Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

SPORTSillum 30 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Il-captain ġentlom tan-n Niki Lanzon –il-captain ġentlom kemm tat-tim nazzjonali tal-waterpolo kif ukoll ta' Neptunes Emirates li fil-karriera tiegħu tista' tgħid rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-waterpolo lokali fosthom sitt kampjonati, erba' knockouts, CRISTIAN ANTONY seba' Kampjonati tax-Xitwa u darbtejn il-Plejer tas-Sena fl-2001 u l-2004 MUSCAT Kif għażilt il-waterpolo? Meta konna tfal konna ngħumu fil-pitch tan-Neptunes u għalhekk kienet xi ħaġa naturali li nipprova nilgħab il-waterpolo. X'ifisser għalik il-klabb ta' Neptunes? Ħafna – in-Neptunes huwa parti kbira mill-ħajja tiegħi fejn ghandi ħbieb, familja u t-tim huwa ferm ghal qalbi. U t-tim nazzjonali? Dejjem kien unur għalija li nirrappreżenta lil Malta. Inħossni kburi li ilni xi 15-il sena nifforma parti minn dan it-tim. X'unuri prinċipali rbaħt filkarriera tiegħek bħala plejer tal-waterpolo kemm personali kif ukoll mat-tim tan-Neptunes li huwa l-uniku tim li lgħabt miegħu filkarriera tiegħek? Irbaħt sitt kampjonati u sitt knockouts u l-Plejer tas-Sena darbtejn. Liema huma l-iktar tragwardi importanti li lħaqt mat-tim nazzjonali tal-waterpolo? It-tielet post fil-Kampjonati Ewropej B fl-Isvezja fl-2002 u t-tieni post fil-Logħob ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fidDanimarka f 'April ta' din is-sena. Bħala prodott ta' Neptunes, kif tqis il-futur ta' dan it-tim? Konxju mill-fatt li l-klabb tagħkom dejjem ipproduċa plejers żgħażagħ tajbin u għadu qed jagħmel dan fejn hemm numru ta' tfal u żgħażagħ li jidhru li se jispikkaw ferm fil-futur qarib? Neptunes dejjem kellhom nurseries tajbin u għalhekk dejjem ħarġu plejers ta' ċertu livell minn dan il-klabb. Il-futur għall-klabb jidher sabiħ. Matul din is-sena Neptunes investew ukoll fit-tim tan-nisa li spiċċa biex rebaħ il-kampjonat. X'tikkummenta? Kienet ħaġa pożittiva li erġajna rajna kampjonat tan-nisa. Neptunes rebħu dan il-kampjonat biex jagħmlu "Inħoss emozzjonijiet kbar kull darba li nkun captain ta' Malta għax din hija xi ħaġa importanti ħafna. Barra minn hekk kull darba li nitla' fuq il-'catwalk' bħala captain ta' Neptunes inħossni onorat" din is-sena iktar pożittiva għallklabb. Kif jirnexxielek tlaħħaq maxxogħol professjonali tiegħek u mattaħriġ ta' kuljum tal-waterpolo? B'sagrifċċju u tqassim tal-ħin tajjeb. Ukoll l-appoġġ tal-mara u tat-tfal huwa importanti ħafna għalija. Fix-xitwa tibqgħu tittrenjaw ta' kuljum bħala Neptunes jew tieqfu għal xi żmien? Neptunes jieqfu, però ħafna millplejers jibqgħu għaddejjin mannazzjonal jekk ikollna xi mpenji. U man-nazzjonal tittrenjaw biss qabel xi kompetizzjoni importanti jew tittrenjaw b'mod regolari? Nippruvaw nittrenjaw darba filġimgħa s-sena kollha avolja mhux dejjem possibbli minħabba l- klabbs. ukoll ma' Neptunes fejn huwa wieħed mill-iktar plejers importanti? Għandna relazzjoni tajba ħafna. Ġieli kien hemm xi interess fik minn klabbs oħra ewlenin tal-waterpolo f 'pajjiżna biex jingaġġawk? U jekk iva għaliex m'aċċettajtx? Meta kont iżgħar iva. Dejjem bqajt nittama li nirbaħ man-Neptunes u issa nista' ngħid li kuntent ħafna li qatt ma bdilt it-tim. X'fisser għalik u għal Neptunes bħala tim ir-rebh tal-kampjonat ta' din is-sena? Ifisser ħafna għall-fatt li lħaqna irrekord tar-rebħ ta' erba' kampjonati wara xulxin u qegħdin f ' pożizzjoni li niksru dan ir-rekord. Kif tiddeskrivi l-aħħar kampjonat? Kien l-iktar wieħed sabiħ u diffiċli li qatt irbaħt fil-karriera tiegħek? Sabiħ ħafna. Il-fatt li San Ġiljan kienu l-isfidanti ewlenin hija xi ħaġa pożittiva għax ifisser li hemm tim iehor li huwa kapaci jirbaħ ilkampjonat mhux Neptunes u Sliema biss. Dan jagħmel il-kampjonat iktar diffiċli. X'kien is-sigriet ta' dan is-suċċess matul din is-sena? Xogħol b'serjetà kbira taħt il-kowċis tagħna. Ukoll, aħna nemmnu li meta nilagħbu tajjeb diffiċli nitilfu. Qatt kont temmen li propju matul dan l-istaġun kellkom tiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat proprju ma' San Giljan u mhux mas-Sliema li magħhom iġġilidtu għar-rebħ talkampjonat tul dawn l-aħħar snin? Iva, meta tqis it-tim li bih bdew San Ġiljan matul l-aħħar staġun. Ukoll, kellhom żewġ plejers barranin tajbin u għalhekk kienu huma t-tieni l-aqwa tim matul din is-sena. Liema hija l-kompetizzjoni li jmiss li fiha se jkun involut it-tim nazzjonali tal-waterpolo u kif qed tippreparaw għaliha bħala tim? Fażi oħra ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru f 'Novembru. Ikolli ngħid li ħdejn staġuni oħra ma kellkomx kampjonat daqshekk 'smooth' fejn sofrejtu telfiet mhux mistennija. X'kienu dawk l-affarijiet li marru mhux kif ippjanat matul dan il-kampjonat? Sena wara sena ssir iktar diffiċli però dejjem noħorġu l-karattru u l-kwalità tat-tim tagħna meta jkun hemm bżonn. X'relazzjoni għandek malvicecaptain tat-tim nazzjonali Stevie Camilleri li nzerta jilgħab miegħek Ix-xewqa tagħkom bħala tim żgur li kienet dik li tirbħu l-erba' tazzi però dan ma seħħx hekk kif tliftu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013