Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 29 Valletta FC jaspiraw Liverpool jitilfu kontra li jiksbu suċċess Southampton f'Anfield anki fil-futsal HEKK kif matul l-istaġun li għadda t-tim tal-futsal ta' Valletta safa' relegat għall-Kampjonat FXDD tal-Ewwel Diviżjoni, jidher li għal matul l-istaġun li ġej, dan it-tim jinsab ferm organizzat u determinat u għandu aspettattivi kbar li jerġa' jirritorna fl-ogħla diviżjoni tal-futsal lokali fi żmien qasir. Il-kowċ ta' dan it-tim Xavier Saliba huwa wkoll il-captain tat-tim nazzjonali tal-futsal kif ukoll taċchampions tal-Kampjonat FXDD Premier Hibernians waqt li diġà għandu esperjenza fil-kowċing ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna hekk kif flaħħar sentejn kiseb żewġ promozzjonijiet ma' dan it-tim: mit-tieni diviżjoni għall-ewwel diviżjoni u mill-ewwel diviżjoni għallPremier. Peress li San Ġwann jinsabu fl-ogħla diviżjoni tal-futsal li fiha jikkompetu wkoll Hibernians, ta' liema tim Saliba huwa l-captain, ma setax ikompli jkun il-kowċ ta' San Ġwann u għalhekk fil-bidu ta' dan l-istaġun aċċetta l-offerta li jkun il-kowċ il-ġdid ta' Valletta Futsal Club. Illum tkellmet ma' Saliba fejn talbitu jagħtina iktar informazzjoni fuq dan it-tim li jġorr l-isem ta' tim bi storja glorjuża fil-futbol Malti kif ukoll x'inhuma l-objettivi u l-aspirazzjonijiet ewlenin ta' dan it-tim għall-istaġun tal-futsal li se jkun qed jibda fis-27 ta' Settembru bis-Super Cup bejn Hibernians u Balzan, bil-kampjonat ikun qed jingħata bidu eżattament filġimgħa ta' wara. Il-kowċ ta' Valletta Futsal Club, Xavier Saliba qalilna li: "It-tim ta' Valletta ipparteċipa għall-ewwel darba fil-futsal is-sena l-oħra fejn kellu kampjonat diżastruż fil-Premier biex b'hekk ġie relegat għallEwwel Diviżjoni! Meta ċemplu lili fis-sajf, l-isfida għogbitni mill-ewwel u anki huma għamluha ċara li din is-sena il-futsal se jagħtu kasu mija fil-mija għax ma jixtiqux jerġgħu jagħmlu staġun bħal tas-sena l-oħra u wara kollox klabb ta' storja bħal mhuwa Valletta FC jixraqlu li jkollu tim kompetittiv! "Min-naħa tiegħi jien kelli nibda bil-bażi tallogħba għax sibt grupp ta' plejers li ftit jew xejn jafu fuq il-logħba tal-futsal u dan għalija huwa stimolu li dak li tgħallimt mingħand diversi kowċis barranin kif ukoll mingħand Kevin Mifsud bħala kowċ Malti ngħaddiulhom biex nara l-futsal u l-klabb jogħla fil- livell. L-objettivi tiegħi u tal-klabb huma li nibnu tim b'saħħtu u nirbħu l-promozzjoni għallPremier. Jien nemmen li jekk naħdmu sew nistgħu nkunu hemm biex nagħmluha imma fil-ħajja qatt ma tista' tgħid x'se jiġri!" Intant din hija l-iskwadra kompleta ta' Valletta Futsal Club li se tkun qed tikkompeti fil-Kampjoant FXDD tal-Ewwel Diviżjoni tal-futsal matul l-istaġun li ġej: Ivan Cassar, Neil Cuschieri, Clayton Meli (Goalkeepers), Renald Formston, Clint Wells, Andy Blundell, Baldassare Borg, Chris Cuschieri, Mark Mizzi, Aaron Camilleri, Gilbert Hill, Renè Sciberras, Paul Zammit, Charlton Scicluna, Neil Chircop u Clayton Felice. FIL-KAMPJONAT Barclays Premier flIngilterra, l-ikbar sorpriża tal-ġurnata waslet f 'Anfield meta Liverpool li kellhom bidu tal-kampjonat ferm tajjeb, fejn fost oħrajn ftit tal-ġimgħat ilu għelbu lill-arċi-rivali eterni Manchester United, tilfu kontra t-tim ferm inqas ikkwotat ta' Southampton bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tas-Saints jasal minn Dejan Lovren fit-53 minuta. Intant, fid-derby ta' Londra li ntlagħab fi Stamford Bridge, wara li kienu għadhom ġejjin minn żewġ telfiet konsekuttivi kontra Everton u FC Basle, Chelsea reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Fulham bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls tal-Blues jaslu minn Oscar fit-52 minuta u minn John Obi Mikel fl-84 minuta. Permezz ta' din ir-rebħa, Chelsea laħqu lil Liverpool fl-ewwel post tal-klassifika bi 12 -il punt. Aston Villa għelbu lil Norwich City barra minn darhom bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Libor Kozak wara nofs siegħa logħob. Norwich City tilfu okkażjoni taddeheb li jiftħu l-iskor meta wara biss 6 minuti l-plejer Robert Snodgrass ra l-penalty tiegħu jiġi milqugħ bi bravura millgoalkeeper ta' Aston Villa. Sorpriża oħra waslet fil-logħba bejn Newcastle United u Hull City meta Hull għelbu lil Newcastle bl-iskor ta' 3-2. Kienu Newcastle United li fetħu l-iskor permezz ta' Loic Remy wara biss 10 minuti waqt li Robert Brady ġab l-iskor indaqs għal Hull City fis-26 minuta. Iżda Newcastle ma tantx ħadu ħin biex reġgħu sabu ruħhom fil-vantaġġ meta Loic Remy irdoppja l-iskor għalihom fl-44 minuta. