Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
SPORTSillum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 29 Esperjenza kbira ta' tagħlim Ikompli minn paġna ta' wara "Ir-rotta taċ-ċikliżmu li kienet simili ħafna għal dik użata fl-aħħar Logħbiet Olimpiċi li saru f'Londra kienet mill-isbaħ, fejn stajna naraw xi siti prinċipali f'Londra fosthom Buckingham Palace. B'mod partikolari, kont kuntenta ħafna bil-ġirja tiegħi, fejn irnexxieli nikseb l-aħjar ħin personali. "L-atmosfera mill-aqwa li kienet ġejja minn folol kbar li nġabru biex jaraw it-tellieqa, definittivamnet tatni iktar kuraġġ, speċjalment meta xi Maltin li jgħixu Londra kienu preżenti u nċitawni mill-aħjar li setgħu. Spiċċajt fit-12-il post overall fil-grupp tal-età tiegħi li kien ferm diffiċli. "Waqt li n-numru kbir ta' parteċipanti seta' jtellifli xi ftit mill-konċentrazzjoni, kont verament kuntenta li bqajt iffukata matul it-tellieqa kollha u wżajt dan il-fatt għallvantaġġ tiegħi. Kuntenta wkoll li tellaqt fl-istess rotta li fiha telqu atleti mill-aqwa, sena ilu fil-Logħob Olimpiku. Kienet xi ħaġa kbira li ssoċjalizzajt ma' bosta atleti minn madwar id-dinja kollha li lkoll jikkondividu l-istess passjoni – dik tat-triathlon. "Barra minn hekk, kont fortunata biżżejjed li nsegwi mill-viċin xi wħud mill-aqwa triatleti nisa u rġiel fid-dinja fosthom Non Stanford, Alistair u Jonathon Brownlee u oħrajn. "Ta' dan kollu ma nistax ma nirringrazzjax lillFederazzjoni Maltija tatTriathlon, talli għamlu dan kollu possibbli u għas-sapport tagħhom fil-ġurnata tattellieqa attwali, lill-isponsors tiegħi li huma Garmin Malta, Maxi Nutrition, Two and a half Lemon kif ukoll lil cfragrances għall-għajnuna finanzjarja kollha tagħhom kif ukoll lill-kowċis tiegħi Dermot Galea u Neil Agius għallpaċenzja u l-commitment tagħhom. "Kollox ma' kollox il-'Pru Health World Triathlon Grand Final' kienet esperjenza kbira ta' tagħlim għalija li tatni kunfidenza enormi. Qed inħossni iktar motivata minn qatt qabel waqt li qed inħares 'il quddiem għat-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir nhar il-Ħadd li ġej is-6 ta' Ottubru hekk kif se jkunu organizzati il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon", temmet tgħid Hannah Pace. Marquez jikseb il-pole ta' Aragon fi Spanja HEKK kif kien qed itellaq f 'pajjiżu stess, is-sewwieq Spanjol Marc Marquez kiseb il-pole position ta' Aragon li saret f 'MotorLand fi Spanja. Din kienet is-seba' pole li rnexxielu jikseb Marquez matul dan l-istaġun. Il-leader tal-kampjonat tal-Moto GP u favorit nett li jirbaħ dan il-kampjonat fi tmiem l-istaġun irreġistra ħin finali ta'1:47:804 li kien ifisser ħin ta' ftit inqas minn sekonda veloċi millkompatrijott Spanjol u champion renjanti tal-Moto GP Jorge Lorenzo. Is-sewwieq ta' Yamaha Lorenzo kiseb rebħiet fl-aħħar żewġ tlielaq talMoto GP li saru f 'Misano u f 'Silverstone iżda jinsab 34 punt wara Marquez, is-sewwieq żagħżugħ li għad għandu biss 20 sena. Lorenzo għandu punti daqs is-sewwieq ta' Honda Dani Pedrosa, li se jkun qed jibda mill-ewwel fila fit-tielet post wara li rreġistra ħin ta' 1:47:957. Is-sewwieq tal-Honda Marquez kiseb ħames rebħiet f 'dan l-istaġun inkredibbli ta' debutt li kellu s'issa fil-Moto GP. United u City megħluba MANCHESTER United u Manchester City, iżżewġ timijiet prinċipali għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier flIngilterra matul dan l-istaġun, bla mistenni sfaw megħluba miżżewġ timijiet ferm inferjuri