Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
SPORTSillum Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 31 ti tal-istaġun 2012/13 Paul Fenech Twieled fl-20 ta' Diċembru 1986. Fl-aħħar staġun ġie vvutat bħala l-aqwa plejer Malti. Ritratt: Ray Attard Huwa prodott ta' Naxxar Lions u qabel Birkirkara lagħab magħhom u ma' Msida St Joseph. Huwa l-viċi-kap ta' Birkirkara waqt li fit-tim preżenti tal-istess tim, huwa l-iktar plejer li lagħab logħob għall-klabb. dwar il-kundizzjoni talgrawnd. F'isem il-plejers kollha nixtiequ li l-ħaxix ikun imxarrab u maqtugħ bħalma naraw barra minn Malta. Żgur li għandna riżorsi biżżejjed biex nagħmlu dan. Grawnd imxarrab bla ma trid itella' r-ritmu tal-logħba. Żgur li jekk dan iseħħ jgħin ħafna biex ngħollu l-livell tal-logħba. Minn meta bdejt tilgħab int għalkemm m'ilux ħafna żmien il-livell tal-futbol Malti żdied jew naqas? Żdied ħafna. Dan iż-żmien m'għadekx tara grawnd tarramel. Niftakarni nittrenja ma' Naxxar Lions fuq ir-ramel u konna mmorru għal-logħob fil-Victor Tedesco Stadium il-Ħamrun li dak iż- żmien kien diġà bil-ħaxix. Li tittrenja fuq art b'ħaxix artifiċjali minflok fuq ir-ramel bla ma trid tgħolli l-livell tal-logħba tal-futbol għax huwa l-iktar viċin tal-ħaxix naturali. X'inhu l-futur ta' Paul Fenech? Għad naraw lil Paul Fenech imur jilgħab barra minn Malta? Ġieli kkunsidrajt din l-għażla filkarriera tiegħek? Nixtieq li fil-futur nibqa' nilgħab għar-rebħ talKampjonat BOV Premier u l-U*BET FA Trophy kull sena u ovvjament dejjem u l-iktar ħaġa importanti li jkolli karriera twila fil-futbol għalkemm kulħadd jgħid li l-karriera ta' futboler hija qasira. Iva, ikkunsidrajt li mmur nilgħab barra minn Malta ħafna drabi però għadu qatt ma ġiet l-aħjar opportunità. Bħala plejer ta' suċċess fil-futbol lokali, għaddi messaġġ lit-tfal. Huwa importanti ħafna li ħadd m'għandu jaqta' qalbu f 'kull ċirkostanza li tista' tinqala' fil-ħajja. Importanti li tagħmlu ħafna sagrifiċċji kemm filfubol kif ukoll f 'kull tip ta' sport ieħor. Il-futur ħadd ma jafu ... allura aħdmu ħafna għalih!