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hull City ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Ahmed El Mohamady fit-48 minuta waqt li skorjaw il-gowl tar-rebħa li tathom tliet punti prezzjużi fittentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni fi tmiem l-istaġun permezz ta' Sone Aluka fis-76 minuta. West Bromwich Albion għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 3-0 fejn irnexxielhom isibu x-xibka l-ewwel permezz ta' Stephane Sessegnon fl-20 minuta bil-gowl l-oħra għalihom jaslu minn Ridgewell u Amalfitano fis-76 u fid-90 minuta rispettivament. West Ham United tilfu ġewwa darhom kontra Everton bl-iskor ta' 3-2 biex b'hekk Everton irreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għelbu lil Chelsea ġewwa darhom 1-0. Kienu West Ham United li fetħu l-iskor bl-ewwel gowl jasal minn Ravel Morrison fil-31 minuta bl-istess plejer jiġi ammonit sitt minuti biss wara. Everton ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Baines fit-62 minuta bl-istess plejer jirdoppja l-iskor fit-83 minuta biex b'hekk ġabu l-iskor indaqs waqt li skorjaw il-gowl tar-rebħa tant importanti żewġ minuti biss wara permezz ta' Romelu Lukaku. F'din il-logħba West Ham qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif fit-82 minuta tkeċċa l-plejer Mark. Illum jintlagħbu erba' logħbiet oħra fejn fis2.30pm Arsenal jilqgħu lil Stoke City fl-Emirates Stadium waqt li Crystal Palace jospitaw lil Swansea City. Wara dawn iż-żewġ logħbiet fil-5pm Cardiff City jilqgħu lil Tottenham Hotspur ġewwa darhom waqt li fil-logħba ewlenija ta' tmiem il-ġimgħa, ikollna d-derby tant mistenni ta' Manchester bejn il-ġirien Manchester City u Manchester United. Mill-kampjomat Taljan Serie A Tim, f 'logħba Cagliari u Sampdoria temmew il-konfrront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 bl-ewwel gowl jasal minn Caglairi permezz ta' Albin Ekdal fis-26 minuta waqt li Sampdoria ġabu l-iskor indaqs lejn l-aħħar tallogħba eżattament fid-89 minuta permezz tal-plejer Gabbiadini. Iżda kien għad fadal x'naraw f 'din il-logħba meta Cagliari skorjaw il-gowl li tefagħhom fil-vantaġġ permezz ta' Daniele Conti fid-90 minuta iżda ftit sekondi wara Sampdoria ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Lorenzo De Silvestri. F'logħba oħra mill-istess kampjonat, kollox seħħ fl-ewwel taqsima hekk kif Chievo Verona ġewwa darhom dawru telfa f 'rebħa meta wara li kienu minn taħt irnexxielhom jegħlbu l-isfida tat-tim iktar ikkwotat ta' Udinese bliskor ta' 2-1. Kienu Udiense li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta' Reginaldo de Matos Maico waqt li Chievo Verona ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Pellisier fl-14 –il minuta u Rigoni skorja l-gowl tarrebħa fl-40 minuta. Mill-istess kampjonat fl-Italja fost logħbiet oħra, illum se jintlgħabu żewġ logħbiet ferm importanti fejn fit-3pm ikollna d-derby ta' Ruma bejn Roma u Lazio waqt li filgħaxija fit-8.45pm AC Milan jospitaw lil Napoli f 'San Siro. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 21 ta' Settembru Norwich C. vs Aston Villa 0-1 Liverpool vs Southampton 0-1 Newcastle U. vs Hull C. 2-3 WBA vs Sunderland 3-0 West Ham U. vs Everton 2-3 Chelsea vs Fulham 2-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 22 ta' Settembru 14:30 Arsenal vs Stoke C. 14:30 Crystal Palace vs Swansea C. 17:00 Cardiff C. vs Tottenham H. 17:00 Manchester C. vs Manchester U. Riżultati Kampjonat Setrie A TIM Is-Sibt 21 ta' Settembru Cagliari vs Sampdoria 2-2 Chievo V. vs Udinese 2-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 22 ta' Settembru 12:30 Sassuolo vs Inter 15:00 Atalanta vs Fiorentina 15:00 Bologna vs Torino 15:00 Catania vs Parma 15:00 Juventus vs Verona 15:00 Roma vs Lazio 15:00 AC Milan vs Napoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013