Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 31 ministrazzjoni tal-isport Is-sistema tal-playoffs tneħħiet fuq talba tal-klabbs stess u aħna m'għandna xejn kontra l-fatt li din is-sena ppruvajna sistema differenti. Il-ħsieb huwa li għallistaġun li ġej niltaqgħu malklabbs kif dejjem nagħmlu biex nikkunsidraw dak li huwa l-aħjar fl-interess tal-klabbs kif ukoll talassoċjazzjoni. Kuntent bil-kontroll tar-referees Maltin u anki dawk Taljani tul l-aħħar kampjonat? Naħseb li dan l-istaġun, ir-referees Maltin kif ukoll Taljani kienu ta' livell tajjeb ħafna. Niġu issa għal-loġistika tal-Pixxina Nazzjonali. Ma tahsibx li s-sistema tad-dawl mhux b'saħħitha bizzejjed biex iddawwal ilpixxina meta jidlam? Id-dawl eżistenti joħloq problema biss fil-każ ta' trasmissjoni televiżiva. Filverità, is-sistema għandha bżonn tinbidel fis-snin li ġejjin għal waħda iktar professjonali. Joe Caruana Curran Twieled fil-15 ta' Diċembru 1957 f'San Ġiljan Huwa l-Preseident tal-ASA kif ukoll tal-Malta Billiards & Snooker Association Huwa ċ-Chairman tal-Valletta Lions RFC Għamel 18-il sena President ta' Valletta FC fejn kiseb bosta suċċessi kbar fosthom ir-rebħ tal-ħames tazzi fi staġun wieħed staġun wieħed u nistgħu nerġgħu nikkunsidrawha fil-futur. Nitkellem ma' bosta għawwiema u bosta plejers tal-waterpolo u kollha jgħiduli li hemm bżonn li jinbena 'indoor pool' f 'Malta. Hemm ħsieb li dan jinbena fil-futur? Naqbel li hemm bżonn ta' pixxina oħra magħluqa u dan hu riżultat tan-numru dejjem jikber ta' atleti li qed jagħżlu l-għawm jew il-waterpolo bħala l-isport li jipprattikaw. Kif tqis ir-riżorsi li fihom jittrenjaw u jilgħabu l-għawwiema u plejers talwaterpolo f 'pajjiżna meta kkumparati ma' pajjiżi barranin? Il-paraguni huma dejjem odjużi iżda nemmen li jekk irridu l-isports akkwatiċi jikbru aktar hemm bżonn li l-faċilitajiet eżistenti nklużi dawk tal-klabbs jiġu mtejba. Naf li kwalunkwe gvern jara din bħala spiża kbira iżda jekk wieħed jagħmel skeda ta' dan it-titjib huwa proġett li jista' jsir bil-mod u tul iż-żmien. Bħala ASA, x'għajnuna ssibu mill-Kunsill Malti għall-iSport u mill-Kumitat Olimpiku Malti? Insibu ħafna għajnuna u biex ngħid il-verità, millKunsill Malti għall-iSport dejjem sibna l-koperazzjoni mehtiega. Tħoss li hemm biżżejjed sigurtà fil-Pixxina Nazzjonali speċjalment f 'logħbiet jaħarqu bħalma kienu l-aħħar żewġ logħbiet ta' din is-sena bejn San Ġiljan u Neptunes? Iva, naħseb li s-sigurtà hija waħda adekwata. Iżda ma taħsibx li l-fatt li qabel il-logħob, iż-żewġ settijiet ta' partitarji jidħlu mill-istess ticket booth hija xi ftit perikoluża u ma toffrix wisq sigurtà speċjalment waqt logħbiet jaħarqu? Din hija problema li diġà qed inħarsu lejha u filfatt mill-istaġun li ġej se jkollna 'ticket booth' ieħor biex il-partitarji tal-klabbs ikollhom entraturi separati speċjalment għal-logħbiet li jattiraw numru kbir ta' partitarji. Niġu issa għall-format tal-kampjonat. Għaliex tneħħiet is-sistema talplayoffs? Bosta persuni midħla tal-waterpolo fosthom il-kowċ nazzjonali Karl Izzo jsostnu li din hi l-aħjar sistema possibbli. Ukoll ma taħsibx li żewġ toilets huma ftit wisq f 'logħbiet li jiġbru eluf ta' persuni bħalma kienu l-aħħar logħbiet millkampjonat bejn ir-rivali San Ġiljan u Neptunes għalkemm kien hemm ftit 'mobile toilets'? It-toilets żejda li kien hemm għall-aħħar żewġ logħbiet kienu erba' u ġibniehom minħabba li stennejna numru sabiħ ta' spettaturi u għalhekk ħsibna għalihom. Irridu naraw jistax b'xi mod jiġi kkreat xi spazju fejn jistgħu jinbnew toilets addizzjonali. Dan narawh mal-KMS. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ nazzjonali talwaterpolo Karl Izzo? Ir-relazzjoni mal-kowċ nazzjonali hija waħda tajba ħafna u nassigurak li ma tgħaddix ġurnata li ma niltaqgħux biex niddiskutu s-sistema preżenti fittimijiet nazzjonali talwaterpolo u kif sejrin nirriorganizzaw ruħna biex it-timijiet nazzjonali jingħataw l-importanza u s-sapport li jixraqilhom. Nassigurak li din hija parti essenzjali biex niżviluppaw il-logħba tal-waterpolo f 'pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013