Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 21 kultura@mediatoday.com.mt Snits Pinokkio fil-pantomima tal-Milied IL-KUMPANIJA Teatru Rjal bħalissa għaddejja bilpreparazzjoni tagħha għallistaġun li ġej fejn bla dubju qed tpoġġi l-energija kollha tagħha fuq il-pantomima annwali li ssir fl-Istitut Kattoliku fejn din is-sena jmiss lil Pinokkio fejn l-għażla għall-parti ta Pinokkio kienet waħda awtomatika flgħażla ta' Snits. Tul dawn l-aħħar 13-il sena, l-akbar avveniment li ttella' din il-kumpanija dejjem kienet ilpantomima bil-Malti ta' żmien il-Milied/ Din is sena se tkompli fuq dak li bniet tul dawn is snin. Kast formidabbli hija xi ħaga normali f'dan l-ispettaklu u dn is-sena nsibu fost oħrajn lil Toni Busuttil, Mario Snits Spiteri, Simon Curmi, Mario Camilleri, Ina Robinich, Brian Farrrugia, J Anvil, Julie Pomorski, Alan Falzon, Mario Camilleri, Bernice Darmanin, Franky Borg. Id-direzzjoni għall-ewwel darba se tkun f'idejn Ray Abdilla waqt li għal darb'oħra jieħdu sehem ukoll iż-żeffiena tal-Yada Dance Company f'koreografija ta' Felix Busuttil. Il-Band live tkun taħt iddirezzjoni ta' Neville Gatt. Ilproduzzjoni hija ta' Pawlu Testa. L-ewwel rapprezentazzjoni tkun fit-22 ta' Dicembru b'żewġ rappreżentazzjonijiet fl-10am u fl-4.00pm. Irrappreżentazzjonijiet ikomplu fis-26, 27, 28, 29 u 30 ta' Dicembru u fit-3, 4. 5 u 11 ta' Jannar. Il-booking għall-pantomima jiftaħ nhar it-Tlieta 1 ta' Ottubru u għal min jibbukkja tul Ottubru jkollu skont speċjali. Wieħed jista' jixtri l-biljetti online f' www. istitutkattoliku.com jew www. kumpanijateatrurjal.com kif ukoll mill-Booking Office u Bar ta' l-Istitut Kattoliku, Carmen Azzoppardi, Tereza Bazaar u Pawlu Testa Travel (21223340 / 99476468). Sadannittant il-biljetti għallkummiedja Għoqda Fuq l-Istonku li se tiftaħ l-istaġun teatrali s-Sibt 12 fis-7pm u l-Ħadd 13 ta' Ottubru fis-6pm jistgħu jinkisbu mill-istess postijiet ta' hawn fuq. Edizzjoni oħra ta' Strummin' miż-ŻĦN Heritage Malta se terġa ssalpa! MISTOQSIJA: X'għandhom komuni Gene Kelly, The Beatles u AC/DC? Tweġiba: Din is-sena kor ta' aktar minn 80 kitarrist se jwasslilkom kanzunetti magħrufin mingħand dawn l-artisti u aktar fis-Sala Sir Temi Zammit f 'Ottubru. Strummin' huwa l-akbar proġett fi ħdan iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, kunċert ta' mużika live li jittella' kull sena bi spettaklu ta' kor ta' Andrew Decelis, rappreżentant mill-Puttinu Cares, qed jirċievi l-fondi li nġabru kitarristi biex jinġabru fondi mill-kunċert Strummin' Tribute to the Greats mingħand Alexia Falzon, Presigħal organizzazzjonijiet lokali. dent taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Strummin' huwa wieħed mill-mezzi kif iż-ŻĦN joħloq ambjent biex iż-żgħażagħ jiskopru u jiżviluppaw ilpotenzjal tagħhom. U m'għandniex xi ngħidu, tippromovi talent lokali Malti fl-istess ħin. Il-kunċert jittella' kollu kemm hu minn voluntiera. Matul is-snin, inġabru fondi għal entitajiet varji, fosthom Suret il-Bniedem Foundation, Richmond Foundation, il-Malta Community Chest ġusta oħra. Filwaqt li s-sena Hospice Malta hija Fund u Puttinu Cares. l-oħra nġabret is-somma ta' organizzazzjoni volontarja Fit-12-il edizzjoni tiegħu €2,100 għal Puttinu Cares, ispirata minn valuri Nsara. din is-sena, Strummin' ser din is-sena l-fondi ser imorru Twaqqfet fl-1989 u llum toffri jiġbor fondi għall-kawża għall-Hospice Malta. kura għal aktar minn 900 HERITAGE Malta għal darb'oħra se tkun qed issalpa nhar it-12 ta' Ottubru waqt il-Birgufest. L-aġenzija qed torganizza dik li qed issejjaħ "The Fortifications Harbour Tour" li se tkun tikkonsisti f'ġita tal-port fuq il-baħar b'attenzjoni speċjali lejn id-diversi qaliet li jdawru l-Port il-Kbir, fosthom il-Qala tal-Franċiżi, il-Qala tal-Marsa u l-Lazzarett. Il-ġita li ser issalpa minn quddiem l-entratura tal-Forti Sant'Anġlu fil-Birgu fl-10am u li ddum madwar sagħtejn, se tiffoka fuq il-fortifikazzjonijiet mibnija mill-Kavallieri ta' San Ġwann u modifikati mill-Ingliżi, b'attenzjoni speċjali lejn l-istorja u l-importanza tagħhom għaddifiża u l-ekonomija tal-gżejjer Maltin fi żmien l-Assedju l-Kbir u ż-żewġ gwerrer dinjija. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta' Heritage Malta. Il-postijiet huma limitati. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 23954242, iżur is-sit ta' Heritage Malta www. heritagemlata.org jew isegwi l-paġna ta' Heritage Malta fuq Facebook. pazjent. Ħafna mill-pazjenti tal-Hospice Malta huma morda bil-kanċer, filwaqt li pazjenti oħra jbatu minn motor neurone disease u mard terminali oħrajn. Is-servizzi tal-Hospice Malta lill-pazjenti u l-familji tagħhom huma kollha b'xejn. L-organizzazzjoni tagħraf il-valur ta' kull individwu, tkun xi tkun ir-razza, irreliġjon jew l-istil ta' ħajja tiegħu. L-għan tal-Hospice Malta hu li tgħin lill-pazjenti jgħixu ħajja aktar mod sħiħ, ittejjeb il-kwalità ta' ħajja tagħhom u tipprovdi appoġġ lill-familji tal-pazjenti. Din is-sena, il-kunċert ser jittella' fil-11 u t-12 ta' Ottubru fis-Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta' Malta fit-8.00pm. Żuru s-sit www. strumminartists.com għal aħbarjiet mill-kitarristi kif ukoll għal aħbarjiet mixxena mużikali Maltija. Strummin' qed jittella' bl-għajnuna tal-Voices Foundation, Good Causes Fund, Malta International Airport, MCAST u The Sound System.