Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Phoenix Sports Club se jikkompeti f'ħames dixxiplini sportivi b'27 tim MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT PHOENIX Sports Club, wieħed mill-akbar għaqdiet sportivi f'Malta, qed ilesti għall-preparamenti għal staġun ġdid, fejn se jikkompeti f'ħames dixxiplini sportivi differenti b'xejn inqas minn 27 tim. Phoenix SC se jikkompeti fil-basketball, handball, volleyball, għawm u ghallewwel darba fis-sajf li gej se jikkompeti b'tim tat-tfal flisport tal-waterpolo. Fil-fatt, Phoenix SC qed ifittex tfal ta' bejn is-sitta u l-14-il sena li jixtiequ jibdew jittrenjaw il-waterpolo. It-taħriġ se jsir darbtejn fil-ġimgħa f'pixxina f'żona ċentrali ta' Malta. Din se tkun it-tieni sena li Phoenix SC se jikkompeti fl-isport tal-għawn u wara r-riżultati pożittivi miksuba mill-kowċ Catalin Stan u l-għawwiema tiegħu, Phoenix ddeċieda li jkabbar it-tim tal-għawwiema u fetaħ skola tal-għawm għal tfal ta' taħt l-10 snin. Dan it-taħriġ se jsir ukoll f'pixxina f'żona ċentrali darbtejn fil-ġimgħa. Phoenix SC se jibqa' jaħdem mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fl-isport tal-basketball u għall-ewwel darba se jkun qed jikkompeti fil-kategoriji tażżgħar fl-istaġun li ġej. It-timijiet tal-adulti, kemm dak tal-irġiel immexxi mill-kowċ Kevin Zammit kif ukoll dak tan-nisa mmexxi mill-kowċ Duncan Cilia se jkollhom ukoll staġun twil u importanti quddiemhom. Barra minn hekk, Phoenix SC qed ifittex tfal li jixtiequ jibdew jilagħabu l-basketball bit-taħriġ isir f'Ħal Qormi u fi skola fisSwatar. L-istaġun tal-basketball għall-Phoenix SC se jibda flaħħar ta' Settembru bit-timijiet ta' taħt is-16-il sena u d-19-il sena jibdew il-kampjonati rispettivi tagħhom. L-istaġun tal-volleyball għall-Phoenix SC se jkun ukoll wieħed interessanti fejn se jkollhom tim jikkompeti f'kull kategorija femminili. Is-sena li għaddiet il-volleyball kien sports ta' ħafna suċċessi għall-Phoenix SC u l-kumitat u l-kowċis. Leonard Zammit Munro u Mario Sammut Alessi, ħadmu bi sħiħ biex isaħħu t-timijiet tagħhom u jkollhom staġun ta' suċċess matul din issena wkoll. Phoenix SC jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill tanNaxxar għall-għajnuna li jingħata fir-rigward tal-isport tal-volleyball u jixtieq jistieden lit-tfajliet Naxxarin u tal-akwati tal-madwar biex jissieħbu ma' Phooenix SC u jitgħallmu l-logħba tal-volleyball. Phoenix SC se jikkompetu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom bħala Swieqi Phoenix fl-isport tal-handball fejn grazzi għas-sapport tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi, Phoenix SC iddeċidew li jibnu din il-kollaborazzjoni bejnhom u l-lokalità tas-Swieqi. Phoenix SC se joffri l-opportunità għarresidenti u t-tfal tas-Swieqi li jitgħallmu l-logħba tal-handball, kif ukoll hemm proġetti relatati ma' dan l-isport fil-lokalità tasSwieqi. L-applikazzjonijiet għat-tfal li jixtiequ jilagħbu handball jinsabu miftuħa u kull min hu interessat jilgħab dan l-isport jista' jikkuntattja lil Phoenix SC. Barra minn hekk, Phoenix SC impjega żewġ kowċis ta' kalibru internazzjonali li huma Michael Christensen li se jkun qed jieħu ħsieb is-settur maskili kif ukoll Marinela Patru li se tkun qiegħda tieħu ħsieb dak femminili. Dan is-Sajf Phoenix SC laqa' wkoll klabb Daniż tal-handball għal training camp f'Malta, u jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Għaqda Maltija tat-Turiżmu (MTA) għas-sapport u l-għajnuna li ngħata minn dawn it-tnejn biex dan it-training camp seta' jseħħ. Phoenix SC jixtieq jirringrazzja wkoll lin-numru ta' sponsors li qegħdin jgħinuh bis-sħiħ matul din is-sena nkluż il-Petrus Pizza, Le Vin Wine Bar, Bomba Energy Drink, Menrad Eyewear, Hotset Malta, MC Adventures, Delicata Winery, Gaming Centre u Bayview Hotel. Phoenix SC fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed iħabbar numru ta proġetti kemm għall-futur qarib kif ukoll għas-snin li ġejjin. Għal aktar informazzjoni dwar Phoenix SC jew it-taħriġ tagħhom fl-isports differenti tistgħu tikkuntatjawhom fuq info@psc.com.mt jew fuq 79449359. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit ta' Phoenix SC www.psc.com.mt jew fuq ilpaġna tagħhom ta' facebook.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013