Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 19 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Jintemm is-sajf u jibda l-kalvarju għaż-żagħżugħ Għawdxi IS-SUFFARA ssaffret. Tlaqna ... iż-żagħżugħ Għawdxi beda l-ġirja tiegħu kontra l-ħin biex ironikament jilħaq jasal filħin. Fil-ħin għall-Università … għall-iskola fejn jgħallem ... għal uffiċċju tiegħu f "Malta … biex jilħaq jasal biex iqassam il-posta … insomma, biex jasal fejn għandu jasal biex jaqla' x'jiekol. Iddeċidejt li nbakkar u mmur magħhom flewwel ġurnata tal-iskola (avolja issa kont ili 3 snin naqsam kuljum ma' tas-6.30 a.m). Ridt inkun naf jekk inbidilx xi ħaġa…u nista' niggarantilkom li kollox baqa kif kien. Anke Chris Said, isSegretarju Ġenerali tal-PN hemm kien fuq tas-6 a.m, baqa jżomm l-istess skeda ta' meta kien Ministru. Baqa' jżomm l-istess ħbieb u dejjem lest biex jitkellem ma' kulħadd, speċjalment fuq il-Liverpool. Il-vapur ta' Għawdex tas-6 u tas-6.30 ta' filgħodu kienu ppakkjati. Lanqas fejn joqogħdu bilqiegħda għax ħafna mill-ispazju nħela biex nagħmlu mini market. Jistgħu jpoġġu bilqiegħda barra, iżda dan meta ma tkunx ix-xita u l-kesħa. L-uniku post li jistgħu jsibu hu fuq it-taraġ li jagħti għal garaxxijiet fejn ikun hemm €40 fil-ġimgħa barra €30 oħra fuel, inkella jkollu jmur bl-Arriva li miċ-Ċirkewwa tieħu ħin aktar milli ajruplan iwasslek Ruma. U dan barra li ż-żagħżugħ Għawdxi jrid anke jikri mini bus biex twasslu sal-Imġarr inkella jissogra jinżel bilkarrozza tiegħu u ma jsibx jipparkja l-port. Huma l-ħafna l-ġenituri u qraba li tarahom ibakkru biex iwasslu lil uliedhom sal-Imġarr u jinżlu għalihom meta jaslu lura. Dan hu l-kalvarju tażżagħżugħ Għawdxi li jaħdem Malta. Il-wasla tal-Għawdxin il-karrozzi. Jasal iċ-Ċirkewwa tas-sitta li fuqu jkun hemm studenti, ħaddiema tal-gvern, pulizija, ħaddiema tal-posta, nurses eċċ. Ġirja sħiħa għallkarozzi li jkunu pparkjaw hemmhekk il-ġurnata ta' qabel (inkella fil-weekend ta' qabel), karozzi li kellhom jixtru bilfors biex iwassluhom għal fuq il-post tax-xogħol tagħhom f 'Malta, karozzi li kull ġurnata tfisser aktar sadid. Min ma jaffordjax karozza jrid imur għall-Arriva li jekk tkun ix-xita (bħalma nfetħu bibien is-smewwiet nhar it-Tnejn) m'għandu mkien fejn jistkenn waqt li jistenna l-Arriva (għax mhux dejjem tkun hemm tistenna l-ħaddiema jew dawk li jaslu bil-vapur). Imbagħad jasal tas-6.30 ta' filgħodu. Vapur maħnuq bl-għalliema żgħażagħ u LSA's. Jistennewhom iċĊirkewwa madwar 20 mini bus biex iwassluhom għaddestinazzjoni tagħhom. Spiża oħra ta' madwar €1,000 fissena għal kull żagħżugħ. U dan kollu dejjem jekk ilvapur ma jkunx qed jaħdem b'bieba waħda u jittardja bi kwarta u anke nofs siegħa (kif ġara fuq Ta' Pinu din il-ġimgħa), jew inkella meta l-vapur ikollu jgħaddi minn wara Kemmuna minħabba l-maltemp. Meta l-imsejken ħaddiem ma jsibx ma' min jixxerja 'mini bus' ikollu jew jinżel bil-karrozza tiegħu li tiswielu 22, Triq Pietro Floriani, FRN 1060 - Tel: 22991-000 – Il-farmers' market Il-farmers' market Forsi ftit jafu bih. Forsi ftit hu reklamat. Iżda jibqa' fatt li huma l-ħafna li jgawdu minn dan is-suq ċkejken tal-bdiewa li jbigħu biss prodotti lokali. Prodott Għawdxi, mkabbar mill-istess bdiewa li jbigħu f 'dan is-suq bi prezzijiet irħas (għax jiffrankaw il-middle man) u ta' kwalità ġenwina. Dan il-farmers' market ta' Għawdex jarma kull nhar ta' Sibt fejn l-iskola tar-Rabat (parking mhux problema) bejn is-7 a.m. u s-1 p.m.. Tkellimt ma' xi wħud minnhom li issa drawni mmur kull nhar ta' Sibt, nonfoq ftit ewro għal ħafna frott u ħaxix frisk. Qaluli li darba kien hemm sebgħa li jarmaw, fil-preżent huma tlieta biss li qed jarmaw. Kif jarmaw imorru ħafna Għawdxin jixtru waqt li l-Maltin imorru jwara l-10am. Stqarrew ukoll li huma l-ħafna barranin li jgħixu Għawdex li jmorru jixtru minn dan is-suq ta' ħxejjex u frott Għawdxi. Waħda minnhom anke tbigħ ġbejniet ta' Għawdex, għasel u diversi prodotti li taħdimhom hi stess. Imma ħafna drabi trid tordnalha għax il-prodotti mimlija tjubija tagħha jinħatfu malajr. Nagħtikom parir li dawk li għadhom ma jafux bih, iżuruh u tieħdu vantaġġ minn dan is-suq bnin bi prezzijiet tajba. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum 29 ta' Settembru Il-Pjazza tax-Xagħra Festival tat-Tin Wirja ta' prodotti tat-tin u mużika fil-pjazza. Wieħed jista' jixtri minn dawn il-prodotti artiġjanali. Nhar il-Ħamis 3 ta' Ottubru Victoria – Villa Rundle Gardens: 6 – 7.30 p.m. Days of India Wirja ta' żfin Indjan Nhar il-Ġimgħa 4 sal-Ħadd 6 ta' Ottubru Il-wied tal-Lunzjata – Ta' Kerċem Festubru Festival tradizzjonali li jinkludi folklor u ikel tradizzjonali 22, Triq Pietro Floriani, FRN 1060 - Tel: 22991-000 –