Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 L-ewwel Malti fil-Kampjonati tal-Ironman fil-Hawaii MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BEJN il-11 u l-15 tal-Ħadd 28 ta' Lulju kienet ġurnata importanti ħafna filkarriera ta' Dermot Galea kif ukoll fl-istorja tal-isport tat-Triathlon f 'pajjiżna. Kien proprju dakinhar li huwa wettaq il-ħolma tiegħu li jikkwalifika għallKampjonati tad-Dinja talIronman li se jsiru f 'Kona fil-Hawaii fit-12 ta' Ottubru, kampjonati huma tassew storiċi waqt li huma l-iktar importanti fid-dinja talIronman. Din il-kwalifikazzjoni laħaqha f 'Ironman li saret f 'Zurich fl-Iżvizzera fis-seba' darba li kien ipprova jagħmel dan fil-karriera tiegħu bħala triatleta professjonali. Galea għamel din id-distanza f 'ħin ta' disa' sigħat, 51 minuta u spiċċa fid-49 pożizzjoni minn xejn inqas minn 2,600 parteċipant. Din kienet is-seba' darba li Dermot ikkompeta fuq din id-distanza u ilu għal dawn l-aħħar seba' snin jistinka biex jikkwalifika. Għalkemm l-aħjar ħin tiegħu fuq iddistanza huwa ta' disa' sigħat u 35 minuta li laħqu darbtejn f 'Zurich fl-2007 u fl-Awstrija fl-2009, kien proprju din is-sena li laħaq dan il-għan. Fost dawn l-Ironmans huwa ħa sehem ukoll f 'Western Australia, fl-Ingilterra, fi Franza u f 'Wales. Għal dawk li m'humiex midħla tal-Ironman, dan huwa sport li jagħmel parti mid-dixxiplina tat-triathlon li hija dixxiplina sportiva li tinkludi l-għawm, iċċikliżmu u l-ġiri. L-Ironman hija distanza kompetittiva ta' 3.8km għawm, 180 km ċikliżmu u 42.2km ġiri. L-Ironman bdiet fil-gżira ta' Hawaii fl-1978 b'imħatra bejn għawwiem, ċiklista u maratoneta fuq min minnhom kien l-aktar b'saħħtu. Dan wassal biex għaqdu t-tliet tlielaq prinċipali li kienu jsiru fuq il-gżira u b'hekk inħolqot l-Ironman. Illum isiru mat-30 tellieqa uffiċjali tal-Ironman madwar id-dinja, u kull waħda jkollha slots allokati biex atleti jikkwalifikaw għallkampjonati tad-dinja ta' dik is-sena. Dermot huwa l-kowċ nazzjonali tal-Malta Triathlon waqt li huwa wkoll il-kap tassezzjoni tat-triathlon fil-klabb ewlieni ta' din id-dixxiplina sportiva f 'pajjiżna Birkirkara St Joseph Sports Club fejn tajjeb ngħidu li ilu jikkompeti ma' dan il-klabb għal dawn l-aħħar 17-il sena. Fil-karriera tiegħu ta' suċċess liema bħalu, huwa rnexxielu jirbaħ 10 kampjonati tat-triathlon, seba' tad-duathlon u wieħed taċ-ċikliżmu, qed jipprepara b'serjetà kbira għal dan l-avveniment tant importanti fil-karriera tiegħu. Il-ġimgħa tiegħu hija mqassma b'mod li jittrenja sitt ijiem minn seba' matul il-ġimgħa, u ħafna drabi jkollu sezzjonijiet waħda filgħodu kmieni għal habta tas-6am qabel ix-xogħol u waħda wara l-5pm. Dan jista' jagħmlu biss bl-appoġġ tal-familja tiegħu u tal-għarusa tiegħu li tagħmel mhux ftit biex ikun jista' jlaħħaq mal-programm tat-taħriġ. Biex jipprepara bl-aħjar mod, Dermot jagħmel sessjonijiet ta' taħriġ twal ta' madwar seba' sigħat li hafna drabi jkunu s-Sibt jew il-Ħadd. Dermot Galea stqarr ma' dan ilġurnal li: "Inħoss li din hija opportunità unika għalija u b'determinazzjoni kbira qed nitħarreġ biex nikseb riżultat tajjeb f 'dawn ilkampjonati. Huwa wkoll unur li se nkun l-ewwel Malti li se nipparteċipa għall-fatt li din hija tellieqa storika li ffurmat l-isport tagħna u għaldaqstant ninsab verament onorat." Dermot jinsab fiduċjuż li dan se jkun pass importanti għall-komunità Maltija tat-triathlon. Wieħed mill-proġetti li huwa kien involut minn ta' quddiem fih u li tant għandha għal qalbha l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon huwa dak tal-akkademja tat-tfal tat-Triathlon. F'kummenti li ta lill-ġurnal ILLUM, huwa saħaq li jittama li din l-akkademja tkun ta' motivazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ biex ikomplu jitħarrġu kif għamlu tul dan is-sajf u għal żgħażagħ oħra biex jingħaqdu magħhom u jibdew dan l-isport daqstant motivanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013