja li kienet dejjem kbira, kienet ukoll tipparteċipa ħafna. Xi ħaġa li mlietna b'ħafna sodisfazzjon u enerġija għal ġejjieni. Issa huwa żmien li nikkonċentraw aktar fuq kunċerti barra minn Malta, kif ukoll nerġgħu nidħlu flistudjo u niktbu ideat ġodda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013