Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 31 nazzjonal tal-waterpolo tal-kumitat u anki malPresident Matthew Bonello. Bħala captain tat-tim naħseb li hekk għandu jkun! X'sehem kellha l-amministrazzjoni mmexxija mill-President Matthew Bonello fir-rebħ mhux biss ta' dan l-aħħar kampjonat iżda wkoll ta' dawn il-kampjonati li rbaħtu fl-aħħar erba' snin? Kellha sehem kbir fejn sar ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Mingħajr dawn in-nies li tant jaħdmu għallklabb diffiċli li jkollok tim ta' suċċess. X'emozzjonijiet tħoss kull darba li tilgħab mannazzjonal u tkun il-captain tal-istess tim? Inħoss emozzjonijiet kbar kull darba li nkun captain ta' Malta għax din hija xi ħaġa importanti ħafna. Barra minn hekk kull darba li nitla' fuq il-'catwalk' bħala captain ta' Neptunes inħossni onorat. Xi jfisser għalik il-kowċ nazzjonali Karl Izzo u x'relazzjoni għandek miegħu? Għandi relazzjoni tajba ħafna miegħu. Huwa kowċ li jħobb ħafna l-logħba tal-waterpolo u għalhekk naħseb li se jkompli jġib iktar suċċessi għat-tim nazzjoanli tal-waterpolo. Niki Lanzon Twieled fis-16 ta' Settembru 1980 f'San Ġiljan Kien strumentali fir-rebħ tal-kampjonat min-Neptunes Emirates għar-raba' darba wara xulxin fl-aħħar staġun Huwa prodott ta' Neptunes u fil-karriera tiegħu dejjem lagħab ma' dan it-tim Jisħaq li Stevie Camilleri huwa l-aqwa plejer li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali l-finali tan-knockout kontra Sliema. X'tikkummenta? Hekk hu. U dan daqskemm nemmnu li aħna l-aħjar tim li l-miri tagħna qabel l-istaġun ikunu għoljin ħafna. Għal ftit ma lħaqniex dan it-tragward matul l-aħħar staġun. Nerġgħu nippruvaw is-sena d-dieħla! Kuntrent bil-kontroll tar-referees matul l-aħħar staġun? Naħseb li l-fatt li tkun referee fil-waterpolo hija xi ħaġa diffiċli ħafna. Sfurtunatament hawn ħafna nies u spettaturi li mingħalihom li jifhmu ħafna u ghalhekk imaqdru ħafna lir-referees. Naħseb li ħafna drabi r-referees Maltin ikunu aħjar minn dawk barranin. X'fisser għalik il-fatt li rbaħtu erba' kampjonati wara xulxin? M'hemmx dubju li dan huwa sforz ta' ħidma kollettiva fil-klabb. Ifisser ħafna. Dan iwassal biex nitniżżlu mal-aqwa timijiet li qatt kien hawn f 'Malta. Dan huwa grazzi ghall-isforz li jsir mill-klabb kollu u huwa rifless talgħaqda li hemm bħalissa fil-klabb tagħna. Xi jfisserr li int ilcaptain ta' tim bi storja tant glorjuża f 'pajjiżna bħal mhuwa Neptunes? Dan joħloqlok xi tip ta' pressjoni? Kburi hafna li ili tant żmien captain ta' Neptunes. Pressjoni fi klabb daqshekk ambizzjuż dejjem ikun hemm anki jekk ma tkunx captain. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ Sergei Markoch u x'differenzi ewlenin tara flistili ta' kowċing ta' kowċis oħra fosthom eks-kowċis ta' Neptunes bħal mhuma Sergio Afric, Karl Izzo u Tony Camilleri? Jien nemmen li tgħallimt minn kulll kowċ li kelli fosthom Sergio Afric, Karl Izzo u Tony Camilleri. Nemmen ukoll li kull kowċ għandu stil ta' kowċing differenti. Ma' Sergei Markoch għandi relazzjoni kbira. Nifhmu ħafna lil xulxin u nista' ngħid li l-mod professjonali li jmexxi lit-tim kien wieħed mill-fatturi ta' rebħ f 'dawn l-aħħar snin. X'sehem kellu l-kowċ Markoch f 'dawn l-aħħar kampjonati li rbaħtu? Kellu sehem kbir. Huwa kowċ u bniedem rebbieħ. Taħseb li l-fatt li din issena nġieb f 'Malta minNeptunes xahrejn qabel mis-soltu għen bis-sħiħ biex tingranaw aħjar bħala tim? Ifhem, aħna dejjem nittrenjaw b'mod serju taħt kull kowċ. Il-fatt li ġie qabel għen biex ningħaqdu iktar malajr bħala tim. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-amministarazzjoni ta' Neptunes speċjalment mal-President ferm ħabrieki Matthew Bonello? Persważ li bħala captain tal-istess tim, ir-relazzjoni tiegħek mal-membri tal-kumitat speċjalment dik ma' Bonello hija eqreb minn ta' plejers oħra. Għandi relazzjoni tajba ħafna kemm mal-membri X'tikkummenta fuq l-ASA mmexxija mill-President Joe Caruana Curran? Naħseb li din l-assoċjazzjoni tagħmel ħafna xogħol għal dan l-isport. Nerġa' ngħid li mingħajr nies bħas-Sur Joe Caruana Curranu, it-tim tal-ASA ma jkunx jista' jitmexxa! Bħala plejer tal-waterpolo tal-livell tiegħek, ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Meta kont iżgħar iva, però issa għandi 33 sena u għalhekk wasalt fl-aħħar snin tal-karriera tiegħi filwaterpolo! Tħoss li l-media tat bizzejjed importanza għar-riżultati storici li ksibtu bħala tim nazzjonali fid-Danimarka f 'April li għadda? Ma tantx ingħatajna importanza mill-media. Naħseb li jistħoqqilna aħjar!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013