Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Kummerċjali u Klassifikati Tim mill-Banif jinżel jogħdos X'jiġri meta wieħed jinżel taħt l-ilma? Tim millBanif skopra dan meta grupp ta' impjegati niżlu jgħoddsu għall-ewwel darba f 'avveniment organizzat mill-Banif Sports & Social Committee. L-impjegati ngħataw introduzzjoni bażika imma importanti ħafna millgħaddasa tad-DiveWise fejn it-tim ġie mgħallem kif jiċċekkja kemm għandu arja fit-tank u kif ineħħi l-ilma mir-regolatur, kif tikkomunika taħt l-ilma bil-lingwa tal-għaddasa, kif tneħħi l-ilma mill-maskra u tagħrif ieħor siewi qabel ma jinżlu taħt l-ilma għall- ewwel darba. Wara dan it-tim libes l-apparat tal-għaddasa u niżlu fl-ilma baxx biex kull wieħed seta' jipprova l-ħiliet tiegħu, qabel ma ħarġu filbaħar miftuħ. "Il-baħar miftuħ hu sabiħ immens u esperjenza eċitanti," qalet Elisa Farrugia mill-Sports and Social Committee tal-Banif. "Ħafna minna rnexxielna ninżlu sitt metri u aktar. Minkejja li kellna widnejna miżduda u xi wħud ma setgħux iżommu l-bilanċ, kollha kemm aħna rnexxilna naraw kif tidher id-dinja ta' taħt il-baħar. Kuntenti li ħallejna l-biżgħat tagħna warajna u għamilna din l-esperjenza!" Il-Banif Sports & Social Committee itella' attivitajiet soċjali bil-għan Serje u staġuni ġodda fuq GO TV u GO Interactive TV li jissaħħu r-relazzjonijiet ta' bejn l-impjegati, jagħti l-impjegati l-opportunità biex jippruvaw sports u avventuri ġodda waqt li jieħdu gost u inizjattivi fil-komunità ta' natura filantropika. L-ewwel tas-sena fuq id-Danubju f'Budapest ma' Hamilton Travel Ix-Xmara Danubju f'Budapest 4 mistresses fis-serje Mistresses Telespettaturi ta' GO TV se jibdew jaraw is-serje u l-istaġuni l-ġodda li għadhom kemm tniedu fuq FOX u FOXlife – l-istazzjonijiiet fuq il-GO TV Gold u l-GO Gold Interactive. Iż-żewġ stazzjonijiet) huma parti mill-FOX International Channels u jgawdu rikonoxximent madwar id-dinja. Fuq FOX, Homeland 3 jibda fit-30 ta' Settembru - 18-il siegħa biss wara l-premiere uffiċjali flIstati Uniti! Homeland it-tielet staġun jiftaħ eżatt wara l-attakk terroristiku li qerdet bosta apparat sofistikat Amerikan, u wassal għat-tfittxija globali għall-aktar terrorist imfittex fid-dinja - Nick Brody (Damian Lewis). Jibda fit-8.30pm. Fl-14 ta' Ottubru fid-9.30pm – anqas minn 24 siegħa wara l-premiere fl-Istati Uniti – se jintwera għall-ewwel darba fuq FOX The Walking Dead S4. F'din is- jaħdmu Rick (Andrew Lincoln) u l-grupp li jgħix f'komunità b'saħħitha fil-kenn tal-ħabs fejn il-ġlieda tagħhom biex jibqgħu ħajjin qatt ma kienet daqshekk perikoluża FOXlife beda juri għall-ewwel darba s-serje ġdida: Twisted fit8.00pm u Mistresses fit-8.50pm. L-episodji jixxandru t-Tnejn fil-għaxija. Twisted tnediet fit-23 ta' Settembru u tiffoka fuq Danny Desai (Avan Jogia) ġuvni simpatiku ta' 16-il sena li għandu passat inkwetanti. Huwa jirritorna d-dar tiegħu wara li jkun qatta' ħames snin f'detenzjoni għall-minorenni. Wara Twisted it-telespettaturi tistgħu jibqgħu fuq l-istazzjon ta' FOXlife biex jaraw l-episodju tas-serje 'Mistresses'. Għal aktar informazzjoni fuq FOX u FOXlife jew biex jabbonaw għal pakkett Gold talGO TV jew tal-Gold Interactive, il-klijenti jistgħu jaslu wasla f'wieħed mill-ħwienet ta' GO jew ir-resellers esklussivi, iċemplu fuq Freephone 80072121 jew iżuru www.go.com.mt Dawk kollha li jixtiequ jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2014 fuq cruise fuq ix-xmara Danubju f'Budapest għandhom l-opportunità jagħmlu billi jżuru Budapest bejn 29 ta' Diċembru u 2 ta' Jannar ma' Hamilton Travel. Dan huwa mod uniku kif tiċċelebra l-bidu tas-sena l-ġdida fuq cruise speċjali li jitlaq fit-8pm ta' lejlet l-Ewwel tas-Sena u jsalpa madwar l-attrazzjonijiet ewlenin ta' Budapest waqt li l-klijenti jkunu servuti l-Ikla tal-Ewwel tas-Sena bi spettaklu fuq l-istess vapur li jdum sejjer sas-sigħat bikrin tal-Ewwel tas-Sena. It-tour għal Budapest jitlaq minn Malta il-Ħadd 29 ta' Diċembru fis-7am fuq titjira diretta mal-Air Malta b'titjira lura diretta minn Budapest l-Ħamis 2 ta' Jannar fit-8.05pm. "Il-klijenti tagħna għandhom ħamest ijiem sħaħ f'Budapest minn fejn se nkunu nżuru l-isbaħ attrazzjonijiet ta' Budapest u l-Ungerija u anke mmorru ġurnata Vjenna. Dan huwa wieħed mill-aktar tours imfittxija u sena wara l-oħra jkollna kummenti mill-aktar posittivi minn dawk li ilhom jiġu magħna Budapest niex niċċelebraw is-sena l-ġdida," qal kelliem għal Hamilton Travel. Il-programm jinkludi żjara lill-attrazzjonijiet ewlenin fuq iż-żewġ naħat tad-Danubju ta' Budapest. Żjara f'Eger magħruf għall-arkitettura Barokka u l-uniku minaret Ottoman fl-Ewropa Ċentrali. Ikla tradizzjonali bi żfin tipiku Ungeriż. Żjara mad-dawra tadDanubju biex iżuru Visegrad, Esztergom u Szentendre. Żjara f'Kecskemet u l-Puszta fejn jaraw spettaklu miċ-Cikos, l-aqwa rikkieba taż-żwiemel fl-Ewropa. Ġurnata fi Vjenna fejn iżuru Schonnbrunn u ċ-ċentru storiku ta' Vjenna, fosthom ilkappella tal-Kavallieri ta' Malta fejn hemm monument dedikat lill-Gran Mastru La Valette. Il-klijenti jżuru wkoll is-suq tal-Milied ta' Budapest li jarma f'Vaci Utca. Il-prezz jibda minn €484 u l-klijenti jkunu akkomodati fil-lukanda 4-Star Mercure Budapest Buda. Dawk interessati fit-tour iċemplu 21241292 jew iżuru www.hamiltontravel.com.mt għal aktar informazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013