Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Il-Pulizija m'għandhiex ħin għat-tfal dwar bullying 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 OMM ikkuntattjat dan il-ġurnal wara li meta marret l-għassa tirrapporta li xi ġuvintur kienu qed jiġru wara binha l-pulizija qalilha, "Dan għalina ħela ta' ħin. Dawn għadhom żgħar u aħna m'għandniex ħin għal dawn l-affarijiet." L-istorja tmur lura meta iben l-omm kien qed jiġi bbulijat fi żmien is-sena skolastika li ntemmet f 'Ġunju. Il-bullying baqa' għaddej matul ix-xhur tassajf u ftit ġimgħat ilu grupp ta' ġuvintur kienu qed jiġru wara l-vittma fix-xatt ta' TasSliema. L-omm li marret tiġri tirrapporta l-każ lill-Pulizija sabet risposta li żgur ma stennietx. Il-Pulizija ta x'tifhem li mhux se jiċċaqlaq minn postu għax dak għalih kien biss ħela ta' ħin. It-tifel spiċċa b'xi daqqiet fil-parti ġenitali tiegħu u anke qala' xi daqqiet ta' sieq f 'rasu. Dan il-każ jitfa' dawl fuq kemm wara kollox qed nieħdu ħsieb dawn l-attakki. Fix-xitwa attakki ta' bullying ikunu moħbijin fil-kurituri tal-iskejjel iżda meta jkunu fil-beraħ il-Pulizija x'qiegħda tagħmel? Omm il-vittma kienet urtata li meta kienet qed tinstema' l-kawża fil-Qorti tal-Minuri ma tħallietx tirrakkonta l-ġrajja kif seħħet waqt li waħda mill-ommijiet tal-aggressuri qattgħet ħafna ħin tidħak mingħajr ma ġiet imsikkta mill-maġistrat. Is-sentenza nqatgħet li l-aggressuri għandhom joqogħdu 'l bogħod millvittma. Il-Pulizija ma tinvestigax prostituzzjoni wara nuqqasijiet fir-rapport MARA Bulgara li marret tagħmel rapport f'għassa talPulizija xxukkjat ruħha wara li nqralha r-rapport mill-Pulizija li kienet magħha u ndunat li l-aktar affarijiet importanti tħallew barra. Il-Bulgara, li ilha diversi snin residenti Malta, marret tirrapporta li raġel li jgħix viċin tagħhom kien qed iħajjar lil bintha biex titlaq mid-dar u tipprostitwixxi ruħha. Skont hi, dan eventwalment seħħ wara ftit żmien. Il-Bulgara li tkellmet ma' din il-gazzetta qalet kif fir-rapport tal-Pulizija tħallew barra diversi dettalji, fosthom l-allegazzjoni li dan ir-raġel qed juża lil bintha għal skopijiet ta' prostituzzjoni. Dan ir-raġel ukoll hu ta' nazzjonalità barranija. "Bdejt ninnota li r-rapport beda jsir bl-għaġla u b'mod ta' "ejja ħa mmorru", tant hu hekk li xi dettalji li bdejt nagħti ġew totalment injorati. Wara li għal darba darbtejn ġbidt l-attenzjoni tal-pulizija biex jiżdiedu dettalji importanti, l-uffiċjal tal-Pulizija li kienet qed tikteb għolliet leħinha u qaltli 'mhux se tkun int li tgħidli x'nikteb u x'ma niktibx!" irrakkuntat il-Bulgara. Kawża ta' dan, meta l-Pulizija investigat ir-rapport sabet li ma kien hemm l-ebda bażi biex jipprosegwixxu, għax peress li l-akkuża ta' prostituzzjoni ma ssemmietx fir-rapport, ilPulizija investigat il-każ bħala sempliċiment każ li tfajla ta' 18-il sena telqet mid-dar. "Qalulna li tfajla titlaq mid- dar mhux reat, u vera, imma prostituzzjoni iva. Peress li r-rapport lanqas inkluda r-reat proprju, inħossu li ma saritx investigazzjoni kif kellha ssir." Il-Bulgara tissokta tgħid li fl-opinjoni tagħha r-rapport kien dikjarazzjoni falza għax ma nkludiex dak kollu li qalet, xi partijiet sempliċìment inqabżu, u aktar importanti, kien fih allegazzjonijiet li hi qatt ma qalet. "Eżempju fir-rapport kitbu li jien għedt li t-tifla telqet mid-dar biex tmur tgħix miegħu. Jien qatt m'għedt hekk għax għandi biżżejjed