Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-Amerika: dejjem trigger happy! Il-Fox News, flimkien ma' għadd kbir ta' aġenżiji mondjali oħra, ħabbar li n-numru ta' ċittadini Amerikani li qed jiddependu fuq it-tqassim tal-bolli biex jingħataw x'jieklu, issa tela' għal 47 miljun, l-akbar numru li qatt kien hemm. Filwaqt li dawn il-miżerabbli qed jippruvaw jikkumbattu l-faqar minn jum għall-ieħor, il-President tagħhom (li konna ħsibna li hu xi ħamiema tal-paċi u r-raġuni) beda jintensifika r-rettorika tiegħu dwar attakk fuq is-Sirja. Issa fil-fatt, skont l-aġenziji diversi tal-aħbarijiet, 63% tal-Amerikani huma kompletament kontra intervent ieħor militari fuq pajjiż sovran. L-Amerikani qed juru li qed tiżdied dejjem il-war fatigue, id-dwejjaq tagħhom bl-istess manipulazzjoni tal-fatti, l-istess gideb u l-istess patrunanza politika fuq skala globali. Imma l-Istati Uniti tkompli tagħmilha tal-pulizija taddinja, ixxejjer il-bandiera tar-"responsabbiltà" morali għas-sigurtà tal-pjaneta. Il-leġġenda dwar l-armi kimiċi qed terġa' tkun reċtata mill-Istati Uniti, bid-diskorsi tal-President jispiċċaw blironija tas-solitu: God bless Amerika. Alla jżomm idejh fuq l-Amerika. Alla jbierek 'l Amerika talli tipproduċi armi terribbli biex imbagħad tbigħhom madwar id-dinja, anki lir-reġimi oppressivi bħal dawk tas-Sud Afrika. Biex ma ngħidu xejn dwar l-Iżrael, li ilu għexieren tassnin jaħżen mhux biss il-gass velenuż, imma l-armi nukleari, u qisu qatt ma kien xejn. Anzi, l-Iżrael hu dejjem protett millajkla Amerikana. Obama dar id-dinja bl-iskrin tat-televiżjoni, jipprietka "l-ideali u l-prinċipji għassigurtà nazzjonali" taċ-ċittadini u ta' wliedhom. F'jum wieħed fost l-oħrajn il-President Amerikan ta sitt intervisti differenti lil sitt ġurnalisti, separatament. Dan għandu jidher bħala att iddisprat biex Obama jkun promoss bħala politiku li għandu raġun jitkellem dwar il-liġi internazzjonali fejn jidħol l-argument fuq armi għallqerda tal-massa. Il-gidba ħxienet u qed tkompli teħxien biex Obama, bħala kmandant suprem, ikun jista' jixgħel id-dawl l-aħdar biex jintefgħu 100 missila cruise fuq is-Sirja. Mistoqsijiet mhux imwieġba Hemm bosta mistoqsijiet mhux imwieġba mill-White House: min huma r-ribelli? Il-privile TONI ABELA D in il-ġimgħa kellna avveniment mhux tassoltu. Ħadd ma stennih u meta ngħid 'ħadd' ifisser ħadd. Simon Busuttil għamel walk out mill-Parlament. Lanqas dawk Irid jagħmilha ta' pulizija tad-dinja kollha Minn liema gruppi huma ffurmati? X'sehem għandha l-Al Qaeda f 'nofshom? Għaliex l-Istati Uniti qed tfornihom bl-armi? Għaliex iffomentat il-gwerra ċivili f 'pajjiż ieħor Iżlamiku wara l-Iraq, il-Libja, l-Egittu u t-Tuneżija fir-regjun Mediterran? Hu ċar li Obama ma kellux pjan B u mill-ġdid kellha tkun ir-Russja biex toffri leħen razzjonali u proposta solida biex l-Amerika ma terġax toħloq sfrakass u toqtol minn jaf kemm-il mitt jew kemm -il elf ruħ, magħduda bħala collateral damage, terminu ieħor fil-vokabularju talaggressjoni tal-Amerikani u tal-alleati tagħha. L-Awstralja ta' wara l-elezzjoni Ħafna mill-kampanja elettorali tal-Konservattivi fl-Awtralja x-xahar li għadda kienet ibbażata fuq it-tnaqqis tat-taxxi. L-aktar tnaqqis li kien qed jissemma' kien dak fit-taxxa fuq il-faħam (il-carbon tax). Il-mexxej tan-Nazzjonal Liberali wiegħed tnaqqis minnufih tat-taxxa imma bilkemm għaddew 48 siegħa li ma ħarigx iħabbar, mingħajr l-iċken imbarazzament, li t-taxxa se tkun tneħħiet fi żmien tliet snin. Inkredibbli! Sadanittant l-analisti li ħarġu jevalwaw ir-raġunijiet tat-telfa tremenda li ġarrbu l-Laburisti, bi swings enormi favur ilKonservattivi, ikkonkludew li t-telfa kienet dovuta l-aktar għall-arroganza tal-kap Laburista u għall-qsim, il-firda u d-daqqiet ta' stalletti minn wara li kien hemm bejn ilpolitiċi Laburisti. L-elettorat kien jiddejjaq biddiviżjoni li kien hemm u dan iffavorixxa sew lil Tony Abbott, il-mexxej tal-Oppożizzjoni ta' Koalizzjoni. Kummentaturi