Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
Kotba Godda 22 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Ktieb ieħor dwar Duminku Mintoff DUMINKU Mintoff tul iż-Żminijiet huwa l-10 pubblikazzjoni ta' JG Publishers dwar Duminku Mintoff millawtur Josef Grech li ħareġ ilbijografija Duminku Mintoff u Malta fi Żmienu, kif ukoll bosta kotba relatati ma' Duminku Mintoff. Dan il-ktieb jagħti ħarsa dettaljata lejn l-aqwa diskorsi li għamel il-Perit Duminku Mintoff matul il-ħajja politika tiegħu. Il-ktieb huwa bbażat fuq dak li ġara u mhux ħsibijiet fuq dan il-personaġġ u jħares iż-żminijiet ta' dan il-patrijot li għex bejn l-1916 u l-2012. L-awtur ħass li għandu jqassam il-ktieb ta' 500 paġna, li huwa mżewwaq b'ħafna ritratti li qed jidhru ukoll għall-ewwel darba f 'din il-pubblikazzjoni, f 'disa' kapitli. L-awtur semma' kull kapitlu bi kwotazzjoni ta' Duminku Mintoff li qal f 'dak il-perjodu. Fil-ktieb hemm diversi episodji li Duminku Mintoff kien jirrakkonta. Fost dawn ta' min isemmi meta missier Duminku Mintoff Wenzu kien jaħdem fuq il-baħar man-Navy Ingliża u aktar tard kien kok fil-Berġa ta' Kastilja. Duminku Mintoff kien jagħmel il-kontijiet lil missieru Wenzu li darba kien bagħat għalih Lord Mountbatten u beda jgħajjat ma' Wenzu għax ħaseb li ħa żball f 'xi kont u Wenzu beda jgħajjat ma' Duminku għax huwa kien jagħmilhom il-kontijiet biex darb'oħra joqgħod iktar attent kif jagħmel il-kontijiet. Duminku qabad il-kont, eżaminah u daħal fuq Mountbatten u qallu: "L-iżball kien tiegħek u mhux ta' missieri u darb' oħra missek iċċekjajtu sew u mhux tgħajjat ma' missieri". Louis Lord Mountbatten tant impressjonah dan ilqarmuċ li tah kamra fuq ilbejt f 'Kastilja biex ikompli jistudja. Ta' min jgħid ukoll li din il-pubblikazzjoni hi edizzjoni limitata u bħala daqs tal-ktieb huwa ta' daqs A4 b'qoxra iebsa. Kull min jixtieq jakkwista l-ktieb jista' jagħmel fuq 9906 1916. Żewġ kotba mis-sensiela ta' Jake Cassar WASLU l-kotba l-ġodda fis-sensiela Jake Cassar. Miktuba minn Clare Azzopardi u illustrati minn Mark Scicluna, l-iżjed sensiela popolari bil-Malti fost it-tfal minn 8 snin 'il fuq. Is-sensiela tkompli tissaħħaħ b'żewġ kotba oħra mimlija avventuri ta' dan il-tifel ftit gażżu u ta' oħtu Mel f 'dinja fantastika u maġika. Kotba f 'din is-sensiela, ippubblikata mill-Merlin Publishers, rebħu wkoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-aqwa letteratura għat-tfal. Barra minn hekk, ħaġa prattikament unika għal dan it-tip ta' kotba bil-Malti, kotba fis-sensiela ġew ippubblikati wkoll fl-Indja fi tliet lingwi differenti. Jake Cassar u l-Istorja tar-Reġina x-Xiħa (7) u Jake Cassar u r-Reġina Fidelja f 'Boċċa tal-Ħġieġ (8) ikomplu jikkonfermaw lil Clare Azzopardi bħala r-reġina tal-letteratura għat-tfal bil-Malti. Azzopardi rnexxielha toħloq 'fans' tas-sensiela anki fost tfal li normalment ma tantx iħobbu jaqraw bil-Malti. Kif? Bil-preżentazzjoni mill-isbaħ, bil-kitba impekkabbli, informali u mexxejja, bil-kapitli qosra, bil-preżentazzjoni viżiva tal-kliem li jirriflettu dak li qed jiġri fl-istorja (xi kultant il-kliem jikber, daqqa jsir abjad fuq l-iswed, jitgħawweġ laġenba, jew idur dawra tond fuqu nnifsu) u bi spinġijiet ta' Mark Scicluna. B'mod umoristiku u xi ftit surreali, Azzopardi tippreżenta t-taqbida bejn it-tajjeb u l-ħażin. Fl-istejjer niltaqgħu ma' kreaturi fantastiċi, forsi daqsxejn strambi iżda li malajr nieħdu grazzja magħhom — ir-Re Pankrazju, l-Uditi, Teodoro u Furun, il-Popototos, Defdemola, l-Iżdingati, ir-Re Vonxkup, l-Istorduti, ir-Re Fellambrożja, l-Imġennbin u r-Reġina x-Xiħa. U fuq kollox naturalment hemm hi, dik li ma tixbax tkun kattiva u dejjem tara kif se tagħmel biex teqred dak li hu sabiħ u tajjeb: ir-Reġina Fidelja. Għall-qarrejja faċli jidħlu fl-istorja għaliex barra l-elementi ta' fantasija, insibu biċċiet mill-ħajja ta' kuljum li t-tfal kollha familjari magħhom – ilġlied bejn l-aħwa, l-eżamijiet u l-mamà li tgħajjat. Is-sensiela se tikkonkludi mal-10 ktieb, jiġifieri jonqos joħorġu biss żewġ kotba oħra, fl-2014. Is-sensiela kollha ta' Jake Cassar tinsab għallbejgħ mill-ħwienet tal-kotba, jew direttament online minn www.merlinpublishers.com Il-Barumbati ta' Betta Trombetta IL-KUMPANIJA Merlin għadha kif ippubblikat it-tieni edizzjoni tal-ktieb ta' IlBarumbati ta' Betta Trombetta ta' Carmel G. Cauchi bi stampi ta' Frank Schembri. Dan il-ktieb huwa edizzjoni ġdida ta' dak li kien ħareġ fl1983 bl-istess isem. Dak kien il-ktieb li introduċa l-karattru simpatiku ta' Betta Trombetta mat-tfal ta' tletin sena ilu. Għal din l-edizzjoni ġdida l-awtur irreveda l-istejjer u bidel xi dettalji biex ġew iktar jaqblu maż-żmien tal-lum. Minn dak iż-żmien 'l hawn ħarġu żewġ kotba oħra bi stejjer dwar Betta, u għalhekk ħafna mit-tfal tal-lum ġa huma midħla ta' din it-tifla fuq ruħha. Imma lil dawk li għadhom ma jafuhiex nixtieq ngħidilhom li Betta hija tifla li tagħmel barumbata wara l-oħra u tidħol f'ħafna inkwiet. Ħafna minn dan l-inkwiet jinqala' għax Betta ma taħsibhom xejn. Tagħmel kollox kif jiġiha f'rasha dak il-ħin. Tħobb tippika ma' dak li jkun u toħloq praspar li jaqsmuk bid-daħk. Man-nannu Bennard tingwalaha ħafna iżda man-nanna Marjanna ma taqbel xejn. Imma Betta mhix qalbha ħażina u malajr jiddispjaċiha jekk tkun daħħlet lil ħaddieħor f'xi biċċa għawġ.