Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

SPORTSillum Vettel jikseb it-tieni pole konsekuttiva f'Singapore 28 illum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 IS-SEWWIEQ Ġermniz ta' Red Bull u favorit nett li jirbaħ il-kampjonat tal-Formula 1 fi tmiem dan l-istaġun Sebastian Vettel kiseb it-tieni pole konsekuttiva tiegħu meta permezz ta' wirja millaqwa rnexxielu jirreġistra l-iktar ħin veloci fiċċirkwit ta' Singapore. Is-sewwieq ta' Mercedes Nico Rosberg kien ferm viċin li jegħleb il-ħin miksub minn Vettel iżda ma rnexxielux jagħmel dan u kellu jikkuntenta bit-tieni post. Is-sorpriża tal-ġurnata waslet minn Romain Grosjean fuq Lotus li se jkun qed jibda t-tellieqa ta' llum fit-tielet post waqt li Mark Webber u Lewis Hamilton se jkunu qed jibdew fir-raba' u fil-ħames post rispettivament. Demis Zammit se jieħu sehem Djokovic ippremjat bħala l-aħjar atleta fl-Ewropa fit-tiġrija nazzjonali tal-Ungerija fl-2011 u 2012 NEMZETI Vagta f'Budapest huwa festival ekwestriju mimli kulturà, divertiment u eċċitament li jsir fil-Pjazza tal-Eroj li hi waħda millakbar attrazzjonijiet turistiċi ta' din il-belt. Dan il-festival ilu jsir mis-sena 2008 u din is-sena se jsir bejn l-20 u t-22 ta' Settembru. Għall-ewwel darba l-Malta Racing Club intalbet sabiex tibgħat ġerrej tal-galopp sabiex jieħu sehem f'dan l-avveniment uniku u għalhekk intagħzel Demis Zammit li bħalissa jinstab jokkupa l-ewwel post talklassifika ġenerali għallġerrejja tal-galopp. Huwa ser ikun akkumpanjat micChairman tal-Malta Racing Club Matthew Brincat. Din il-parteċipazzjoni ma kinietx tkun possibbli mingħajr l-interventi u l-għajnuna ta' Carlo Micallef li huwa l-Group Head Segment Marketing tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u Manuel Briffa, id-Direttur tar-Relazzjonijiet Pubbliċi Corinthia Hotels. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Corinthia Hotels huma l-isponsors tal-parteċipazzjoni Maltija f'dan l-avveniment. Demis Zammit se jkun qed jikkompeti f'din it-tigrija Internazzjonali nhar il-Ħadd li ġej però l-preparamenti u l-impenji tiegħu jibdew millĦamis hekk kif wara nofsinhar jattendi konferenza stampa u jibda t-taħriġ biż-żwiemel. It-taħriġ ikompli l-Ġimgħa filgħodu u jsir peress li din mhix tiġrija normali. Is- Sibt filgħodu jipparteċipa fi programmi professjonali waqt il-galopp nazzjonali u filgħaxija jattendi għal meeting tekniku li fih jiġu spjegati r-regolamenti tattiġrija. Il-Ħadd filgħodu jkollu ċans ukoll jipprova l-korsa li hi waħda mwaqqfa għal tal-apposta madwar il-pjazza prinċipali. Matul il-jiem tal-avveniment dawk preżenti jkunu jistgħu jduqu ftit mill-kultura Ungeriża kif ukoll millkultura tal-pajjiżi parteċipanti. L-Awtorità Maltija tatTuriżmu ser ikollha tinda armata għall-okkażjoni li fiha wieħed ikun jista' jikseb informazzjoni dwar Malta kif ukoll isib esebizzjoni ta' prodotti lokali Maltin. Il-pajjiżi li ser jipparteċipaw f'dan l-avveniment huma sl-Ungerija u Malta kif ukoll is-Serbja, Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, ilQatar, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Kazakhstan. Il-ġerrej ta' kull pajjiż se jkollu wkoll jakkumpanjah lil xi ħadd liebes il-kostum nazzjonali tal-pajjiż li jkun qed jirrappreżenta. IN-NUMRU 1 fid-dinja tat-tennis Novak Djokovic tas-Serbja ġie ppreżentat bit-trofew tal-Aħjar Atleta fl-Ewropa għas-snin 2011 u 2012. Dan l-unur kien preżentat minn Charles Camenzuli, Segretarju Ġenerali ta' AIPS Europe – Unjoni Ewropea talĠurnalisti tal-Isport fl-okkażjoni tas-semifinali tat-Tazza Davis bejn is-Serbja u l-Kanada li ntlagħbet fl-aħħar jiem filBelgrade Arena f 'Belgrad, fis-Serbja. Preżenti għallpremjazzjoni kien hemm wkoll Yannis Daras – President ta' AIPS Europe kif wkoll Predrag Milinkovic, membru talEżekuttiv ta' AIPS Europe. Novak Djokovic huwa wieħed mill-ftit atleti li rebħu dan l-unur f 'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi. AIPS Europe fil-ġranet li ġejjin se tippremja wkoll lill-Ingliża Jessica Ennis, rebbieħa tal-Aħjar Atleta Mara fl-Ewropa għas-sena 2012.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013