Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

SPORTSillum 30 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Ir-raġel ta' suċċess fl-amm Joe Caruana Curran – it-raġel ta' suċċess liema bħala f'bosta oqsma talisport f'pajjiżna – mis-snin passati bħala President ta'Valletta FC sa llum bħala President tal-Aquatic Sports Association, l-ASA kif ukoll tal-Malta Billiards & CRISTIAN ANTONY Snooker Association MUSCAT Kif beda l-interess tiegħek flisport? L-interess tiegħi fl-isport beda wkoll għax missieri kien akkanit għall-isport in ġenerali u partikolarment għal futbol. Kienu jkunu mumenti li kont nieħu pjacir naqsamhom miegħu. Meta kbirt ftit kien beda wkoll jeħodni l-Istadium tal-Gżira nara lill-Valletta jilagabu. Fil-fatt hu kien jilgħab ma' Valletta fis-snin 30. Jien ukoll persuna ili nieħu gost nara ħafna sports differenti specjalment l-Olimpijadi fejn tista' tara l-aqwa atleti f 'kull dixxiplina sportiva. Iżda l-involviment dirett tiegħi fl-isport beda meta dħalt fil-kumitat ta' Valletta United Waterpolo Club ma' diversi ħbieb fosthom Sergio Zampa li żmien wara daħal fil-kumitat ta' Valletta FC miegħi ukoll. Nibdew minn Valletta fejn hemmhekk nistgħu ngħidu li kont ttrasformajt it-tim ta' Valletta u bdejtilhom it-triq tas-suċċess fosthom ir-rebħ tal-ħames tazzi fi staġun wieħed fejn bosta għadhom isostnu li dak it-tim kien l-aqwa tim ta' kull żmien ta' Valletta. X'tikkummenta fuq din l-esperjezna twila u ta' success liema bħalu li kellek bħala President ta' Valletta? L-esperjenza ma' Valletta FC kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħi fil-kamp sportiv u kien żmien ta' suċċess għal dan il-klabb glorjuż. Iżda filwaqt li dejjem ningħata mertu kbir għal dan is-suċċess, irrid ngħid li l-veri protagonisti kienu l-plejers li taw qalbhom tul it-18-il sena presidenza tiegħi. Mertu kbir ukoll kellhom ilkowċis diversi li kkontribwixxew bid-direzzjoni u l-għaqal tattiku li għaddew lill-plejers tagħna. Sħabi kollha tal-kumitati diversi ta' dak iż-żmien kellhom ukoll sehem importanti iżda l-partitarji ta' Valletta, żgur li ma nistgħux ninsew il-mod ta' kemm taw sapport lit-tim kollu. Fl-aħħar mill-aħħar waħda mill-isbaħ affarijiet li għadni ngawdi sal-ġurnata tal-lum hija l-ħbiberija mal-plejers kollha ta' dak iż-żmien kif ukoll ma' ħafna diriġenti sew Maltin kif ukoll barranin. Għadek issegwi lil Valletta llum? Ngħid il-verità għadni nsegwi r-riżultati u l-andament tal- kampjonat iżda permezz talprogrammi sportivi u l-mezzi tax-xandir. Ġieli titla' l-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali biex issegwi lil Valletta? Naħseb li f 'dawn l-aħħar 10 snin jekk tlajt darba jew tnejn, iżda aktar riżultat tal-fatt li għandi ħafna mpenji sportivi oħrajn li nieħu sehem attiv fihom. X'tikkummneta fuq it-tim preżenti ta' Valletta taħt ilpresidenza ta' Victor Sciriha? Li nista' ngħid huwa li taħt il-presidenza ta' Victor Sciriha l-investimenti li saru qed iħallu l-frott. Żdiedu t-trofej u dawn huwa awgurju tajjeb għall-futur tal-klabb. Int il-President attwali tal-Malta Billiards & Snooker Association. Kemm ilek tokkupa din il-kariga u x'tinvolvi eżattament il-kariga tiegħek bħala l-ogħla organu fi ħdan l-imsemmija assoċjazzjoni? Ukoll kif tqis il-livell tal-billiards u tal-isnooker f 'pajjiżna? Ili nokkupa din il-kariga ta' president għal diversi snin. Ilkariga tiegħi tinvolvi t-tmexxija flimkien ma' sħabi tal-Eżekuttiv tal-kompetizzjonijiet lokali u l-parteċipazzjoni internazzjonali