Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 27 Vittoriosa Stars jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun Il-plejer ta' Vittorisoa Stars Josè Filipe Aguiar f'tentattiv li jirbaħ il-ballun mingħand id-difensur ta' Qormi Owen Bugeja Vittoriosa S. ..........1 Qormi ...................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta rnexxielhom jegħlbu lit-tim iktar ikkwotat ta' Qormi bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Marcio Tervel fit-22 minuta. Kienu Vittoriosa Stars li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara 10 minuti meta xutt ta' Aguiar stampa mal-lasta, bil-plejer Triston Caruana ikun se jwettaq autogowl fit-tentattiv li jikklerja l-ballun iżda l-goalkeeper Matthew Farrugia salva tajjeb. L-Istars komplew jattakkaw u fit-22 minuta sabu x-xibka meta Guerrero għadda l-ballun lil Marcio Tervel li baqa' dieħel tajjeb fil-kaxxa u għeleb lill-goalkeeper ta' Qormi permezz ta' xutt angolat. Hekk kif konna qed nistennew lir-referee Spiteri isaffar tmiem l-ewwel taqsima Qormi ħolqu ċans tajjeb meta Triston Caruana ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi barra. Qormi ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima meta fid-59 minuta Jorge Pereira da Silva ra l-freekick tiegħu minn qagħda angolata jgħaddi ftit barra. Żewġ minuti biss wara Guerrero kkonkluda kif seta' iżda ma ħoloq l-ebda periklu. Fit-63 minuta Innocenti ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra wara li rċieva minn corner ta' Triston Caruana. Tliet minuti wara minn freekick minn nofs il-grawnd ta' Triston Caruana, il-ballun spiċċa f 'saqajn Innocenti li t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras impenja lillgoalkeeper ta' Vittoriosa Stars, Sean Cini. Fid-90 minuta s-sostitut u eks-plejer ta' Mosta Gilbert Martin, qabeż diversi plejers ta' Qormi qabel avvanza tajjeb fil-kaxxa u ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f 'corner minn Farrugia. Ftit qabel intemmet il-logħba, Del Giudice għadda lil Roderick Sammut li tefa' fix-xibka iżda dan il-gowl ġie mħassar minħabba li l-istess Sammut kien jinsab f 'pożizzjoni ta' offside. Vittoriosa S. Cini (Vella 8'), Barbara (Martin 60'), Tervel, Pereira (Arab Eddin 82'), Arab, Guerrero, Spiteri, Buttigieg, Camilleri, Aguiar, Dos Santos Qormi Farrugia, Effiong, Sammut, Bajada, Caruana, Pereira Da Silva, Vella (Bellucci 46'), Bugeja, Pisani, Innocenti, Santaguida (Del Giudice 73') Referee Sandro Spiteri OSCAR GUERRERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Għalkemm ma kienx hu li skorja l-gowl tar-rebħa, kien tassew determinanti fl-ewwel rebħa tal-istaġun li kisbu Vittoriosa Stars kontra Qormi Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul dan is-sajf Gowl ta' Caruana jagħti rebħa minima lil Valletta Valletta ................1 Naxxar L ...............0 GOWL permezz ta' daqqa ta' ras tad-difensur internazzjonali ta' Valletta Jonathan Caruana wara li rċieva minn corner ta t-tliet punti prezzjużi lil Valletta meta ffrontaw lil Naxxar Lions biex issa telgħu momentarjamnet fl-ewwel post tal-klassifika flimkein ma' Hibernians bi 12-il punt għalkemm għandhom logħba iktar. JONATHAN CARUANA Twieled fl-24 ta' Lulju 1986 f'Malta Skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lil Valletta Irritorna lura fl-azzjoni wara li għamel diversi ġimgħat isofri minn injury Barra li huwa difensur fundamentali ta' Valletta, huwa wkoll essenzjali fid-difiża tat-tim nazzjonali Qabel ingħaqad ma' Valletta, lagħab ma' Hibernians waqt li kien misluf ma' Mosta għal żmien qasir fl-istaġun 2005/06

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013