Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
SPORTSillum 30 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 L-aqwa futboler Malt CRISTIAN ANTONY MUSCAT Paul Fenech – l-MFA Plejer tas-Sena fl-istagun li għadda u plejer fundamentali kemm ta' Birkirkara kif ukoll tat-tim nazzjonali Minn fejn nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn missieri u ħija. Minn dejjem kienu jhobbu jaraw il-futbol kemm Ta' Qali kif ukoll fuq it-televixin. Allura bla ma trid kont noqgħod magħhom u ninteressa ruħi xi jkun qed jiġri. Fl-aħħar staġun irbaħt l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena biex inkurunajt sena mill-aqwa hekk kif flimkien ma' Birkirkara rbaħt ukoll il-kampjonat u kont għadek kemm ġej minn rebħa kontra l-Armenja ġimgħa biss qabel. Bosta persuni u anki int stess ħaduha bħala sorpriża li int irbaħt dan l-unur. Xi jfisser għalik dan l-unur fil-karriera tiegħek u għaliex ħadtha bħala sorpriża li rbaħtu? L-unur tal-aħjar plejer ifisser ħafna għalija għax huwa rigal tassagrifiċċju li għamilt matul dawn is-snin kollha li ili nilgħab futbol u jkompli jħeġġiġni nibqa' nħares lejn il-logħba tal-futbol bl-istess mod. Ikolli ngħid li iva kienet sorpiża minnaħa tiegħi però naħseb kemm ili nilgħab fl-ogħla livell kienet l-aktar sena li kienet konsistenti tul l-istaġun kollu. Il-logħba tan-nazzjonal kontra l-Armenja kienet waħda li ma nista' ninsa qatt. Kienet esperjenza sabiħa ħafna li kont parti mit-tim kif ukoll li kont inkluż fil-logħba lejn l-aħħar nofsiegħa u toħroġ mill-grawnd bi tliet punti f 'idejk wara dan iż-żmien kollu li t-tim nazzjonali Malti ilu ma jikseb rebħa 'away'. Kienet rebħa li fissret ħafna għalija għax uriet biċċar li aħna kapaċi daqs ħaddiehor. Bħala tim nazzjonali kien ifisser żgur li mxejna 'il quddiem. L-atmosfera ta' wara l-logħba "Il-logħba tannazzjonal kontra l-Armenja kienet waħda li ma nista' ninsa qatt." fid-dressing room kienet waħda unika. Il-kampjonat kien wieħed uniku wkoll wara li spiċċajna l-istagun b'decider kontra l-Hibs. Kien kampjonat diffiċli ħafna għat-timijiet kollha speċjalment iċ-championship pool. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil sħabi l-plejers, il-kowċis u l-istaff tekniku kollu speċjalment lil Emmanuel Bezzina li jagħmel ħafna xogħol li ma jidhirx. Hemm ħafna oħrajn bħalu u naf min huma kollha però Bezzina huwa l-iktar persuna li nkun viċin tagħha. Kien hemm min qal li permezz ta' dan l-unur ridt tagħti risposta lil xi ħadd. Tikkonferma? Qabel ma beda l-istaġun kien hemm xi nuqqas ta' qbil min-naħa tiegħi u minn tagħha ta xi persuni fil kumitat imma aktar ma għadda ż-żmien aktar bdejna ninsew x'kien ġara u b'hekk kont aktar ikkonċentrat u fl-istess ħin ridt nuri li kien hemm nuqqas ta' ftehim. Qabel beda l-istaġun li għadda kien hemm xnigħat u spekulazzjonijiet qawwija li int kont se tħalli lil Birkirkara biex tmur tilgħab ma' Mosta. X'kien ġara eżatt f 'dak is-sajf? Xnigħat fuq kollox u fuq kulħadd ikun hawn f 'dawk iż-żminijiet. Mosta kienu nteressati ħafna però qatt ma kont viċin li ningħaqad magħhom. Wara li għadda dan kollu l-faxxa ta' captain ta' Birkirkara ngħatat lil Gareth Sciberras. Dan kien minħabba dak li kien ġara fis-sajf, jew din ingħatat lil Sciberras bi qbil miegħek u mat-tim ta' Birkirkara? Kien qbil bejni u bejn il-kowċ u kuntent ħafna li Gareth Sciberas huwa l-captian tat-tim. L-importanti hija l-għaqda. X'fisser l-aħħar rebħ tal-kampjonat minn Birkirkara kemm għalik personali kif ukoll għalikom bħala tim? Il-kampjonat mirbuħ fisser ħafna għalina l-plejers kollha, għall-klabb kif ukoll għas-supporters. Dan