f 'Kampjonati Ewropej jew tadDinja. Il-billiards u l-isnooker minn dejjem kienu dixxiplini li taw sodissfazzjon u li ġabu suċċessi b'rebħiet ta' diversi titli mondjali u Ewropej. Waħda mill-aktar prioritajiet li għandha l-Assoċjazzjoni hija l-finalizzazzjoni tal-Akkademja tal-isnooker fejn sejrin nikkonċentraw l-aktar fuq ittaħriġ tal-plejers nazzjonali tagħna kif ukoll fuq it-tagħlim u t-taħriġ għall-plejers żgħażagħ Maltin. Dan għandu jkun il-post fejn 'il quddiem nibdew naraw it-titjib fil-livell diġà tajjeb li jeżisti, iżda f 'Akkademja bħal din tkun tista' tingħata attenzjoni personalizzata mill-kowċ nazzjonali Alex Borg. Niġu issa għall-ASA. X'tinvolvi l-kariga tiegħek bħala President tal-ASA u x'inhi r-relazzjoni tiegħek ma' sħabek il-membri talkumitat eżekuttiv tal-imsemmija assoċjazzjoni? Ir-rwol tiegħi bħala President ta' din l-assoċjazzjoni huwa li flimkien ma' sħabi fl-eżekuttiv infasslu "L-esperjenza ma' Valletta FC kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħi filkamp sportiv u kien żmien ta' suċċess għal dan il-klabb glorjuż. Iżda filwaqt li dejjem ningħata mertu kbir għal dan is-suċċess, irrid ngħid li l-veri protagonisti kienu l-plejers li taw qalbhom tul it-18il sena presidenza tiegħi." sodisfazzjon. Bla dubju ta' xejn għandna amministrazzjoni fil-preżent li taħdem bla heda biex inkunu nistgħu noffru kompetizzjonijiet organizzati bl-aħjar mod possibli u li jagħtu pjaċir lill-ispettaturi kif ukoll lillatleti. Meta tqis li l-assoċjazzjoni tkopri diversi dixxiplini allura tinduna għaliex l-istruttura apparti president, segretarju ġenerali u teżorier għandha wkoll tliet viċi-presidenti li jieħdu ħsieb waterpolo (għalih), għawm (għalih) u l-iżvilupp u amministrazzjoni (għalih). Irridu niftakru wkoll li f 'dawn l-aħħar sena u nofs introduċejna l-għawm sinkronizzat u l-'open water swimming'. Meta tqis dawn iddixxiplini kollha tinduna għaliex l-amminstrazzjoni għaddejja b'ħidmietha l-ħin kollu. Wieħed ma jistax jinsa wkoll li hemm laqgħat regolari malklabbs membri, mal-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali biex dejjem inkunu nfurmati dwar l-iżviluppi kontinwi fix-xena talisports akwatiċi. Fl-aħħarnett irrid ngħid ukoll li ngħaddi ħafna millħin tiegħi mal-kowċis nazzjonali biex nistudjaw flimkien x'jista jsir għall-iżvilupp tal-waterpolo. Fl-aħħar irrid nghid ukoll li parti minn xogħli huwa ddedikat għall-għawm speċjalment biex nikkonferma li nixtieq li tinqata' darba għal dejjem l-idea li l-ASA tagħti importanza biss lillwaterpolo. Tħoss li f 'dawn l-aħħar snin żdiedu l-attendenzi fil-Pixxina Nazzjoanli f 'Tal-Qroqq? Iva u dan ikun grazzi wkoll għal-livell għoli tal-logħbiet li jkollna bħala riżultat tal-kontribut tal-plejers Maltin u l-kwalità talplejers barranin li jinvestu fihom il-klabbs lokali. l-kompetizzjonijiet lokali kollha u nieħdu ħsieb l-organizzazjoni tal-parteċipazzjoni internazzjonali tal-atleti kollha kemm jekk huma plejers tal-waterpolo kif ukoll għawwiema. Irrid ngħid li huwa rwol impenjattiv ħafna u ta' sfida kbira iżda rrid ngħid ukoll li hija kariga li f 'dawn it-tliet snin tatni ħafna Għaliex m'għadhomx jiġu trasmessi logħob dirett talwaterpolo fuq it-televixin kif kien isir fi snin imgħoddija? Għax ma wasalniex fi ftehim malebda stazzjon televiżiv. Għaliex m'għadux ikun hemm DJ janima l-logħob tal-waterpolo? Fil-passat dan kien joħloq bosta entużjażmu. Din hi ħaġa li ppruvajniha għal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013