Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 3 'Żbalji għammilna iżda mhux daqs il-Labour f'sitt xhur' FL-EWWEL mass meeting tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil saħaq li l-partit ma setax jippretendi li jirbaħ lura l-fiduċja u r-rispett talpoplu "sempliċiment għax il-Gvern għaddej minn żball wara l-ieħor". "Biex nirbħu r-rispett u l-fiduċja tal-poplu jeħtieġ li nistinkaw biex nirbħulhom bil-ħila taghna u mhux binnuqqas ta' ħila ta' ħaddiehor," Busuttil qal ilbierah filgħaxija fuq il-Fosos tal-Floriana waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Indipendenza. Skont il-Kap Nazzjonalista, wieħed mill-iżbalji li għamel il-partit kien li ma baqax jidher magħqud, u din swietilhom il-kredibilità. "Aħna nirrikonoxxu li bħala partit ħallejna wisq tajn jintefa' fuqna sakemm flaħħar ħammġulna l-integrità tagħna bit-tajn li tefgħulna," qal Busuttil. Żied li jirrikonoxxi li bħala partit messhom żammew aktar kuntatt man-nies filwaqt li jkunu aktar sensittivi lejn it-talbiet tagħhom. Idawwar l-attenzjoni tiegħu fuq il-ħidma talGvern Laburista, Busuttil qal li l-Gvern kiser numru ta' wegħdiet, fosthom dik tal-meritokrazija fejn nies li dehru fuq il-billboards talkampanja Laburista ngħataw pożizzjonijiet f 'entitajiet u Ritratti: Chris Mangion u Lisa Farrugia MIRIAM DALLI bordijiet differenti. Hekk kif il-folla nfexxet tgħajjat "tagħhom biss", Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni se jkun qed "jikxef " kif ilGvern "waqgħetlu l-maskra u qiegħed jiżloq fil-wegħdiet tiegħu stess". Insista li issa ma kien hemm l-ebda dubju li l-wegħda ta' Malta Tagħna Lkoll kienet "slogan qarrieqi". "Malta tagħna lkoll saret tfisser Malta tal-Labour biss. Iżda Sur Prim Ministru, Malta mhiex tal-Labour biss imma tagħna wkoll." Busuttil qal li hu ma jridx ikejjel lilu nniffsu "bir-riga mgħawwġa" tal-Gvern. "Jiena rrid li nkejlu lilna nfusna bl-ogħla standards ta' integrità, ta' kompetenza u responsabiltà. Din hi l-lezzjoni li tgħallimna." "Għax għalkemm aħna għamilna numru ta' żbalji, żgur li qatt m'għamilna l-ereżijiet li saru f 'dawn l-aħħar sitt xhur," żied Busuttil. Fakkar kif l-aġenzija talkreditu Fitch kienet għadha kif naqqset il-credit rating ta' Malta; li "reporters tasSuper One ingħataw paga fenomenali mal-ministeri"; u li l-mara tal-ministru talenerġija Konrad Mizzi ngħata "job". "F'demokrazija normali, Ewropea, li tiġi żvelata l-aħbar li mara ta' ministru daħlet tahdem mal-Gvern mingħajr ħadd ma jaf, ikun skandlu li jwassal għarriżenja immedjata talMinistru." Saħaq li hu daħal għall- politika għax jemmen li l-politika hija għodda biex toħloq il-ġid "u mhux kilba għall-poter akkost ta' kollox". "Miniex hawn biex inwiegħed kollox lil kulħadd jew biex inkun salesman imma biex nagħmel ħilti kollha għall-ġid komuni u biex joffri viżjoni." Tul id-diskors tiegħu, Simon Busuttil kemm-il darba rrefera għal tifla ta' 10 snin li se tagħmel operazzjoni serja f 'qalbha. Għal Busuttil, din it-tifla li ttelgħet ukoll fuq il-palk waqt il-mass meeting, kienet tirrappreżenta "storja tan-nazzjon Malti". Busuttil qal li millIndipendenza 'l hawn, Malta ħadet il-valuri taddemokrazija, tal-libertà, tal-paċi, tal-għaqda u tarresponsabiltà. Ikkonfermata preżenza ta' minuri fi swali tal-kbar fl-Isptar Monte Karmeli Il-Ministeru għas-Saħħa se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali L-INVESTIGAZZJONIJIET tal-Kummissarju għasSaħħa Mentali kkonfermaw il-preżenza ta' 10 minuri fi swali tal-kbar fl-Isptar Monte Karmeli u sabet ukoll potenzjal għall-espożizzjoni ta' persuni taħt l-eta' għal abbuż sesswali jew fiżiku. L-uffiċċju tal-Kummissarju kien mitlub mill-Ministeru għas-Saħħa jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru millpresident tal-MUMN Paul Pace li minuri kienu esposti għallvjolenza fiżika. Skont il-Kummissarju, l-istruttura preżenti u t-twaqqif tal-Young People's Unit (YPU) ma kienux biżżejjed biex jindirizza l-bżonnijiet different tal-minuri, bl-età tvarja bejn it13 u s-17-il sena, li qed jirċievu kura f 'dan l-isptar. Minkejja li l-investigazzjoni sabet li l-isptar kien qed jieħu ħsieb li l-minuri fil-wards talkbar ikunu taħt superviżjoni fuq il-Livell 1, għall-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia dan ma kienx aċċettabbli. "Il-konklużjonijiet tar-rapport huma totalment inaċċettabbli u ma jistax ikun li din issitwazzjoni tibqa' għaddejja," qal il-Ministeru fi stqarrija. Żied li kien jinsab determinat li jibqa' jimplimenta, mingħajr ebda dewmien, il-proċess kontinwu fuq livell nazzjonali lejn soluzzjoni ħolistika għal tfal vulnerabbli. Il-Ministeru żied li fl-implimentazzjoni tarrakkomandazzjonijiet se jżomm f 'moħħu l-proposti li saru mill-istess uffiċċju f 'diskussjonijiet mal-Isptar Monte Karmel f 'dawn l-aħħar sentejn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013