Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Pjazzetta 22 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Mis-Servizzi għall-Kapriċċi mill-Bronk IL-KUMPANIJA teatrali Bronk Productions se tiftaħ l-istagun teatrali tagħha bil-kummiedja Mis-Servizzi għall-Kapricci (X'Aħna Sbieħ). F'din il-kummiedja se naraw lil Gigi, eks-membru tasservizzi Inglizi, li għalkemm spiċċa mis-servizz xorta waħda baqa' jgħix ħajtu f 'dixxiplina militari. Gigi minkejja li hu bniedem limitat ħafna f 'dawk li huma ħiliet, dejjem jipprova jagħti l-impressjoni li dak li jaraw għajnejh jagħmluh idejh għax jgħid li fis-servizz għallmuh jagħmel kollox. Allura jiġri li kull min ikollu bżonn xi ħaġa arah dlonk sejjer iħabbat il-bieb ta' Gigi biex jaqdih. Imma Gigi miskin ma jaf jagħmel kwazi xejn u biex na joħrogx ta' mażetta man-nies imur għand min ħu tas-sengħa biex jaqdi lill-klijenti tiegħu u l-ispejjez Attivitajiet mis-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson L-ewwel ġurnata li beda jintwera l-film The Jazz Singer fl-1927 B'tifkira tas-86 sena anniversarju mil-wiri ta' l-ewwel film mitkellem The Jazz Singer li kien intwera nhar is-6 ta' Ottubru 1927 fi New York il-Fergħa Maltija tas-Soċjeta' Internazzjonali Al Jolson bejn 1 u t-13 ta' Ottubru 2013 ser ittella' wirja dwar dan il-film fl-intrata tal-Kumpless taċ-Cinema fi Triq ĦażŻabbar, il-Fgura. Is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson tqis is-6 ta' Ottubru bħala Jum it-Talkies. Il-wirja tkun miftuħa l-ġurnata Il-poster ta' The Jazz Singer kollha u d-dħul hu bla ħlas. Anglikan ta' San Pawl fi Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Serata Al Jolson Valletta. Biex jitfakkar il-kantant Matul is-serata jintwerew leġġendarju Al Jolson isfuq liżar kbir taċ-ċinema Soċjetà Internazzjonali Al dokumentarji u materjal Jolson se ttella' serata dwar viżiv ieħor interessanti dwar dan il-kantant illum Al Jolson. L-attività tibda' filil-Ħadd 20 ta' Ottubru 4.45pm. Kulħadd mistieden fis-sala tal-Pro-Katidral u d-dħul hu bla ħlas. iħallashom ħu. Dan iwasslu għal problemi finanzjarji u biex jipprova jirkupra xi ħaġa Gigi jagħtiha għal-logħob tal-azzard. U m'hemmx għalfejn ngħidu li l-problemi jkomplu jikbru. Martu Sunta tieħu paċenzja bih mhux ftit. Saħansitra anke ż-żewġ uliedu jinkwetaw għax issa missierhom qed jiġi f 'ilsien in-nies. Imma fl-aħħar jasal l-aħħar u Gigi jiddeċiedi li jrid jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu u tal-familja. Allura jfassal strateġija ta' kif għandu jeħles mid-djun li laħqu rikbuh mhux ftit. Imma kif jgħidu li l-ħmar il-magħkus idur għalih iddubbien. Mis-Servizzi għall-Kapriċċi li se tittella' fl-Istitut Kattoliku l-Furjana nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru fis-7pm u l-Ħadd 20 ta' Ottubru fil-5pm. Din il-kummiedja għandha kitba ta' Ninu Borg u direzzjoni ta' Tonio Vella. Jieħdu seħem John Suda, Maryrose Mallia, Tonio Vella (Majsi), Doreen Cini, Dorian Micallef, Stephanie Grech Mallia, Kevin Spiteri, Claudio Attard u Tanya Borg. Booking online www.bronk. org jew biljetti mingħand Bronk Productions, tel 21223347; Booking office Istitut Kattoliku, 21238429; bar tal-Istitut Kattoliku, 21242551; Tereża Bazaar Zabbar 21892730; Lion King G'Mangia, 21240007; Viri's Take Away, Kalkara, 21802993; Carmen Azzopardi tar-Rabat; Ġelardu Kiosk, ilBelt, 21220551. €173,558 waqt Oħloq Tbissima FR Louis Mallia mssp, Direttur ta' Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM) u ĊAM Productions international (ĊPi) flimkien malorganizzaturi tal-Maratona Oħloq Tbissima irringrazzjaw lill-voluntiera kollha taċ-ĊAM u ċ-ĊPi tal-impenn tagħhom biex għal sena oħra din ilmaratona kienet esperjenza oħra ta' altruiżmu li tat paċi interna lil dawk kollha involuti. Fr Louis irringrazzja millqalb lil kull min b'xi mod ikkontribwixxa għal din il-kawża ġusta, fosthom lill-istazzjonijiet lokali tatteleviżjoni, l-istazzjonijiet tar-radju, lill-media online, gazzetti lokali u lill-isponsors, preżentaturi, personalitajiet, kantanti, żeffiena u oħrajn. Hekk kif ingħalqu l-linji tattelefon fl-aħħar ta' Lulju ċ-ċifra finali telgħet għal €173,558.69. Il-flus li nġabru se jgħinu lill-missjunarji tasSoċjetà Missjunarja ta' San Pawl ikomplu bil-ħidma tagħhom f 'Dar San Ġużepp f 'Santa Venera, għallEvanġelizzazzjoni permezz tal-Media u anke fil-Perù, filPakistan u fil-Filippini. Ktieb dwar l-opri popolari f 'Malta ID-DAR tal-Pubblikazzjoni FARAXA ħabbret li waqt l-Exclusive Opera Gala li se ssir fil-Lukanda Hilton, Portomaso, Malta fis-27 ta' Settembru l-pubbliku se jsib il-kotba Opri Popolari fil-Gżejjer Maltin u Popular Operas in the Maltese Islands, ta' Tony C. Cutajar. L-awtur se jkun preżenti matul is-serata biex jiffirma l-kopji tal-kotba. Il-kunċert jinkludi s-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, kif ukoll solisti Maltin u internazzjonali taħt iddirezzjoni ta' Mro Damiano Binetti. Ghal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lil www.ticketline.com.mt jew billi jibgħat email fuq maltaartevents@gmail.com jew iċempel fuq 77404040 F'Opri Popolari fil-Gżejjer Maltin u Popular Operas in the Maltese Islands, Cutajar jippreżenta l-20 opra li kienu u għadhom popolari fil-gżejjer Maltin sal-ġurnata tal-lum minn mindu bdew jintwerew fit-teatri ta' Malta u Għawdex. Kważi l-opri kollha huma sentimentali jew traġiċi, mibnija fuq it-tema eterna tal-imħabba. Joħorġu dettalji interessanti dwar kull opra u l-kompożituri tagħhom, flimkien ma' statistika relevanti ta' kull wirja, in-nisġa tal-istorja u xi ritratti ta' produzzjonijiet li ttellgħu f'Malta u Għawdex.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013