Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 SPORTSillum L-ASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi (ASMK) se tiftaħ l-istaġun 2013/14 illum il-Ħadd 6 ta' Ottubru. Għal darb'oħra l-Kampjonati ASMK se jkunu sponsorjati mid-ditta Pasta Poiatti. L-ewwel tiġrija tal-istaġun se tkun bil-karozzi Autocross. Iktar tard dan ix-xahar se jkomplu jinfetħu l-kampjonati għall-muturi Motocross, Trials u MotoEnduro. Minkejja l-waqfa għallkompetitur fil-jiem tassajf, l-Amministraturi tal-Assoċjazzjoni komplew bil-ħidma tagħhom kemm fit-trakka ta' Ta' Qali kif ukoll mil-lat tar-regoli li jirregolaw is-Sezzjonijiet fi ħdan l-ASMK. Fost it-tibdil li sar hemm ir-Regolamenti Autocross fejn ġew introdotti regoli ġodda kif ukoll ġew modifikati dawk eżistenti. Permezz ta' din is-sezzjoni li tirregola l-karozzi Autocross, issa hemm post għal iktar min tip wieħed ta' karozzi minn kif kien tradizzjonalment s'issa. Illum bir-regoli l-ġodda l-Assoċjazzjoni għandha tliet klassijiet fis-sezzjoni Autocross - dawk imsejħa Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Multi-Valve + Fuel Injection. Din kienet biċċa xogħol iebsa u kbira għat-tmexxija tal-Autocross iżda jidher li se tħalli frott tajjeb għall-ASMK. Kull min L-ASMK hija impenjata wkoll bl-attivitajiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin fosthom il-Kompetizzjoni Trials li mistennija tiftaħ l-istaġun tagħha nhar il-Ħadd 13 ta' Ottubru kif ukoll l-attività Moto–Enduro li tiftaħ l-istaġun tagħha nhar il-Ħadd 20 ta' Ottubru. Il-Kumitat Eżekuttiv iddeċieda li dawn iż-żewġ sessjonijiet ikollhom diversi attivitajiet barra minn Ta' Qali bħal snin preċedenti. Minkejja dan, l-ASMK iddeċidiet li l-ewwel attività ta' kull sessjoni ssir fil-kwartieri f'Ta' Qali. Bħalissa l-uffiċjali tal-ASMK għaddejjin bil-preparamenti għall-attivitajiet barra minn Ta' Qali kemm għat-Trials kif ukoll għall-Moto Enduro. Nhar is-Sibt wara nofsinhar l-Assoċjazzjoni jerġa' jibda jkollha s-sessjoni ta' taħriġ uffiċjali fil-korsa ta' Ta Qali. Dan jibda mis-2pm sal-5pm. L-Assoċjazzjoni ħadet l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-eks-Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport Jonathan Barbara li minkejja li għamel biss ftit xhur f'din il-kariga kien ta' għajnuna kbira għallgħaqda fejn saħqet li Barbara kien persuna li jaħdem ħafna u li kellu enerġija kbira tant li rnexxielu jħalli impatt fuq l-isport tagħhom, bħalma kienu diversi nies li okkupaw din l-istess kariga aktar kmieni fiż-żmien. Illum jinfetaħ l-istaġun ASMK 2013-14 irid kopja tar-Regolamenti il-ġodda dawn diġà jinsabu fis-sit elettroniku www.asmk. org.mt Intant illum l-Assoċjazzjoni se tiftaħ il-bibien tagħha tal-istaġun bis-sezzjoni Autocross. Il-programm jibda f'nofsinhar. Din il-ġurnata li se tkun waħda speċjali u memorabbli għall-fatt li għal ħabta tas-1:45pm mistenni jagħmel żjara ta' kortesija l-President ta' Malta George Abela. Din se tkun l-ewwel darba li l-President Abela se jżur il-kwartieri f'Ta' Qali filkorsa tal-ASMK. Il-President ta' Malta minn dejjem xtaq jattendi fil-ġranet tal-Milied meta l-Assoċjazzjoni torganizza ġurnata ta' attivitajiet b'riżq il-Malta Community Chest Fund. Din normali ssir millASMK fl-aħħar Ħadd ta' qabel il-Milied ta' kull sena bil-famuża Demolition Derby imma minħabba mpenji li l-President ikollu f'dawk iżżminijiet qatt ma seta' jattendi. Il-President ta' Malta kull sena ltaqa' mal-Għaqda fil-Palazz ta' San Anton. Intant, nhar il-Ħadd 29 ta' Settembru Andrew Cassar u Nicolai Abela marru filprovinċja