Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 29 Vettel jikseb it-tielet pole konsekuttiva u s-sitt waħda tal-istaġun fil-Korea SEBASTIAN Vettel se jkun qed jibda mill-pole position fil-Grand Prix li se jsir fil-Korea llum hekk kif se jkun ifittex ir-raba' rebħa konsekuttiva fil-kampjonat tal-Formula 1 matul dan l-istaġun. Vettel fuq Red Bull irreġistra ħin ta' minuta, 37.202 sekondi fiċ-ċirkwit ta' Yeongnam biex għeleb il-ħin li kiseb Lewis Hamilton b'0.218 sekondi. Din kienet it-tielet pole konsekuttiva li kiseb is-sewwieq Ġermaniz u s-sitt waħda tal-istaġun. Barra minn hekk, Vettel rebaħ tliet rebħiet konsekuttivi u sebgħa matul dan l-istaġun. Huwa għandu vantaġġ ta' 60 punt fil-klassifika fuq is-sewwieq ta' Ferrari, Fernando Alonso li kkwalifika fis-sitt post. Is-sewwieq ta' Red Bull Mark Webber ikkwalifika fit-tielet post iżda penalità ta' 10 postijiet li ngħata flaħħar tellieqa f 'Singapore wasslet biex illum se jkun qed jibda fit-13-il post. Romain Grosjean fuq Lotus u Nico Rosberg fuq Mercedes se jibdew fir-raba' u fil-ħames post rispettivament. Għattmiem tal-istaġun issa fadal biss sitt tlielaq minn total ta' 19. Ikompli s-suċċess ta' Sirens Swimpolo Nursery NURSERY tal-għawm li qed tikseb bosta suċċess f'pajjiżna hija bla dubju dik ta' Sirens Swimpolo. L-għawwiema ta' fama nazzjonali u li rtirat millgħawm kompetittiv matul is-sena li għaddiet fejn issa qed tikkonċentra fuq il-kowċing u l-open water swimming, Davina Mangion ilha l-head kowc ta' din in-nursery għal dawn l-aħħar tliet snin. Meta hija ġiet appuntata f 'din il-pożizzjoni kien hemm ukoll xi tibdiliet fl-istruttura tal-klabb li prinċiparjament involvew twaħħid bejn in-nursery tal-waterpolo u tal-għawm. Fil-fatt din innursery issa jisimha Sirens Swimpolo Nursery. Din kienet deċiżjoni ferm pożittiva meħuda mill-klabb kemm għax is-subien li riedu jilagħbu l-waterpolo l-ewwel kellhom jitgħallmu kif jgħumu tajjeb kif ukoll minħabba l-fatt li l-għawm sar iktar jattira tfal biex jibdew jipprattikawh minħabba li kellu element ta' waterpolo fih. Il-kumitat tal-għawm ħadem ħafna biex jipporomwovi l-isport f 'dawn l-aħħar snin u dan huwa evidenti fin-numru dejjem jikber ta' għawwiema kompetittivi li jiffurmaw parti minn dan il-klabb. Fost avvenimenti soċjali diversi li jorganizza l-klabb, f 'dawn l-aħħar tliet snin il-klabb organizza tliet summer camps li ġew offruti għalliskwadra prinċipali li saru fl-Italja, il-Greċja u Barcelona fi Spanja. Fil-mument l-iskwadra kompetittiva li hija kkowċjata minn Davina Mangion u mill-assistant head kowċ Daniela Deguara hija komposta minn kważi 35 għawwiem li jvarjaw minn tmienja sa 17-il sena. Dan jeskludi l-gruppi iżgħar tal-għawm li jinkludu tfal ta' bejn it-tlieta u t-tmien snin li għadhom ma laħqux il-livell biex jieħdu sehem f 'għawm kompetittiv. Iż-żewġ Manchester lura għar-rebħ MANCHESTER City u Manchester United rritornaw għar-rebħ hekk kif iż-żewġ timijiet għelbu lil Everton u Sunderland rispettivament. Manchseter United dawru telfa f 'rebħa meta barra minn darhom għelbu lit-tim ferm inferjuri ta' Sunderland bl-iskor ta' 2-1. Kien il-plejer Craig Gardner li fetaħ l-iskor għal Sunderland wara biss ħames minuti logħob iżda l-United irnexxielhom isibu x-xibka permezz ta' doppjetta tal-plejer żagħżugħ Belġjan Adnan Januzaj fil-55 u fil-61 minuta. Is-City għelbu lil Everton bl-iskor ta' 3-1 fejn għalihom skorjaw Negredo u Aguero waqt li t-tielet gowl għalihom wasal minn awtogowl tal-eks-goalkeeper ta' Manchester United u llum goalkeeper ta' Everton, Tim Howard. Il-gowl ta' Everton wasal mis-solitu Lukaku wara biss 16-il minuta fejn momentarjament kien tefa' lill-Everton filvantaġġ. Newcastle United barra minn darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Remy fit-30 u fit-38 minuta waqt li l-plejer Odemwingie rnexxielu jsib ix-xibka għal Cardiff City. Fulham kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Stoke City bil-gowl waħdani tagħhom jasal minn Darren Bent tard fillogħba eżattamnet fit82 minuta. Hull City u Aston Villa temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Liverpool għelbu lil Crystal Palace bliskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Suarez, Sturridge u minn Gerrard permezz ta' penalty waqt li Crystal Palace għamlu din it-telfa iktar rispettabbli meta rnexxilehom isibu x-xibka permezz ta' Dwight Gayle fis-77 minuta. Intant, fl-Italja Atalanta barra minn darhom għelbu lil Chievo Verono bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl tagħhom jasal minn Maxi Moralez wara 16-il minuta logħob. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 5 ta' Ottubru Manchester City vs Everton 3-1 Cardiff C. vs Newcastle U. 1-2 Fulham vs Stoke C. 1-0 Hull C. vs Aston Villa 0-0 Liverpool vs Crystal P. 3-1 Sunderland vs Manchester U. 1-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 14:30 Norwich C. vs Chelsea 14:30 Southampton vs Swansea C. 17:00 Toittnham H. vs West Ham U. 17:00 WBA vs Arsenal Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 5 ta' Ottubru Chievo V. vs Atalanta 0-1 Inter vs Roma 0-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 12:30 Parma vs Sassuolo 15:00 Bologna vs Verona 15:00 Catania vs Genoa 15:00 Napoli vs Livorno 15:00 Sampdoria vs Torino 15:00 Udinese vs Cagliari 20:45 Juventus vs AC Milan 20:45 Lazio vs Fiorentina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013