Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 27 Azzjoni konfuża fil-logħba bejn Vittoriosa Stars u Tarxien Rainbows bir-referee Andrè Arciola isegwi mill-viċin Vittoriosa Stars b'10 plejers iżommu lir-Rainbows Vittoriosa S ............. 2 Tarxien R ................ 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT GĦALKEMM b'10 plejers, Vittoriosa Stars irnexxulhom iżommu fi draw lil Tarxien Rainbows biex b'hekk kisbu punt prezzjuż fittentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għallKampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni matul l-istaġun li ġej. Wara kwarta logħob Rainbows fallew ċans tajjeb meta Ciantar żmarka lil Calheira Seara fil-kaxxa b'dan jonqos milli jikkonkludi meta kien immarkat strettament minn Ramon dos Santos. Żewġ minuti biss wara tentattiv ta' Gilbert Martin minn barra l-kaxxa għadda għoli. Fid-29 minuta Ciantar qabeż żewġ plejers ta' Vittoriosa Stars iżda x-xutt tiegħu għadda għoli. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Tarxien Rainbows fetħu l-iskor meta minn kross ta' Everton Souza Santos mixxellug, daqqa ta' ras perfetta ta' Calheira Sera għelbet lillgoalkeeper ta' Vittoriosa Stars. L-Istars urew l-aħjar ideat wara l-mistrieħ fejn ġabu l-iskor indaqs fil-55 minuta permezz ta' gowl mill-isbaħ ta' Gilbert Martin meta xutt mill-ewwel tiegħu għeleb lil Nicky Vella. Ir-Rainbows reġgħu marru fil-vantagg fid-69 minuta meta Jorge Santos Silva bidel il-ballun ma' Everton Souza Santos b'Santos Silva javvanza tajjeb fil-kaxxa fuq il-lemin, jaqbeż lill-goalkeeper u jitfa' l-ballun fix-xibka. Fit-78 minuta, Vittorisoa Stars spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Josè Felipe Aguiar. Madankollu, minuta biss wara huma rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta Marcio Teruel żmarka lil Marcelo Pereira, dan għadda tajjeb lejn Oscar Guerrero li kien f'pożizzjoni ideali u kkonkluda fix-xibka. Vittoriosa S. Vella, Treruel, Buttigieg (Spiteri 72'), Martin (Arab Eddin 69'), Guerrero, Brincat (Mifsud 74'), Camilleri, Ramon Dos Santos, Pereira, Aguiar, Arab Tarxien R. Vella, Mamo, Lopez Alcantara, Agius, Martinelli, Calheira Seara, Ciantar (Pulo 72'), Souza Santos (Sammut 74'), Mifsud Referee Andrè Arciola OSCAR GUERRERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba. Skorja l-gowl tant importanti li ġab l-iskor indaqs għall-Vittoriosa Stars fid-79 minuta u li ta punt prezzjuż lill-istess tim. Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun. Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda. Seba' rebħiet minn seba' logħbiet għal Hibs MOSTA ................... 0 HIBERNIANS .......... 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBS komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi meta kisbu s-seba' rebħa konsekuttiva minn daqstant logħbiet meta għelbu lil Mosta. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża permezz ta' Bojan Kaljevic li kellu xutt b'saħħtu millemin parzjalment milqugħ minn Mario Muscat wara tmien minuti logħob. Minuta biss wara, Cristian Martins Fernandes ra t-tentattiv tiegħu jiġi mdawwar f'corner mill- goalkeper ta' Hibs. Fuq in-naħa l-oħra talgrawnd, freekick ta' Claytin Failla ġie milqugħ minn Omar Borg fit-18-il minuta. Tard fl-ewwel taqsima, Mosta appellaw għall-penalty meta Andrew Cohen deher li kien miss il-ballun b'idu fil-kaxxa wara xutt ta' Alex Cini iżda r-referee Paul Caruana ħalla l-logħob għaddej. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Pawlisti rebħu penalty wara foul ta' Kane Farrugia fuq Edison Luis Dos Santos. Din id-deċiżjoni ġabet protesti kbar millBlues li saħqu li l-foul kien fil-fatt seħħ barra l-kaxxa. Madankollu r-referee żamm sod mad-deċiżjoni tiegħu u mill-penalty Clayton Failla ma żbaljax biex tefa' lil Hibs fil-vantaġġ. Il-Pawlisti spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Ryan Camilleri wara li rċieva t-tieni karta safra fil-logħba fil-55 minuta. Tliet minuti mittmiem tal-logħba Hibs kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta tentattiv taddifensur Serb Zoran Levnaic stampa mal-mimduda. Madankollu Hibs irnexxielhom jiskorjaw it-tieni gowl tagħhom fil-logħba minuta fil-ħin miżjud meta wara li bilkemm kien ilu minuta fil-grawnd is-sostitut Niġerjan Obinna Obiefule avvanza fuq il-lemin u wara li kellu l-ewwel xutt parzjalment milqugħ minn Omar Borg, huwa ħa r-rebound u tefa' l-ballun fix-xibka. Mosta Borg, Cini, K. Farrugia, T. Farrugia, Ekani Rodriguez, Zammit (Brincat 84'), Duriska De Jesus Messias CLAYTON FAILLA 65'), Micallef, Martins Fernandes, Faria Silva, Kaljevic Hibernians Muscat, Camilleri, Pearson, Lima, Soares, Dias (Bartolo 70;) Cohen (Obiefule 90'), Kristensen (Bezzina 73'), Failla, Levnaic, Dos Santos Referee Paul Caruana Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'Ħaż-Żabbar Skorja l-ewwel gowl minn penalty għal Hibs f'din il-logħba, gowl li kien ir-raba' wieħed tiegħu matul dan l-istaġun fejn tlieta minn dawn l-erba' gowls waslu minn penalties Jifforma parti essenzjali mit-tim nazzjonali Fil-karriera tiegħu lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians Għalkemm ma ġiex ivvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba, kien determinanti fir-rebħa ta' Hibs