Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 SPORTSillum Mosta jirbħu d-Derby tat-Tramuntana Naxxar L ............. 2 Mosta ................. 4 MOSTA kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lillġirien rivali Naxxar Lions biex b'hekk rebħu d-Derby tat-Tramuntana. Mosta ħolqu l-ewwel okkażjoni ta' skor fis-27 minuta meta l-goalkeeper ta' Naxxar Lions Julian Azzopardi dawwar f 'corner. Minn corner dirett mogħti minn Christian Martins Fernandes Faria Silva, Duriska mpenja serjament lil Azzopardi li iżda ma żammx il-ballun, bil-ballun jispiċċa għand l-eks-plejer ta' Floriana Manolito Micallef li mill-viċin tefa' ġewwa. Lanqas kienet għaddiet minuta li Mosta ma rduppjawx l-iskor meta wara azzjoni personali Bojan Kaljevic avvanza tajjeb fil-kaxxa u spara fixxibka. Naxxar Lions naqqsu l-marġni tal-iskor fil-50 minuta meta Thiago Lopez De Souza rċieva tajjeb minn freekick mogħti minn Pablo Doffo u b' daqqa ta' ras rnexxielu jitfa' fixxibka. Ħames minuti biss wara l-Lions ġabu l-iskor indaqs meta Zongo għadda tajjeb lejn Daren Falzon li mill-viċin għeleb lil Omar Borg b' xutt angulat. Iżda kienu Mosta li reġgħu sabu ruħhom fil-vantaġġ fis-68 minuta permezz ta'gowl mill-isbaħ ta' Ryan Grech li għeleb lil Azzopardi b'xutt angulat minn barra l-kaxxa. Fid-90 minuta Mosta għamluhom erbgħa meta Kaljevic għadda tajjeb lejn Ricardo Faria Silva li permezz ta' xutt debboli u angulat fil-baxx minn ġol-kaxxa għeleb lil Azzopardi. Naxxar L. Azzopardi, Briffa, Cutajar, Da Silva Ribeiro, Decesare (Bellia 46'), Del Negro (Bonnici 82'), Doffo, Falzon, Lopez De Souza, Silva Dos Santos, Zongo Farrugia, Grech, Micallef (Cini 88'), Grech, Duriska, Faria Silva, De Jesus Messias (Brincat 72'), Martins Fernandes (Ekani Jonas 57'), Kaljevic Mosta Borg, T. Farrugia, K. Referee Marco Borg Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Id-difensur ta' Mosta Tyrone Farrugia itajjar il-ballun qabel seta' jilħaq il-plejer ta' Naxxar Lions Evaldo Silva Dos Santos biex jevita l-periklu għall-Mostin BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba. Twieled fil-25 ta' Jannar 1986 fil-Montenegro. Jilgħab bħala attakkant. Ingħaqad ma' Mosta fit-18 ta' Awwissu ta' din is-sena. Hibs iserrħu rashom fl-ewwel taqsima Qormi ..................... 1 Hibernians.............. 4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT PERMEZZ ta' wirja millaqwa Hibs għelbu lil Qormi f'logħba li kif jindika l-iskor il-Pawlisti ddominaw millbidu sal-aħħar. Mill-bidu tal-logħba deher biċ-ċar li l-intenzjoni ta' Hibs kienet dik li jiddominaw lil Qormi hekk kif wara biss 35 sekonda rnexxielhom isibu x-xibka permezz ta' daqaq ta' ras mill-vicin tal-attakkant internazzjoanli Andrew Cohen. Il-Pawlsiti komplew jiddominaw u wara 4 minuti logħob irduppjaw l-iskor permezz ta' xutt angulat fil-baxx minn tarf il-kaxxa talplejer internazzjonali Clayton Failla. Hibs resqu viċin li jiskurjaw it-tielet gowl fil-logħba żewġ minuti biss wara meta l-plejer ta' Qormi Emerson Vella kklerja l-ballun minn fqu il-linja fatali wara xutt ta' Edison Luis Dos Santos. Fis-26 minuta Hibs fallew okkażjoni tad-deheb li jiskorjaw it-tielet gowl fil-logħba meta wara li rċieva minn freekick mogħti minn Jackson Lima, Jonathan Pearson ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jaħbat mallasta. Hibs għamluhom 3 fis-27 minuta permezz ta' daqqa ta' ras ta' Edison Luis Dos Santos wara li rċieva minn kross talplejer internazzjonali Andrew Cohen. Il-Pawlisti komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fis67 minuta permezz ta' daqqa ta' ras ta' Rodolfo Soares. Qormi naqqsu l-marġni taliskor fid-90 minuta permezz tas-solitu Jorge Pereira Da Silva. Tajjeb ngħidu li f'din il- CLAYTON FAILLA Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'Ħaż-Żabbar Skorja gowl mill-erba' ta' Hibs f'din il-logħba Jifforma parti essenzjali mit-tim nazzjonali Fil-karriera tiegħu lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians Għalkemm ma ġiex ivvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba, kien determinanti firrebħa ta' Hibs logħba Hibs spiċċaw jilgħabu b'għaxar plejers meta fit-78 minuta tkeċċa għalihom issotitut Jean Paul Farrugia. Qormi Farrugia, Caruana, Nucera (Santaguida 58'), Del Giudice (Grech 46'), Pereira Da Silva, Vella (Bajada 18'), Bugeja, Pisani, Bondin, Innocenti, D'Aniello Hibernians Muscat, Camilleri, Pearson (Farrugia 61'), Lima, Soares (Tabone 81'), Dias, Cohen, Kristensen, Failla, Levnaic, Dos Santos (Obiefule 61') Referee Fyodor Zammit