Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Ħal-Balzan......................0 Il-Furjana .......................0 Ma rajna l-ebda rebbieħ bejn Ħal-Balzan u l-Furjana f'logħba li ftit offriet emozzjonijiet u li fiha ddebutta bħala kowċ Jesmond Żerafa għal Ħal-Balzan. Permezz ta' dan il-punt li kisbu dawn iż-żewġ timijiet issa l-Furjana għandhom żewġ punti waqt li Ħal-Balzan għandhom ħames punti minn seba' logħbiet. L-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Ħal-Balzan fit-23 minuta meta Negrin rċieva mingħand Grioli iżda l-goalkeeper Scicluna dawwar f'corner. Il-Furjana rrispondew permezz ta' freekick minn tarf il-kaxxa iżda Bogdanovic ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra. Fil-31 minuta l-istess Bogdanovic wara li rċieva minn cross ta' Coronado mpenja lill-goalkeeper Miguelez Martinez li dawwar il-ballun f'corner. Tliet minuti biss wara Coronado għadda through pass lejn Clyde Borg li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jgħaddi għoli. Fl-44 minuta gowl ta' Ħal-Balzan permezz ta' Armario Negrin ġie mħassar mir-referee minħabba offside. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima, Borg ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ minn Migulez Martinez. Furjana kważi marru filvantaġġ fl-54 minuta meta Pisani rċieva mingħand Coronado u dan qabeż lil Martinez bil-cross-shot tiegħu għadda minn quddiem il-lasta iżda Luca Casha naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun quddiem lasta vojta. Fil-71 minuta Pisani għal Floriana ttanta xortih permezz ta' xutt fil-baxx iżda Martinez salva mingħajr tbatija. Ħal-Balzan Miguelez Martinez, Grioli, Bezzina, Scicluna, Pereira, Vignaroli, Sciberras, Grima, Beu (Spiteri 63'), Calabretta (Micallef 90'), Armario Negrin (Darmanin 79') Ritratt: Ray Attard L-ebda rebbieħ bejn Ħal-Balzan u l-Furjana Il-plejer ferm importanti ta' Floriana Igor Cornado jaqbeż plejer ta' Balzan Il-Furjana: Hanford, Scicluna, Bogdanovic (Casha 38'), Roberts, Coronado (Pinheiro De Sousa 69'), Pisani (Caruana 75'), C. Borg, J. Borg, Farrugia, Muir, Edet Referee Adrian Azzopardi IGOR CORONADO Twieled fit-18 ta' Awwissu 1992 fil-Brażil Għalkemm ma ġiex ivvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba, kellu logħba mill-aqwa għal Furjana. Ingħaqad mal-Furjana fl-10 ta' Novembru 2012 . Ġie magħżul mill-MFA bħala l-Aqwa Plejer barrani tal-kampjonat matul l-istaġun li għadda. Birkirkara tilfu żewġ punti prezzjużi kontra Qormi Birkirkara ............... 1 Qormi ..................... 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FL-ISTADIUM Nazzjonali f'Ta' Qali, Birkirkara tilfu żewġ punti prezzjużi hekk kif ġew miżmuma fi draw kontra Qormi. Kienu Qormi li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-21 minuta meta Duncan Pisani għadda pass fit-tul lejn Alfred Effiong li kkontrolla l-ballun tajjeb fuq ix-xellug qabel impenja lil Haber permezz ta' xutt angulat li ġie mdawwar f'corner mill-istess goalkeeper internazzjonali. Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Frank Temile bidel il-ballun ma' Shola Shodiya Haruna fejn mill-cross tiegħu għola tajjeb Temile li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi għoli. Seba' minuti mill-ftuħ tattieni taqsima, Temile naqas milli jagħmel kunatt malballun wara cross mil-lemin tas-sostitut Edward Herrera. Birkirkara marru fil-vantagg fit-62 minuta meta wara li rċieva minn pass fit-tul ta' Temile, Shola Shodiya Haruna għeleb lil Matthew Farrugia permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa. Qormi ġabu l-iskor indaqs sitt minuti biss wara meta kross mix-xellug ta' Leonardo Gabrieli ġie parzjalment milqugħ minn Haber u millviċin, mir-rebound Ricardo Innocenti tefa' fix-xibka. Fil-71 minuta l-goalkeeper ta' Qormi Matthew Farrugia imbokka tentattiv mill-viċin ta' Jhonnattann Benites wara li Toure kien niżżillu l-ballun bir-ras wara li rċieva l-ballun minn cross ta' Shola Shodiya SHOLA SHODIYA HARUNA Twieled fin-Niġerja. Skorja l-gowl waħdieni li momentarjament tefa' lil Birkirkara fil-vantaġġ f'din il-logħba. Ingħaqad ma' Birkirkara fl-20 ta' Awwissu 2011 Inġieb f'Malta minn Mqabba FC u wara kellu esperjenzi qosra ma' Qormi u Floriana qabel ingħaqad ma' Birkirkara Haruna. Il-plejer internazzjonali ta' Birkirkara Paul Fenech ġie magħżul bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Birkirkara Haber, Camenzuli (Herrera 46'), Mendoza, Benites, Fenech, Zerafa, Sciberras (Toure 60'), Muscat, Shola Shodiya Haruna, Temile (Vella 84'), Muscat Qormi Farrugia, Effiong, Bellucci, Grech, Bajada, Pereira Da Silva (Pirotta 90'), Bugeja, Pisani, Bondin, Innocenti, Gabrieli (Nucera 73') Referee Kevin Azzopardi