Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 11 Il-Punt u l-Buzu jzekzek b'mod immedjat mal-ħlas," qalet il-GTA. Għax jekk ma tafux issidien tal-postijiet f'Għawdex ikollhom tattoo fuq moħħhom li juruk li huma s-sidien talfarmhouse…. Nispera li ma niblax xi wieħed jien mela għax jien ibbukkjajt lukanda Turin bl-internet u safejn naf jien lil sid il-lukanda ma rajtux…. Anke r-Ryan Air ħallast bl-internet…. u lis-sid tal-ajruplan ma rajtux.… .ikun ħaqqni għax ma smajtx millGTA!!! Iżda l-internet hu xi ħaġa tal-preżent sieħbi l-Bużu….. Malta u Għawdex huma l-futur imsejjes fuq il-passat…. naħseb bdejt bid-dimensja u nsejt xi ktibt aktar 'il fuq…. U la semmejt id-dimensja qed niftakar storja ta' wieħed li organizza party kbir…u ordna d-dawl…u ftit wara nesa mingħand min ordnah… iżda ftakar li ħallsu… l-istess wieħed ħadha qatta bla ħabel kontra ċ-Ċina … u nesa x'qal…u mar iżurhom bil-moħbi tal- kameras…. L-istess persuna stieden lil xi ħadd biex jintervistah u dan l-imsejken ġie bbuwjat… min ibbuwjah nesa li ġimgħa qabel tkaża bil-ħamalli li għamlu l-istess fl-istess post jiġifieri fuq il-Fosos … L-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel li jaqbillu! Bilħaqq jien għandi ġbinti ċittadina Taljana u tgħidx kemm hi ferħana għax se tiltaqa' ma' Berlusconi tirrappreżenta lil Malta. Għandha l-kwalifiki kollha….. titkellem bit-Taljan u ggradwata… .u m'għandux x'jaqsam għax jien m'iniex ministru, ok?!!! Kemm niggustahom lil Kakupardu u Kazzola …. kif ikunu għassa għal xi ritratt li jitfaċċa b'xi tajra maqtula….. bumm!!! Pront jitfgħu dak ir-ritratt b'dik it-tbissima tipika tagħhom…. u jfakkruna f'petizzjoni kontra l-kaċċa…. iridu jwaqqfu l-kaċċa fuq l-għasafar u fl-istess ħin jagħmlu kaċċa sħiħa kontra l-kaċċatur…. bit-Taljan xi ħaġa hekk jgħidulha… caccia alle streghe. U jidher li l-virus ta' BACK TO THE FUTURE infetta lil Malta kollha għax anke d-discos morna retro issa… u d-diskoteki jkunu mballati biżżgħażagħ ta' 50 sena +. In-nisa jikxfu iċ-ċellulite u r-raġel jilbes jeans issikkat ħalli jipprova jdaħħal żaqqu 'l ġewwa u jmur jgħabbi. 'Hawn, ġisem… Tiftakarha did-diska tal-Palace, man?' Niftakar u ngħid: imma dak iż-żmien la konna nieħdu pilloli tal-kolesterol, la tal-pressjoni, la taz-zokkor u lanqas tal-Viagra, ħabib…. Kompli aqbeż għax dalwaqt jgħidlek game over, Lilllyyyyyy!!!! Tatà THOMAS BUGEJA Il-President tal-KSU Thomas Bugeja dwar kif studenti ġodda fl-Università jistgħu jadattaw għal din ir-realtà. JEKK għadek kif ġejt aċċettat fl-università, dan huwa ċ-ċans li tiddeverti u tixxala mal-ħbieb, jew li ssiefer ma' sħabek tal-kors. Iżda dan hu wkoll iżżmien fejn titgħallem issinjifikat vera tal-kliem 'all nighter', u meta tibda tidra l-kafè iswed, bla zokkor, għax tkun wasalt f 'punt fejn ma tistax taffordja titlef il-ħin prezzjuż li għandek biex toqgħod titfa' il-ħalib ġol-kafè, u qed tħossok ħa tmut lejliet l-eżami. Dan huwa żmien fejn trid issib bilanċ, bejn ħafna xogħol u studju, u ħafna divertiment u gost, sakemm jgħaddu bħal leħħa ta' berqa s-snin tiegħek ġewwa l-Università u toħroġ missala Sir Temi Zammit liebes it-toga bil-lawrija f 'idejk. Però minn fejn se taqbad tibda, issa li wasalt għall- Merħba fl-Università! ewwel jiem tiegħek ġewwa l-Università? Bħala Kunsill Studenti Universitarji li ilu jaqdi dmiru mill-1901, matul ilġimgħa d-dieħla ser inkunu qed nistennew l-istudenti biex niltaqgħu magħhom, filwaqt li ntuhom 'Freshers Kit' li jikkonsisti minn djarju, magazine b'ħafna informazzjoni utli, u ħafna sorpriżi u merchandise. Minn għada, fl-Università se jkun hemm ukoll it-tinda tal-għaqdiet Universitarji. Dan huwa l-post fejn tista' tiltaqa' ma' 'l fuq minn 50 għaqda differenti, kollha volontarji u kollha jaħdmu bi ħġarhom biex iwettqu l-għanijiet tagħhom Għaqdiet li jvarjaw minn għaqdiet politiċi jew ibbazati f ċertu fakultajiet, għal għaqdiet li jaħdmu favur l-ambjent jew xi karità jew xi ideal. Importanti ħafna li l-istudenti l-ġodda jiffamiljarizzaw ruħhom mal-fakultà u l-post. Probabli ħa jibdew iżuru dan il-bini matul il- ħajja universitarja kollha tagħhom, għalhekk aktar kemm tidra l-post kmieni, tant l-aħjar. Ċert li l-istudenti l-ġodda mhux se jkollhom ħafna aptit iżuru l-librerija wara tliet xhur ta' xalar fissajf. Però la darba jasal Novembru, xi darba jew oħra bilfors ser imisshom mawra sal-librerija Universitarja. Biex ilestu ruħhom għal sigħat twal ta' studju kollettiv ġewwa dan l-bini, nissuġġerilhom biex f 'dawn il-jiem jattendu wieħed mill-'orientation tours' li qed isiru mill-istaff tallibrerija. Bħala nota finali, nfakkar li l-KSU qiegħed l-Università għal kull student., Fost il-ħidma tagħna ngħinu fiż-żmien tal-bżonn, norganizzaw attivitajiet u naċċertaw li l-istudenti jkollhom l-aħjar esperjenza possibli. Studenti jistgħu jagħmlu kuntatt magħna permezz tal-uffiċju tagħna fi Student House jew email.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013