ta' Ragusa fi Sqallija biex hemmhekk ħadu sehem fit-Tielet tiġrija Enduro millKampjonat Interprovinċjali tal-Federazzjoni Taljana tal-Muturi. Minkejja ftit sigħat ta' taħriġ, is-Sibt, lejlet it-tiġrija t-Tim Malti kien Is-seminar mediku tal-UE tal-Judo jittella' mill-ġdid f'Malta IL-FEDERAZZJONI Maltija tal-Judo qed torganizza s-16-il edizzjoni tas-Seminar Mediku tal-Unjoni Ewropea tal-Judo (EJU). Din ser tkun it-13-il darba li dan is-seminar se jsir Malta, iżda l-ewwel darba li dan is-seminar se jiġi organizzat separatament. S'issa, is-seminar dejjem ġie organizzat flimkien masseminar tal-Edukazzjoni u/jew is-seminar talamministrazzjoni. Ħamsa u għoxrin delegat minn 17-il pajjiż se jkunu qed jipparteċipaw f 'dan is-seminar li huwa l-ikbar wieħed li qatt ġie organizzat. Dan is-seminar li beda lbieraħ u se jkompli llum filgħodu, mhux biss huwa maħsub biex jagħti l-aħħar informazzjoni, iżda wkoll biex il-kummisjoni medika tirċievi rispons mittobba tal-Federazzjonijiet Ewropej fuq kif l-attivitajiet tal-judo jistgħu jsiru aħjar. Dr. Malinen, membru tal-Kummissjoni Medika tal-EJU, se jagħti l-ewwel lectures li se jkopru aġġornamenti proposti għall-kodiċi tal-World Antidoping Agency (WADA) li jmiss, kif ukoll fuq perikli ta' supplimenti nutrizzjonali li jistgħu jwasslu għal Vjolazzjonijiet tar-Regola tal-Antidoping (ADRV). Dr. Jung u Dr. Lino, ukoll membri tal-Kummissjoni, se jittrattaw is-suġġett talidratazzjoni u kontroll talpiż. Suġġetti oħra li se jiġu ttrattati mill-membri talkummissjoni u tobba minn diversi federazzjonijiet se tinkludi l-prevenzjoni ta' injuries u wkoll ideat ġodda mill-qasam tal-mediċina fl-isports. aktar ippreparat u dan issarraf f'riżultat pożittiv ħafna minkejja li t-tiġrija kienet twila ħames sigħat ta' sewqan fuq mogħdijiet dojoq u blat imxarrab. Wieħed jista' jgħid li din it-tiġrija kienet aktar ta' livell Reġjonali milli Inter-provinċjali. Minkejja d-diffikultajiet tal-korsa bħal sewqan ta' żewġ kilometri fuq blat u sikek, telgħat u niżliet qawwija u art lixxa bla berms u kull diffikultà li kull min iħobb l-Enduro jista' jimmaġina, it-tim Malti kellu jieħu ħsieb ukoll ilmanutenzjoni tas-sewwieqa u tal-muturi, ir-re-fueling u diffikultajiet oħra. Intant, ir-riżultat kien wieħed tajjeb. Andrew Cassar u Nicolai Abela rċevew it-trofej tat-Tieni u t-Tielet Post fuq il-Podju fil-klassi ta' ċilindrata talmuturi ta' 450cc f'din it-tiġrija fil-Provinċja ta' Ragusa. Sponsor ġdid għal Floriana Basketball Club FLORIANA Basketball Club ħabbar li ġie ffirmat ftehim ma' Royce Energy Drink li se jkun l-isponsor uffiċjali tat-tim talEwwel Diviżjoni għallistaġun 2013/2014. Bħala parti minn dan il-ftehim, Royce Energy Drink se jieħu l-isem tat-tim u għaldaqstant il-klabb se jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet tal-MBA taħt l-isem ta' Floriana Royce. Il-President tal-Club Alexis Callus laqa' b'sodisfazzjon dan ilftehim u żied li bħala ditta ġdida fis-suq lokali, Royce Energy Drink għażel li jintroduċi l-prodott billi għażel liċ-champions renjanti tal-basketball lokali biex b'hekk joħloq formula ta' suċċess. Callus temm jgħid li jittama li l-kollaborazzjoni bejn Floriana BC u Royce Energy Drink tkun waħda ta' suċċess u fittul. F'isem Royce Energy Drink, Ramon Agius u Mariella Micallef jinsabu kuntenti li se jkunu qed jappoġġjaw il-komunità sportiva lokali u jittamaw li-appoġġ tagħhom fil-basketball lokali jkun milqugħ tajjeb u ta' reklam tajjeb għal prodott biex jippenetra fis-suq lokali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013