kien l-isbaħ kampjonat mittnejn li rbaħt fil-karriera tiegħek u l-iktar wieħed diffiċli? Ma tistax tgħid liema wieħed kien l-isbaħ għax it-tnejn li huma kienu sbieħ u t-tnejn li huma ġew mirbuħa b'mod differenti. "L-unur tal-aħjar plejer ifisser ħafna għalija għax huwa rigal tas-sagrifiċċju li għamilt matul dawn is-snin kollha" X'inhu l-futur tiegħek mat-tim ta' Birkirkara? Baqagħli dan l-istaġun u staġun ieħor kuntratt, imbagħad f 'idejn min jieħu ħsieb ikunx iridx li nġedded ilkuntratt. Minn dejjem kont kuntent mat-tim ta' Birkirkara. X'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek għat-tim ta' Birkirkara matul dan l-istaġun? M'hemmx dubju li kif mistenni kellkom bidu tajjeb ħafna. Però jkolli ngħid li barra Hibernians u Valletta matul dan l-istaġun se jkun hemm ukoll Sliema Wanderers bħala sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier? Taqbel miegħi? Iva Sliema Wanderers se jkunu sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat. L-aspirazzjonijiet tagħna huma ovvjament ir-rebh tal-Kampjonat BOV Premier u tal-U*BET FA Trophy. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ Paul Zammit? Tajba ħafna. Il-kowċ mhuwiex biss kowċ però huwa persuna li tista' taqsam miegħu kull problema kemm fil-futbol kif ukoll fuq il-ħajja personali tiegħek. Kapaci jifhem ħafna minn xiex tkun għaddejja dik il-persuna. Huwa importanti li jkollok kowċ b'dan it-tip ta' karattru. X'inhi r-relazzjoni tiegħek kemm mal-membri tal-kumitat kif ukoll mal-plejers ta' Birkirkara? Huwa importanti li jkollok relazzjoni tajba mat-tnejn li huma. Però mal-plejers huwa l-iktar importanti li żżomm relazzjoni tajba ħafna għax magħhom tkun fit-taħriġ u waqt il-logħba magħhom tkun filgrawnd. Fil-bidu tal-aħħar staġun qatt kont temmen li stajtu tirbħu dan il-kampjonat? Iva, minn dejjem konna nemmnu li se nkunu sfidanti tal-kampjonat avolja fil-bidu konna tlifna xi ftit punti b'nuqqas ta' konċentrazzjoni min-naħa tagħna waqt il-logħob. X'kien is-sigriet ta' dan is-suċċess Karkariż? Is-sigriet kienet l-għaqda li kien hemm bejnietna l-plejers. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali? Żgur li se nibqa' niġġieled biex nirbaħ posti regolari. Fil-futbol ħadd m'għandu postu garantit. X'kienet l-esperjenza tiegħek sa issa kemm ilek timmilita fit-tim nazzjonali? Hija esperjenza li kellha minn kollox – telf, draws u l-aktar importanti rebħ. Ovvjament, hija xi ħaġa sabiħa ħafna li tilgħab kontra plejers li normalment narawhom fuq it-televixin jilagħbu f ' kampjonati ta' livelli għoljin. Inħoss li hija xi ħaġa ironika li l-MFA Plejer tas-Sena fis-sena li għaddiet m'għandux postu malewwel 11 tat-tim nazzjonali. Għaliex taħseb li jiġri dan? Jista' jkun li għax hemm diġà plejers oħra li jilagħbu fl-istess irwol tiegħek man-nazzjonal? Ħadd m'għandu postu garantit fil-futbol però iva jkolli ngħid li kont diżappuntat ħafna l-aktar fl-aħħar żewġ logħbiet għall-fatt li ma kontx involut fihom lanqas minuta. Hija deċiżjoni tal-kowċ li trid tirrispetta u tibqa' taħdem b'rasek mgħollija 'l fuq. Hija xi ħaġa sabiħa li tkun diżappuntat u mhux qisu xejn mhu xejn! Kif inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ nazzjonali Pietro Ghedin u ma' sħabek il-plejers tat-tim nazzjonali? Ir-relazzjoni ma' Ghedin hija tajba u mal-plejers ukoll. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni preżenti talMFA mmexxija mill-President Norman Darmanin Demajo u millKap Eżekuttiv Bjorn Vassallo? Żgur li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna kemm fil-logħba kif ukoll filparti tal-amministrazzjoni. Minn hawn nixtieq nagħmel punt