sens f'moħħi li tfajla ta' 18-il sena mhux se tmur toqgħod ma' wieħed kważi tliet darbiet akbar minnha fl-età. "Jien għedt li qed jużaha għall-prostituzzjoni u din ma ssemmietx. Meta marru għandu kkonfermalhom li mhux toqgħod miegħu u l-każ waqaf hemm," qalet il-mara. Il-Bulgara tkompli tgħid li ħassitha diskriminata minħabba n-nazzjonalità tagħha. Tgħid li wara li ħallset avukat għal xi servizzi, dan irrifjuta milli jagħtiha dokument iffirmat (biex ikollu validità legali) u lanqas milli jagħtiha rċevuta fiskali għas-servizzi tiegħu. Tkompli ssostni li dan l-avukat lanqas ma taha n-numru tal-file of complaint u kellha tiksbu mod ieħor. Konsegwenza ta' dan, wara li ħallset aktar minn €100 ta' kwarta xogħol kellha ssib assistenza legali oħra biex tipprova tindirizza din is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli li evolviet fil-familja tagħha. It-tlieta għall-ewwel darba Il-President George Abela, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni kkommemoraw Jum l-Indipendenza lbieraħ quddiem il-monument tal-Indipendenza. Din hi l-ewwel darba fl-Istorja li l-Kap tal-Oppożizzjoni ssieħeb mal-President u l-Prim Ministru fil-kommemorazzjoni ta' dan il-Jum. Kienet xewqa ta' Muscat li jkun hemm bidla fil-protokol biex anke l-Kap tal-Oppozizzjoni jibda jattendi għal dan l-avveniment. L-Arċisqof Cremona appella lill-gvern biex isaħħaħ il-fibra morali tal-pajjiż L-ARĊISQOF Pawlu Cremona il-bieraħ għamel sejħa lill-Gvern sabiex iniedi entità li ssaħħaħ u tieħu ħsieb il-fibra morali tassoċjetà. Fl-omelija tiegħu waqt il-quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza, Mons Cremona staqsa jekk "il-fibra morali ta' pajjiżna marritx għall-aħjar jew għallagħar?" minn mindu ksibna l-Indipendenza fl-1964. "Illum nixtieq ngħaddi proposta. Għalfejn ma naħsbux f 'entità fi ħdan l-istat, bħal Segretarjat Parlamentari f 'waħda mill-Ministeri, li jkun maħluq biex isaħħaħ il-fibra morali? "Dan ix-xogħol jista' jkun parti mis-sistema edukattiva iżda s'issa dan ix-xogħol qed jintlaħaq biss mill-istudenti. Għandna bżonn nilħqu l-adulti u s-soċjetà bi sħuħija. Għandna noħolqu pjan soċjali li jilħaq lil kulħadd, żgħar u kbar. Nistgħu wkoll nagħmlu użu mill-media soċjali," kienu kliem Cremona. "Il-Gvern qed jindirizza t-tħassib ta' Fitch" "IL-GVERN kien qed jindirizza t-tħassib li ssemma' minn aġenziji talklassifikazzjoni tal-kreditu," assigura l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. "Il-Gvern jinsab konxju talkwistjonijiet ekonomiċi u fiskali li ssemmew mill-kumpaniji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch u Moody's fl-aħħar rapport tagħhom, u tabilħaqq qed jindirizzahom," qal Scicluna. Nhar il-Ġimgħa l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch niżżlet lil Malta filklassfikazzjonijiet tagħha minn A+ għall-A, u fir-rapport intqal li l-Gvern Laburista ma kienx qed jipprovdi 'ċarezza' fuq kif se jaġixxu fir-rigward tad-defiċit li hu mistenni li jogħla għal 3.6% fl-2013. Scicluna semma' wkoll li l-Eurostat riċentament ikkonfermat li Malta qed tgawdi mill-ogħla rata annwali ta' żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, li fit-tieni kwart ta' din is-sena kienet ta' 3.6%. Il-Gvern huwa kunfidenti li l-politika għall-ekonomija u l-istabbiltà u sostenibbiltà fiskali se jrendu riżultati mixtieqa, assigura Edward Scicluna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013