ta' Aston Villa u West Bromwich Albion rispettivament. F'Old Trafford kienu WBA li fetħu l-iskor permezz ta' Amalfitano fl-54 minuta plejer li ġie ammonit fis-86 minuta, waqt li Rooney ġab l-iskor indaqs għal United tliet minuti biss wara. Iżda kellu jkun Berahino l-eroj għal WBA hekk kif dan skorja l-gowl li ta rebħa storika lil dan it-tim żgħir fis-67 minuta. Aston Villa ġewwa darhom għelbu lillManchester City bl-iskor ta' 3-2. Kienu s-City li fetħu l-iskor permezz ta' Toure fil-45 minuta waqt li El Ahmadi ġab l-iskor indaqs għal Aston Villa fil51 minuta. Il-plejer millBosnija Herzegovina Edin Dzeko tefa' lil Manchseter City momentarjamnet fil-vantaġġ fis-57 minuta waqt li Bacuna ġab l-iskor indaqs għal-Villa fit-73 minuta u tliet minuti wara Weimann skorja l-gowl li ta t-tliet punti prezzjużi lil Aston Villa u telfa ferm diżappuntanti lillManchester City. Wara li għamlu ħin twil minn taħt Chelsea rnexxielhom jirbħu punt meta barra minn darhom fil-White Hart Lane temmew il-konfront tagħhom kontra t-tim l-ieħor minn Londra Tottenham Hotspur fi draw ta' 1-1. Kienu l-iSpurs li marru fil-vantaġġ fid-19-il minuta permezz tal-plejer millIżlanda Sigurdsson waqt li Chelsea ġabu l-iskor indaqs fil-65 minuta b'gowl ta' John Terry. Il-Blues qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers hekk kif fil-81 minuta tkeċċa l-plejer internazzjonali Spanjol Fernando Torres wara li rċieva żewġ karti sofor fillogħba. Fulham tilfu ġewwa darhom kontra Cardiff City bl-iskor ta' 2-1 bilgowls għalihom jaslu minn Caulker u Mutch fit-12 u fid-90 minuta rispettivament waqt li l-gowl waħdieni ta' Fulham wasal minn Ruiz fil-45 minuta. Hull City komplew bisserje ta' riżultati pożittivi f 'dan il-kampjonat meta għelbu lil West Ham United bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Robert Brady permezz ta' penalty fit-12il minuta. Southampton għelbu lill-Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu milleks-plejer ta' Roma Pablo Osvaldo u minn Rickie Lambert fis-47 u fid-49 minuta rispettivament. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls ta' Arsenal jaslu minn Gnabry u Ramsey fit-58 u fit-62 minuta rispettivament waqt li l-gowl waħdieni ta' Swansea City wasal minn Ben Davies fit-82 minuta, biex permezz ta' din ir-rebħa huma telgħu fil-quċċata tal- Kampjonat Barclays Premier waħedhom bi 15-il punt, żewġ punti vantaġġ fuq Tottenham Hotspur li għandhom 13-il punt. Intant fl-Italja, Napoli barra minn darhom flIstadio Luigi Ferraris għelbu lill-Genoa bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu millattakkant mill-Maċedonja Goran Pandev fl-14 u fil-25 minuta. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 28 ta' Settembru Tottenham H vs Chelsea Aston V. vs Manchester C. Fulham vs Cardiff C. Hull C. vs West Ham U. Manchester U. vs WBA Southampton vs Crystal P. Swansea C. vs Arsenal 1-1 3-2 1-2 1-0 1-2 2-0 1-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 29 ta' Settembru 14:30 Stoke C. vs Norwich C. 17:00 Sunderland vs Liverpool It-Tnejn 30 ta' Settembru 21:00 Everton vs Newcastle U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 28 ta' Settembru Genoa vs Napoli 0-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 29 ta' Settembru 12:30 Torino vs Juventus 15:00 Atalanta vs Udinese 15:00 Cagliari vs Inter 15:00 Catania sv Chievo V. 15:00 Verona vs Livorno 15:00 Sassuolo vs Lazio 20:45 Roma vs Bologna It-Tnejn 30 ta' Settembru 20:45 Fiorentina vs Parma