Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Hannah Pace tikseb riżultati eċċellenti fil-kampjonati mondjali tat-Triathlon MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BEJN il-11 u l-15 ta' Settembru Londra ospitat ilPru Health World Triathlon Grand Final, il-Kampjonati Mondjali tat-Triathlon. Għal Triathlon Malta kkompetew rekord ta' seba' atleti fejn Malta kienet irrapreżentata f'żewġ kategoriji ta' tellieqa. Is-Segretarju Ġenerali Maria Vella-Galea ħadet sehem fl-Age Group Sprint Distance li kienet tikkonsisti minn 750 metru għawma, 22.5 kilometru ċiklizmu u ħames kilometri ġirja matul il-ġurnata talĠimgħa. Min-naħa l-oħra t-tim li kkompeta fl-Age Group Standarad Distance kien jikkonsisti miċ-champions nazzjonali tat-triathlon Keith Galea u Danica Bonello Spiteri, iċ-champion nazzjonali tadduathlon Michelle Vella Wood, ir-rebbieħ tal-midalja taddeheb tal-Kampjonat Ewropew tatTriathon tal-età tagħha Hannah Pace, Graham Borg u Luke Bonnici. Fost dawn l-atleti msemmija m'hemmx dubju li l-iktar atleta li kisbet suċċess kienet Hannah Pace li rnexxielha tikklassifika fit-12-il post overall minn grupp ta' iktar minn 50 atleta tal-età tagħha u li huma fost l-aqwa triatleti fid-dinja f'din il-kategorija ta' età. ILLUM għamlet kuntatt ma' Hannah Pace nnifisha fejn talbitha tagħtina rendikont dettaljat ta' din l-esperjenza unika għaliha f'Londra kif ukoll x'fissret għaliha l-istess esperjenza fil-karriera tagħha ta' triatleta, esperjenza li kompliet tikkonfermaha bħala waħda mit-triatleti ewlenin ta' pajjiżna: "Flimkien ma' sitt atleti oħra Maltin, kont fortunata biżżejjed li nkun parti minn dan l-avvvniment kbir fejn ipparteċipaw iktar minn 5000 parteċipant li lkoll kellhom jikkwalifikaw millFederazzjonijiet Nazzjonali tagħhom minn madwar iddinja kollha. "Xi ħaġa li se nibqa' nassoċja ma' dan l-avveniment hija t-temp. Il-fatt li wasalt xi ftit jiem qabel it-tellieqa, konna milqugħin b'temp kiesaħ u bix-xita u personalment ma kontx daqshekk kuntenta bil-ħsieb li kelli nsuq ir-rota Hannah Pace f'dawn il-kundizjonijiet hekk kif kundizzjonijiet bix-xita m'humiex daqshekk komuni għal triatleti Maltin. Fortunatament fil-ġurnata tat-tellieqa tiegħii (l-istandard distance triathlon li tikkonsisti f'għawma ta' 1.5 kilometri, 40 kilometru bir-rota u għaxar kilometri bir-rota), li kienet YEARS il-Ħadd il-15 ta' Settembru, kont fortunta li ma kienx hemm xita. Dan tani kunfidenza kbira għal qabel it-tellieqa u ħassejtni iktar kunfidenti li kont se nagħti l-aħjar li stajt. Però minħabba kundizzjonijiet ta' riħ, ittieħdet deċiżjoni qabel it-tellieqa biex id-distanza tal-għawma titnaqqas minn 1,500 metru għal 750 metru. Il-kundizzjonijiet kesħin u l-'wetsuits' huma wkoll affarijiet kemxejn ġodda għalija iżda dawn komplew iżidu malesperjenza ta' tagħlim għalija. ''Il-fatt li din kienet it-tieni Standard Distance Triathlon ma kellhiex għanijiet speċifiċi f'moħħi. L-għan tiegħi kien li nipparteċipa, nagħti l-aħjar tiegħi, nieħu gost bit-tellieqa u l-iktar importanti li nakkwista l-esperjenza. "Meta nħares lura, għalkemm għamilt xi żbalji ta' traskuraġni li swewni xi ħin fit-transizzjoni, ma setax ikolli tellieqa aħjar. It-tellieqa kienet esperjenza mill-aqwa b'sapport enormi minn eluf ta' spetatturi li nġabru madwar Londra. Ikompli f'paġna 29 www.peugeot.com.mt WARRANTY LIMITED EDITION 208 BLANCHE €13,600 CO2 99g Road Licence €100 5-Door, Alloy Wheels, Fog Lamps, SMEG Touch Screen, Rear Parking Aid, Electric Side Mirrors, Remote central locking, Bluetooth, WIP Sound Tuner MP3-USB player, Air Conditioning & much more. Terms & conditions apply. PEUGEOT 208 BLANCHE Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2248 3140 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013