televiżivi qablu li issa l-Laburisti jridu jagħtu ħarsa verament skrupluża lejhom infushom u jaraw 'il fejn sejrin. It-telfa Laburista fl-Awstralja għandha l-preċedent tagħha fit-telfa umiljanti li ġarrbu n-Nazzjonalisti f 'Malta fl-aħħar elezzjoni. Miljuni għal politiċi rtirati Imma hekk kif il-politiċi jippruvaw jaraw x'rebħu u x'tilfu, u hekk kif l-Awstraljani tat-triq huma mehdijin billogħbiet tal-footie akkaniti biex ma jitilfux logħba waħda millġirja għall-finali (il-Maltin ta' hawn huma ffissati fil-logħba daqs l-Awstraljani) dawk ilpolitiċi li evaporaw (talinqas għalissa) mix-xena politika, qed jaraw kif avvanzaw finanzjarjament. Ħalli nieħdu lill-eks-mexxejja Laburista Julia Gillard, waħda mis-26 membru federali li se joħorgu mix-xena b'miljuni ta' dollari fil-but u privileġġi mħallsin mill-fondi federali. Bħala pensjoni Gillard se tieħu 180,000 dollaru fis-sena minbarra bosta perks oħra. Mid-dar tagħha f 'Altona, żona tal-familji tal-ħaddiema f 'Victoria, Gillard issa se tixtri proprjetà lussuża li tiswa żewġ miljuni f 'Adelaide. F'Adelaide, l-eks-kap Laburista se tkun intitolata għal benefiċċji oħra mħallsin minn fuq it-taxxi tal-poplu, fosthom karozza tal-għażla tagħha, staff personali u 40 titjira domestika business class kull sena. Hemm affarijiet li ma jinbidlux, tkun fejn tkun fiddinja. marpardi@internode.on.net li kien hemm madwaru qatt ma basru li se jiġri hekk. Kien żball u juri nuqqas ta' maturità politika. Minħabba avveniment li jiġri fil-Parlamenti kollha tad-dinja demokratika, Simon ħass li jagħmel mossa li hija infantili. Ħa għalih mhux minħabba r-ruling taliSpeaker iżda għaliex Joseph Muscat ħass li bil-mod kif implikah Simon fil-każ ta' Dalli, dan kien agir mhux aċċettabbli. Għal min ħaseb li din qatt ma ġrat ta' min ikun jaf li ħwejjeġ bħal dawn ġraw diversi drabi. Pereżempju fl-1992, Eddie Fenech Adami għamel l-istess fil-konfront ta' Karmenu Mifsud Bonnici. Dakinhar ħadd ma tkellem Ġustizzja m SPISS ikollok sitwazzjoni li tieħu żmien tevolvi u jkun għaqli ħafna li wieħed jistenna qabel ma jasal għal konklużjonijiet mgħaġġla u azzardati. Issa ilha kważi sena li Malta, ixxukkjat ruħha bl-aħbar li l-Kummissarju John Dalli rriżenja mill-kariga tiegħu wara investigazzjoni li saret mill-organiżmu kontra l-frodi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Olaf. Minn dakinhar 'l hawn ilkontroversji ma naqsux, bin-nies inqasmu f 'żewġ kampi: min jemmen bilkbir fl-innoċenza ta' Dalli u min mhuwiex daqshekk konvint. Ftit jiem ilu l-Editur ta' dan il-ġurnal, wieħed minn dawk li sostna ferm it-teżi tal-innoċenza ta' John Dalli, kiteb artiklu intitolat "That is why we are a Western Democracy". Semma' bosta fatturi li flimkien mal-kapitaliżmu liberali jikkostitwixxu l-elementi tad-demokrazija tagħna fosthom il-libertajiet ċivili li nħaddnu u l-inkoraġġiment tal-istandards. Dan kollu hu minnu imma dur, dur u dur, il-bażi tad-demokrazija tagħna hija r-rispett tal-liġijiet li l-Parlament elett mill-poplu jgħaddi. Huma l-liġijiet li jassiguraw il-libertajiet ċivili u jimponu l-istandards li jridu jiġu osservati fil-ħajja JOE ELLIS pubblika kif ukoll f 'dik privata. Ir-rispett tassaltna tad-dritt hu l-aktar element importanti taddemokrazija u dan sakemm it-tali dritt jissawwar mirrappreżentanti tal-poplu. Fost l-elementi fundamentali tad-dritt tagħna, kif insibuh fil-Kostituzzjoni, filKonvenzjoni Ewropea tadDrittijiet tal-Bniedem u issa anke fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, hija l-preżunzjoni tal-innoċenza ta' kull min jiġi akkużat li wettaq xi reat. Dan mhux xi dritt astratt imma dritt konkret li jrid jiġi rispettat minn kulħadd. F'dan il-kuntest, il-media għandha responsabbilitajiet kbar għaliex mhuwiex ġust li wieħed jgħaddi minn proċess medjatiku li jifforma l-opinjoni pubblika kontra l-akkużat li ma jkollux il-mezzi jirreaġixxi adekwatament u jagħti l-verżjoni tiegħu. Aħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013